DRITTIJIET GĦAL ĊERTIFIKATI TA’ 
OPERATURI TA’ L-AJRU ġ L.S.218.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 218.01
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET GĦAL 
ĊERTIFIKATI TA’ OPERATURI TA’ L-AJRU
27 ta’ Diċembru, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 191 ta’ l-1991, kif emendat bl-Avviżi Legali 338 ta’ l-
2002 u 298 ta’ l-2003.
Titolu.
Drittijiet għal Ċertifikati ta’ Operaturi ta’ l-Ajru.
Tifsir.
ma teħtieġx xort’oħra -
Kap. 218.
"ċertifikat ta’ operatur ta’ l-ajru" għandu l-istess tifsir mogħti
lilu mill-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta’ Operaturi ta’
l-Ajru);
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Avjazzjoni Ċivili;
"piż totali massimu awtorizzat" għandu l-istess tifsir mogħti lilu
mill-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta’ Operaturi ta’ l-
Ajru).
Drittijiet.
Emendat:
A.L. 338 ta’ l-
2002.
3. Id-drittijiet imsemmija fl-Iskeda għandhom jitħallsu minn
applikant lid-Direttur għall-għoti jew varjazzjoni ta’ ċertifikat ta’
operatur ta’ l-ajru.
2 L.S.218.01 ħ
DRITTIJIET GĦAL ĊERTIFIKATI TA’ 
OPERATURI TA’ L-AJRU
(Regolament 3)
Sostitwita:
A.L. 338 ta’ l-2002;
A.L. 298 ta’ l-2003.
SKEDA
1. Drittijiet għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru
Għall-ewwel ħruġ u għal kull ħruġ li jiġi wara ta’ Ċertifikat ta’ Operatur ta’
l-Ajru, l-applikant għandu jħallas, skond il-piż totali massimu awtorizzat fit-tlugħ
ta’ l-itqal inġenju ta’ l-ajru elenkat fiċ-Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru, dawn id-
drittijiet li ġejjin:
L-ewwel ħruġ
Ċertifikat ta’ 
Operatur ta’ l-
Ajru
Għal kull ħruġ ta’ 
Ċertifikat ta’ 
Operatur ta’ l-
Ajru li jiġi wara
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat li ma jaqbiżx 1500
kg. Lm300 Lm150
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat li jaqbeż 1500 kg
imma mhux 4000 kg. Lm500 Lm250
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat li jaqbeż 4000 kg
imma mhux 15,000 kg. Lm5,000 Lm2,500
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat li jaqbeż 15,000 kg
imma mhux 50,000 kg. Lm10,000 Lm5,000
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat li jaqbeż 50,000kg. Lm20,000 Lm10,000
Malli jagħmel applikazzjoni għall-ewwel ħruġ ta’ Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-
Ajru, l-applikant għandu jħallas pagament immedjat ta’ 25% tad-dritt, liema
pagament l-applikant jitlef jekk tiġi rtirata l-applikazzjoni.
2 Varjazzjoni ta’ Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru
Malli jagħmel applikazzjoni għall-varjazzjoni f’Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru,
l-applikant għandu jħallas id-dritt skond ma jkun japplika għal kull varjazzjoni
speċifika li tkun saret applikazzjoni dwarha kif hawn aktar ’l isfel indikat:
2.1 Żieda ta’ tip jew tipi ta’ inġenji ta’ l-ajru ġodda ma’ l-elenku ta’ inġenji ta’
l-ajru fiċ-Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat li ma jaqbiżx 1500
kg. Lm150
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat li jaqbeż 1500 kg
imma mhux 4000 kg. Lm250
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat li jaqbeż 4000 kg
imma mhux 15,000 kg. Lm1,500
DRITTIJIET GĦAL ĊERTIFIKATI TA’ 
OPERATURI TA’ L-AJRU ġ L.S.218.01 3
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat li jaqbeż 15,000 kg
imma mhux 50,000 kg. Lm3,000
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat li jaqbeż 10,000 kg. Lm8,000
2.2 Żieda ta’ tip jew tipi ta’ inġenji ta’ l-ajru ma’ dawk diġà  elenkati fiċ-
Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat tat-tlugħ li ma
jaqbiżx 1500 kg. Lm30
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat tat-tlugħ li jaqbeż
1500 kg imma mhux 4000 kg. Lm50
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat tat-tlugħ li jaqbeż
4000 kg imma mhux 15,000 kg. Lm100
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat tat-tlugħ li jaqbeż
15,000 kg imma mhux 50,000 kg. Lm150
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat tat-tlugħ li jaqbeż
50,000 kg. Lm200
2.3. Tneħħija ta’ inġenju ta’ l-ajru elenkat fiċ-Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-
Ajru
Malli ssir applikazzjoni għat-tneħħija ta’ inġenji ta’ l-ajru elenkat fiċ-Ċertifikat
ta’ Operatur ta’ l-Ajru, l-applikant għandu jħallas dritt ta’ Lm10.
2.4. Bidliet fl-area ta’ operazzjoni speċifikata fiċ-Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-
Ajru
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat tat-tlugħ li jaqbeż
2268 kg imma mhux 15,000 kg. Lm100
jekk l-inġenju ta’ l-ajru jkollu l-għola piż
totali massimu awtorizzat tat-tlugħ li jaqbeż
15,000 kg. Lm200
2.5 Awtorizzazzjonijiet operattivi speċifiċi
(i) Inklużjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’
Operazzjonijiet f’Kull Xorta ta’ Temp,
Kategorija Wieħed Lm200
(ii) Inklużjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’
Operazzjonijiet f’Kull Xorta ta’ Temp,
Kategorija Tnejn Lm500
(iii)Inklużjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’
Operazzjonijiet f’Kull Xorta ta’ Temp,
Kategorija Tlieta Lm2,000
(iv)Inklużjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’
Basic Navigation Lm500
(v) Inklużjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’
Operazzjonijiet b’żewġ Magni f’Firxa
Estiża/Operazzjonijiet b’Firxa Estiża Lm2,000
4 L.S.218.01 ħ
DRITTIJIET GĦAL ĊERTIFIKATI TA’ 
OPERATURI TA’ L-AJRU
(vi)Inklużjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’
Separazzjoni Minima Vertikali
Mnaqqsa Lm500
2.6 Oħrajn
Jitħallas dritt, għal kull varjazzjoni li ma tinsabx elenkata hawn qabel, ta’ Lm10
jew l-ispiża attwali ta’ l-investigazzjoni li ssir mid-Direttur, skond liema tkun l-
aktar għolja.
