 ĦSARAT MIT-TIR TA’ KANUNI, XKUBETTI U TORPEDINI ġ L.S.220.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 220.01
REGOLAMENTI BIEX MA JSIRUX ĦSARAT MIT-
TIR TA’ KANUNI, XKUBETTI U TORPEDINI
9 ta’ Ottubru, 1931
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 379 ta’ l-1931, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 271 ta’ l-1932, 539 ta’ l-1933, 263 ta’ l-1937,
95 ta’ l-1939, 110 ta’ l-1940 u 21 ta’ l-1954.
Titolu.
jsirux Ħsarat mit-tir ta’ Kanuni, Xkubetti u Torpedini.
Tifsir.
li ikollha l-kmand jew il-kura u l-kustodja ta’ bastiment, u l-kelma
"bastiment" tfisser kull bastiment, dgħajsa jew inġenju ieħor tal-
baħar.
Bandieri jitilgħu 
qabel ma tibda’ l-
eżerċitazzjoni ta’ l-
isparar bl-
ixkubetti.
Sostitwit:
N.G. 263 ta’ l-
1937;
N.G. 110 ta’ l-
1940.
3. Fuq it-Torri ta’ San Ġorġ u t-Torri tal-Madliena jitilgħu
bandieri ħomor ħmistax-il minuta qabel ma tibda’ l-eżerċitazzjoni
ta’ l-isparar bl-ixkubetti mill-Batteriji ta’ Pembroke, u jitniżżlu
malli tispiċċa l-eżerċitazzjoni.
Ħadd ma għandu 
jistad meta 
tittellgħa l-
bandiera.
Sostitwit:
N.G. 263 ta’ l-
1937;
N.G. 110 ta’ l-
1940.
4. Kull meta u sakemm ikun hemm imtellgħa bandiera ħamra
fuq waħda jew l-oħra mit-torrijiet imsemmijin fir-regolament ta’
qabel dan, ħadd ma għandu jistad f’dik il-biċċa li tkun fiż-żona ta’
periklu.
Żona tal-periklu.
Sostitwit:
N.G. 263 ta’ l-
1937;
N.G. 110 ta’ l-
1940.
5. Iż-żona tal-periklu tinsab fil-limiti li ġejjin:
(a) Fil-Lvant b’linja miġbuda lejn it-Tramuntana tlieta u
ħamsin grad il-Lvant mill-Blokk Ċ tal-Married
Quarters tas-Suldati, il-Kwartier ta’ San Ġorġ.
(b) Fil-Punent b’linja miġbuda lejn it-Tramuntana minn
tarf mija u tlieta u tmenin metru lejn il-Punent tat-Torri
tal-Madliena.
(ċ) F’Nofs in-Nhar max-xatt bejn il-limiti tal-Lvant u l-
Punent kif imsemmi hawn fuq.
(d) Fit-Tramuntana b’linja bejn il-limiti tal-Lvant u l-
Punent li tinsab minn fuq il-baħar billi tinżamm il-
Knisja tan-Nadur, Għawdex, linja dritta ma’ Ras ta’ l-
Imnieri, Kemmuna.
Linji tal-limiti.
Sostitwit:
N.G. 263 ta’ l-
1937;
N.G. 110 ta’ l-
1940.
6. Il-linji tal-limiti tal-Lvant u l-Punent jistgħu jinsabu minn
fuq il-baħar b’dawn is-sinjali prinċipali:
(a) Fil-linja tal-limiti tal-Lvant b’ċirku aħmar ta’ djametru
ta’ tlieta punt sitta ħamsa metri mwaħħal max-xatt
għan-naħa tal-Lvant, it-Torri ta’ San Ġorġ, u bi kwadru
aħmar tlieta punt sitta ħamsa metri bi tlieta punt sitta
2 L.S.220.01 ħ  ĦSARAT MIT-TIR TA’ KANUNI, XKUBETTI U TORPEDINI
ħamsa metri mwaħħal fuq il-bejt tal-Blokk Ċ tal-
Married Quarters tas-Suldati, il-Kwartier ta’ San
Ġorġ, bogħod ta’ xi mitejn u erbgħa u sebgħin punt
tlieta tnejn metri wara l-imsemmijin sinjali imqegħdin
fuq ix-xatt.
(b) Fil-linja tal-limiti tal-Punent b’ċirku aħmar ta’
djametru ta’ tlieta punt sitta ħamsa metri mwaħħal
max-xatt madwar mija u erbgħa u sittin punt ħamsa
metri lejn l-Lbiċ tat-Torri tal-Madliena, u bi kwadru
aħmar ta’ tlieta punt sitta ħamsa metri bi tlieta punt
sitta ħamsa metri, wieħed u disgħin punt erbgħa metri
iżjed il-ġewwa.
Il-bastimenti ma 
għandhomx 
igħaddu ġewwa l-
imsemmija żona 
tal-periklu.
Sostitwit:
N.G. 263 ta’ l-
1937;
N.G. 110 ta’ l-
1940.
7. Il-bastimenti ma għandhomx igħaddu ġewwa l-imsemmija
żona tal-periklu fil-waqt illi jkun hemm imtellgħin bnadar ħomor
fuq l-imsemmija torrijiet, kemm-il darba ma jkollhomx ta’ bil-fors
jgħaddu minn ġo fiha minħabba l-maltemp.
Il-kaptan tal-bastiment ikollu r-responsabbiltà  li jipprova
din il-ħtieġa.
Bandieri jitilgħu 
qabel ma tibda’ l-
eżerċitazzjoni ta’ l-
isparar bil-kanuni.
8. Fuq it-Torri ta’ l-Għallis u t-Torri ta’ Qalet Marku jitilgħu
bandieri ħomor ħmistax-il minuta qabel ma tibqa’ l-eżerċitazzjoni
ta’ l-isparar bil-kanuni mill-Batterija tal-Blat ta’ l-Għallis, u
jitniżżlu malli tispiċċa l-eżerċitazzjoni.
Ħadd ma għandu 
jistad meta 
tittellgħa l-
bandiera.
9. Kull meta u sakemm ikun hemm imtellgħa bandiera ħamra
fuq waħda jew l-oħra mit-torrijiet imsemmijin fir-regolament ta’
qabel dan, ħadd ma għandu jistad f’dik il-biċċa li tkun fiż-żona ta-
periklu.
Żona tal-periklu. 10. Iż-żona tal-periklu tinsab fil-limiti li ġejjin:
(a) Fil-Lvant b’linja miġbuda lejn it-Tramuntana sebgħa u
sittin grad il-Lvant mit-Torri ta’ Qalet Marku.
(b) Fil-Punent b’linja miġbuda lejn it-Tramuntana tnejn u
għoxrin grad l-Lvant mit-Torri ta’ l-Għallis.
(ċ) F’Nofs in-Nhar max-xatt bejn il-limiti tal-Punent u l-
Lvant.
(d) Fit-Tramuntana b’linja bejn il-limiti tal-Lvant u l-
Punent li tinsab minn fuq il-baħar billi tinżamm il-
Knisja tan-Nadur, Għawdex, linja dritta ma’ Ras ta’ l-
Imnieri, Kemmuna.
Il-bastimenti ma 
għandhomx 
igħaddu ġewwa l-
imsemmija żona 
tal-periklu.
11. Il-bastimenti ma għandhomx igħaddu ġewwa l-imsemmija
żona tal-periklu fil-waqt illi jkun hemm imtellgħin bnadar ħomor
fuq l-imsemmija torrijiet, kemm-il darba ma jkollhomx ta’ bil-fors
jgħaddu minn ġo fiha minħabba l-maltemp.
Il-kaptan tal-bastiment ikollu r-responsabbiltà  li jipprova
din il-ħtieġa.
Bandiera titla’ 
qabel ma tibda’ l-
eżerċitazzjoni ta’ l-
isparar bl-
ixkubetti.
12. Fuq il-Batterija Navali ta’ l-Ixkubetti f’Wied Għammieq
titla’ bandiera ħamra ħmistax-il minuta qabel ma tibda’ l-
eżerċitazzjoni ta’ l-isparar bl-ixkubetti mill-Batterija ta’ Wied
Għammieq, u titniżżel malli tispiċċa l-eżerċitazzjoni.
 ĦSARAT MIT-TIR TA’ KANUNI, XKUBETTI U TORPEDINI ġ L.S.220.01 3
Ħadd ma għandu 
jistad meta 
tittellgħa l-
bandiera.
Sostitwit:
N.G. 271 ta’ l-
1932;
N.G. 539 ta’ l-
1933.
13. Kull meta u sakemm ikun hemm imtellgħa bandiera ħamra
fuq il-batterija msemmija fir-regolament ta’ qabel dan, ħadd ma
għandu jistad f’dik il-biċċa mmarkata b’żewġ bagi kif ġej:
Posizzjoni -  (a)  11.8 cables 075°  mid-dawl tal-Breakwater ta’
Sant’Jiermu
(b)  8.2 cables 067.5°  mid-dawl tal-Breakwater ta’
Sant’Jiermu.
Deskrizzjoni - (a) and (b) bagi ta’ forma konika, miżbugħin
ħomor, u bi staffa u globu fuq kull waħda
minnhom.
Il-bastimenti ma 
għandhomx 
igħaddu ġewwa l-
imsemmija bagi.
14. Il-bastimenti ma għandhomx igħaddu ġewwa l-imsemmija
bagi fil-waqt illi jkun hemm imtella’ bandiera ħamra fuq il-
Batterija Navali ta’ l-Ixkubetti f’Wied Għammieq, kemm-il darba
ma jkollhomx ta’ bil-fors jgħaddu minn ġo fihom minħabba l-
maltemp; f’dan il-każ, it-tieni paragrafu tar-regolament 7 ikun
japplika.
Bandiera titla’ 
qabel ma tiba’ l-
eżerċitazzjoni ta’ l-
isparar bl-
ixkubetti.
15. Fuq il-Batterija Navali ta’ l-Ixkubetti f’Għajn Tuffieħa
titla’ bandiera ħamra ħmistax-il minuta qabel ma tibda’ l-
eżerċitazzjoni ta’ l-isparar bl-ixkubetti mill-Batterija ta’ Għajn
Tuffieħa, u titniżżel malli tispiċċa l-eżerċitazzjoni.
Ħadd ma għandu 
jistad meta 
tittellgħa l-
bandiera.
Sostitwit:
N.G. 271 ta’ l-
1932;
N.G. 539 ta’ l-
1933.
16. Kull meta u sakemm ikun hemm imtellgħa bandiera ħamra
fuq il-batterija msemmija fir-regolament ta’ qabel dan, ħadd ma
għandu jistad f’dik il-biċċa mmarkata b’żewġ bagi kif ġej:
Posizzjoni -  (a)  10.9 cables 286°  mit-Torri ta’ Għajn Tuffieħa
(b)  10.9 cables 244°  mit-Torri ta’ Għajn Tuffieħa.
Deskrizzjoni - (a) and (b) bagi ta’ forma konika, miżbugħin
ħomor, u bi staffa u globu fuq kull waħda
minnhom.
Il-bastimenti ma 
għandhomx 
igħaddu ġewwa l-
imsemmija bagi.
17. Il-bastimenti ma għandhomx igħaddu ġewwa l-imsemmija
bagi fil-waqt illi jkun hemm imtella’ bandiera ħamra fuq il-
Batterija Navali ta’ Għajn Tuffieħa, kemm-il darba ma jkollhomx
ta’ bil-fors jgħaddu minn ġo fihom minħabba l-maltemp; f’dan il-
każ, it-tieni paragrafu tar-regolament 7 ikun japplika.
Dgħajjes jew 
inġenji oħra tal-
baħar ma jistgħux 
jidħlu ġol-Bajja ta’ 
Kalafrana.
18. Ebda dgħajsa jew inġenju ieħor tal-baħar ma jistgħu jidħlu
ġol-Bajja ta’ Kalafrana f’kull ħin ġewwa linja mmarkata minn ras
il-Breakwater sat-Torpedo Pier Head.
Kull meta u sakemm ikun ġew imqegħda tarki, u jkun
hemm imtellgħin bandieri ħomor fuqhom u fuq it-tarf tal-moll
f’Kalafrana, fil-Bajja ta’ Marsaxlokk, kif ukoll fl-Istazzjon Navali
f’Tas-Silġ, ebda dgħajsa jew inġenju ieħor tal-baħar ma jitħallew
jidħlu, jaqsmu. jankraw, jew jitbaħħru fiż-żona tal-batterija, li hi
mmarkata b’żewġ bagi forma ta’ gaġġa fil-ponta ta’ l-Lvant u baga
viċin u fit-Tramuntana tat-Torpedo Pier u b’żewġ sinjali tad-dawl
f’linja li jkollhom fuqhom salib ta’ Sant’ Andrija biex jimmarka l-
limitu tat-Tramuntana taż-żona tal-periklu u żewġ sinjali tad-dawl
oħra li jkunu ukoll f’linja b’żewġ strixxi biex jiġi mmarkat n-Nofs
in-Nhar taż-żona ta’ periklu.
Dawn is-sinjali tad-dawl huma mqegħda max-xatt lejn il-
Punent tat-Torpedo Pier.
4 L.S.220.01 ħ  ĦSARAT MIT-TIR TA’ KANUNI, XKUBETTI U TORPEDINI
Għandu jittella’ 
vessill ikħal fuq 
bandiera ħamra.
Emendat:
N.G. 95 ta’ l-1939;
N.G. 21 ta’ l-1954.
19. Għandu jittella’ vessill ikħal fuq bandiera ħamra, fil-post
tat-difiża fejn għandha ssir l-eżerċitazzjoni, wara nofsinhar tal-
ġurnata ta’ qabel ma għandha ssir u ma’ sbieħ filgħodu tal-ġurnata
meta għandha ssir l-eżerċitazzjoni. Dan is-sinjal għandu jittella’
fuq il-lanċja magħżula biex tivverifika l-isparaturi, meta titlaq mill-
port bit-tarki, kull meta eżerċitazzjoni ta’ sparaturi mill-kanuni
tkun ser issir minn xi post ta’ difiża, u fid-direzzjoni ta’ xi waħda
mill-arei msemmija hawn iżjed ’l quddiem.
L-arei għall-eżerċitazzjoni fuq il-baħar għandhom
jingħataw post skond il-Malta approach lane ta’ ajruplani u għandu
jkollhom base line li tibqa’ għaddejja miċ-ċentru ta’ dan il-lane
f’direzzjoni ta’ 138°  sa 318°  mill-koppla tal-Knisja tal-Mosta.
Arei ta’ ġewwa
(a) L-arei ta’ ġewwa (li jġibu l-ittri A. B, Ċ, D u E) jeħtieġ
jidħlu f’ħames linji li jgħaqqdu dawn il-posizzjonijiet:
(i) 36º 17’N. 14º  23’ E.
(ii) 35º  54.5’ N. 13º 52’ E.
(iii) 35º 31.5’ N. 14º 51’ E.
(iv) 35º 43.5’N. 14º 38’ E.
(v) 35º 52.2’ N. 14º 50.2’ E.
(b) L-area fuq in-naħa tal-Grigal tal-baseline għandha
tinqasam fi tliet arei rettangolari A, B u Ċ. L-area A
tkun l-area tal-Majjistral u l-area Ċ tkun l-area li fiha l-
Hurd Bank. Iż-żewġ linji li jaqsmu dawn l-arei
għandhom jgħaddu 048º  minn dawn iż-żewġ
posizzjonijiet -
(i) it-torri fid-dawra tal-Lbiċ tal-Gżira ta’
Kemmuna;
(ii) il-Ponta tal-Lanterna ta’ Sant’Jiermu.
(c) L-area fil-Lbiċ tal-baseline għandha tinqasam f’żewġ
arei D u E b’linja li tgħaddi 228º  minn Ras ir-Raheb.
L-area D għandha tkun fix-Xlokk u l-area E għandha
tkun fil-Majjistral ta’ din il-linja.
Arei ta’ barra
(d) L-area F għandha tibqa’ għaddejja lejn il-Grigal mill-
area E bejn il-baseline u linja li tgħaddi b’295.5º  minn
35º 54.5’ N. 13º 52’ E.
(e) L-area G għandha tkun settur ta’ 90º  bejn il-baseline u
l-area A bil-ġenb tal-Majjistral ta’ l-area A imtawwal
f’direzzjon ta’ 048º  mid-dawra tat-Tramuntana.
(f) L-area H għandha tibqa’ għaddejja għad-dritt lejn il-
Grigal mill-area A bejn żewġ linji li jgħaddu b’048º
mill-posizzjonijiet 36º 17’N., 14º 23’E., u 36º  08.9’N.,
14º  31.8’E.
(g) L-area J għandha tibqa’ għaddejja lejn il-Grigal mill-
area B bejn l-area H u linja li tgħaddi b’048º  mill-
Ponta tal-Lanterna ta’ Sant’Jiermu.
(h) L-area K għandha tibqa’ għaddejja lejn il-Grigal mill-
 ĦSARAT MIT-TIR TA’ KANUNI, XKUBETTI U TORPEDINI ġ L.S.220.01 5
area Ċ bejn l-area J u linja li tgħaddi b’048º  minn 35º
52.2’ N., 14º  50.2’ E.
(i) L-area L għandha tkun settur ta’ 90º  bejn il-baseline u
t-trufijiet tax-Xlokk ta’ l-arei Ċ u K.
(j) L-area M għandha tibqa’ għaddejja lejn Nofs in-Nhar
mill-area D bejn l-area L u linja li tgħaddi b’228º  minn
Ras ir-Raheb.
(k) L-area N għandha tibqa’ għaddejja lejn il-Lbiċ mill-
arei E u F bejn l-area M u linja li tgħaddi b’295.5º
minn 35º  47.35’ N., 10.1’E.
Dawn l-arei japplikaw fil-każ ta’ eżerċitazzjonijiet ta’
sparar ta’ kanuni minn bastimenti tal-gwerra tal-Forzi Armati.
Iż-żona tal-periklu testendi għal tnax-il elf tmien mija u
metru punt sitta minn fejn isir l-isparar.
Bandiera ħamra 
tittellgħa qabel l-
eżerċitazzjoni.
Emendat:
N.G. 95 ta’ l-1939.
20. Ħmistax il-minuta qabel ma tibda’ l-eżerċitazzjoni, u waqt
li ssir l-eżerċitazzjoni fid-direzzjon ta’ xi waħda mill-arei fuq
imsemmija, tittellgħa bandiera ħamra fuq il-post fejn għandha ssir
l-eżerċitazzjoni.
Ħadd ma għandu 
jistad meta 
tittellgħa l-
bandiera.
21. Kull meta u sakemm ikun hemm imtellgħa bandiera ħamra
fuq il-batteriji msemmija fir-regolament ta’ qabel dan, ħadd ma
għandu jistad f’dik l-area fejn għandha ssir l-eżerċitazzjoni, u l-
bastimenti ma għandhomx igħaddu ġewwa l-imsemmija area,
kemm-il darba ma jkollhomx ta’ bil-fors jgħaddu minn ġo fiha
minħabba l-maltemp; f’dan il-każ, it-tieni paragrafu tar-regolament
7 ikun japplika
Reati u pieni.
Kap. 220.
22. Kull min jinqabad jistad bi ksur tad-disposizzjonijiet tar-
regolamenti 4, 9, 13, 16 u 21, u l-kaptan ta’ xi bastiment li jkun ħati
ta’ ksur ta’ dawn ir-Regolamenti, jkun suġġett għall-proċeduri
skond l-Att dwar il-Forzi Armati, u jkun suġġett għall-pieni
provvduti skond dak l-Att, u l-bastiment ikun suġġett li jiġi
rmonkat barra mill-area ta’ projbizzjoni b’laneċ tal-Gvern li jkunu
posizzjonati fil-viċin għal dan il-għan.
Bastimenti 
barranin.
23. Dawn ir-Regolamenti ma jgħoddux għal bastimenti
barranin, meta dawn jkunu ’l barra mil-limiti ta’ l-ibħra territorjali
ta’ dawn il-Gżejjer.
Jekk l-aġir ta’ bastiment barrani ’l barra mill-ibħra
territorjali jfixkel l-eżerċitazzjonijiet ta’ l-artillerija, allura l-
isparar għandu jieqaf u l-bastiment jiġi mitlub jitlaq miż-żona ta’ l-
isparar.
