ISEM, IL-KMAND U L-ISTABBILIMENT 
TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 220.02
ORDNI DWAR L-ISEM, IL-KMAND
U L-ISTABBILIMENT TAL-FORZI ARMATI
TA’ MALTA
25 ta’ Settembru, 1970
L-AVVIŻ LEGALI 90 ta’ l-1970, kif emendat bl-Avviżi Legali 36 ta’ l-
1973 u 33 ta’ l-1980.
Titolu.
Emendat:
A.L. 36 ta’ l-1973.
1. It-titolu ta’ dan l-Ordni hu Ordni dwar l-Isem, il-Kmand u
l-Istabbiliment tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Isem ta’ forzi 
armati.
Emendat:
A.L. 36 ta’ l-1973.
Kap. 220.
2. Il-forzi kollha mwaqqfa jew meqjusa li ġew imwaqqfa
skond l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta, għandhom kollha
f’daqqa jkunu magħrufa bħala l-Forzi Armati ta’ Malta.
Kmand.
Emendat:
A.L. 36 ta’ l-1973;
A.L. 33 ta’ l-1980.
3. (1) Għandu jkun hemm Kmandant tal-Forzi Armati ta’
Malta, li jiġi nominat mill-Ministru responsabbIi għad-difiża; u
jista’ jiġi nominat ukoll mill-imsemmi Ministru Deputat Kmandant
tal-Forzi Armati ta’ Malta, u fl-assenza ta’ jew meta l-Kmandant
jew id-Deputat Kmandant ma jkunx jista’ jaġixxi, uffiċjal biex
jaġixxi ta’ Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta.
(2) Il-Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta għandu, bla ħsara
tad-disposizzjonijiet ta’ l-Att imsemmi qabel u ta’ kull regolamenti,
regoli jew ordnijiet magħmula bis-saħħa tiegħu, kif ukoll tat-
termini u kondizzjonijict tan-nomina tiegħu u ta’ kull
istruzzjonijiet jew direttivi mogħtija lilu mill-imsemmi Ministru,
jkollu l-kmand tal-Forzi Armati ta’ Malta.
(3) Id-Deputat Kmandant għandu jgħin lill-Kmandant fil-qadi
ta’ xogħlu u dmirijietu; u fl-assenza ta’ jew meta l-Kmandant ma
jkunx jista’ jaġixxi, id-Deputat Kmandant, jew fl-assenza tiegħu
jew meta hu ma jkunx jista’ jaġixxi, dak l-uffiċjal l-ieħor li jista’
jiġi nominat biex jaġixxi ta’ Kmandant, ikollu l-istess setgħat ta’
Kmandant.
(4) Minkejja d-disposizzonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, il-
Ministru responsabbli għad-difiża jista’ iqiegħed kull parti mill-
Forzi Armati ta’ Malta taħt kmand separat u f’kull każ bħal dan
jista’ jaħtar kmandant separat u dwar dik il-parti tal-Forzi Armati
ta’ Malta, id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu u ta’ l-
artikolu 4 għandhom japplikaw bħallikieku r-riferenzi għall-
Kmandant, tal-Forzi Armati ta’ Malta, kienu riferenzi għall-
kmandant tal-parti ta’ l-imsemmija forzi imqiegħda taħt kmand
separat.
Stabbiliment tal-
forza.
Emendat:
A.L. 36 ta’ l-1973.
4. L-istabbiliment tal-Forzi Armati ta’ Malta u ta’ kull corps,
unità  jew parti oħra tagħhom, għandu jkun dak l-istabbiliment li l-
Ministru responsabbli għad-difiża jista’ minn żmien għal żmien
jistabbilixxi, u dak l-istabbiliment għandu, bla ħsara ta’ l-Att
imsemmi qabel u ta’ kull regolamenti, regoli jew ordnijiet
magħmula bis-saħħa tiegħu, jiġi regolat mill-istruzzjonijiet u mill-
ordnijiet li l-imsemmi Ministru, jew il-Kmandant jew uffiċjal ieħor
2 L.S.220.02 ħ
ISEM, IL-KMAND U L-ISTABBILIMENT 
TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
li jkun qed jaġixxi taht awtorità  ta’ l-imsemmi Ministru, jista’
joħroġ minn żmien għal żmien.
