NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 220.03
REGOLAMENTI DWAR IN-NOMINI U 
L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-FORZA 
REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
29 ta’ Settembru, 1970
L-AVVIŻ LEGALI 91 ta’ l-1970, kif emendat bl-Avviżi Legali 37 ta’ l-
1973, 20 u 98 ta’ l-1975, 42 ta’ l-1980, 54 ta’ l-1981, 36 u 64 ta’ l-1982,
45 ta’ l-1983, 10 u 14 ta’ l-1984, 47 ta’ l-1990, 139 ta’ l-1991, 130 ta’ l-
1998 u 13 ta’ l-1999.
Titolu.
Emendat:
A.L. 37 ta’ l-1973.
1. It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar in-
Nomini u l-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi
Armati ta’ Malta.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 37 ta’ l-1973.
2. (1) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem
ma teħtieġx xort’oħra -
Kap. 220.
L.S. 220.02
"Kmandant" tfisser il-Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta
nominat bis-saħħa ta’ l-Ordni dwar l-Isem, il-Kmand u l-
Istabbiliment tal-Forzi Armati ta’ Malta, u fl-assenza jew
inkapaċità  tiegħu tinkludi d-Deputat Kmandant, jew uffiċjal ieħor
nominat biex jaġixxi bħala Kmandant, nominati bis-saħħa ta’ l-
imsemmi Ordni;
"jistabbilixxi", dwar il-Ministru, tfisser jistabbilixxi b’ordni jew
istruzzjoni (kemm jekk maħruġa minnu kemm jekk maħruġa bl-
awtorità  tiegħu) jew f’dik il-forma oħra jew dak il-mod ieħor, u
suġġetti għal dik il-pubbliċità , li l-Ministru jidhirlu xieraq;
"forza" tfisser il-forza regolari;
"servizz li għandu jiġi kalkolat" jinkludi servizz speċjali li
għandu jiġi kalkolat;
"servizz speċjali li għandu jiġi kalkolat" tfisser servizz bħala
uffiċjal u servizz ieħor li għandu jiġi kalkolat wara l-egħluq ta’
tmintax-il sena qabel l-1 ta’ Ottubru, 1970, f’unità  Maltija tal-forzi
tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq minn
persuna li tkun ingħatat kummissjoni jew li tkun ingaġġata fil-forza
b’effett mill-1 ta’ Ottubru, 1970, u servizz full-time, bejn l-1 ta’
April, 1965, u t-30 ta’ Settembru, 1970, mal-korp territorjali, minn
persuna ngaġġata kif intqal qabel;
"uffiċjal ta’ l-ingaġġ" għandha tiftiehem skond ir-regolament 21;
(2) Ħlief kif provdut fis-subregolament (1), f’dawn ir-
Regolamenti kliem u espressjonijiet għandu jkollhom l-istess tifsir
kif mogħti lilhom fl-Att.
2 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
TAQSIMA I
Uffiċjali
Nomini, promozzjonijiet, trasferimenti, irtiri u trasferimenti 
għar-riżerva
Għoti ta’ 
kummissjoni  lil 
uffiċjali.
Emendat:
A.L. 37 ta’ l-1973.
3. (1) L-uffiċjali għandhom jingħataw il-kummissjoni mill-
President ta’ Malta li jaġixxi skond il-parir tal-Ministru.
(2) Għall-fini ta’ l-għoti tal-parir skond dan ir-regolament. il-
Ministru jista’ jagħmel jew iġiegħel li ssir xi waħda jew iżjed minn
dawn il-ħwejjeġ li ġejjin:
(a) iġiegħel li fil-Gazzetta tiġi pubblikata kull vakanza fil-
forza li jkun hemm il-ħsieb li timtela;
(b) isejjaħ applikazzjonijiet minn kandidati prospettivi
għal kummissjonijiet fil-forza jew għad-dħul f’xi
akkademja militari jew istituzzjoni simili bil-ħsieb li
tiġi miksuba kummissjoni fil-forza;
(ċ) jistabbilixxi l-kwalifiki u kondizzjonijiet oħra għall-
għoti ta’ kummissjonijiet fil-forza;
(d) jistabbilixxi l-kwalifiki u kondizzjonijiet oħra għad-
dħul f’akkademja militari jew f’istituzzjoni simili;
(e) jistabbilixxi l-kwalifiki u l-kondizzjonijiet oħra għal
dħul dirett fil-forza bħala uffiċjal u/jew iċ-ċirkostanzi
li taħthom dak id-dħul dirett għandu jsir;
(f) jistabbilixxi r-rank u l-anzjanità  li fiha, u ż-żmien li
għalih, persuna tingħata kummissjoni;
(g) jagħżel bejn uffiċjali tal-kombattiment u uffiċjali li
m’humiex tal-kombattiment, u jagħmel distinzjonijiet
oħra kif jidhirlu xieraq;
(h) jagħmel kull disposizzjoni jew arranġament ieħor
għall-għażla, nomina u għoti ta’ kummissjoni ta’
uffiċjali fil-forza kif jidhirlu xieraq.
(3) Bla ħsara tad-disposizzjanijiet tas-subregolament (2)(e), il-
persuni kollha li jkunu uffiċjali f’unità  Maltija tal-forzi tar-Renju
Unit u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq fit-30 ta’ Settembru,1970, jistgħu, jekk
hekk jagħżlu, jingħataw kummissjoni fil-forza b’effett mill-1 ta’
Ottubru, 1970, fl-istess rank u anzjanità  li kellhom fl-unità  Maltija
msemmija qabel u kull persuna li hekk tingħata kummissjoni
għandha titħalla fis-servizz sakemm tasal biex tirtira skond dawn
ir-Regolamenti.
(4) Il-persuni kollha mogħtija kummissjoni fil-forza u li ma
jkunux ġew ingaġġati fil-forza għandhom, qabel ma jidħlu fid-
dmirijiet tagħhom, jieħdu ġurament ta’ fedeltà  kif muri fl-Ewwel
Skeda, u dak il-ġurament jista’ jingħata mill-Kmandant, uffiċjal ta’
l-istaff imsemmi għal hekk mill-Kmandant jew minn
Kummissjunarju b’setgħa li jagħti ġurament.
Nomini fil-forza.
Emendat:
A.L. 37 ta’ l-1973.
4. Bla ħsara ta’ kull modifiki u eċċezzjonijiet awtorizzati
mill-Ministru wara konsultazzjoni mal-Kmandant, id-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan ir-regolament għandhom ikollhom
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 3
effett dwar in-nomini msemmija hawn taħt:
(1) Impieg fuq l-istaff
(a) Nomini fuq l-istaff fir-rank ta’ kurunell u f’rank ogħla
għandhom isiru mill-Ministru;
(b) Nomini fuq l-istaff ta’ uffiċjali fir-rank ta’ tenent
kurunell u taħt dak ir-rank għandhom isiru mill-
Kmandant;
(ċ) Il-kwalifiki u l-proċedura għan-nomina fuq l-istaff, it-
tiżmim ta’ nomina fuq l-istaff u t-terminazzjoni ta’ dik
in-nomina għandhom ikunu hekk kif il-Ministru jista’
minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
(2) Ajjutant
(a) In-nomina ta’ ajjutant ta’ reġiment għandha ssir mill-
Kmandant fuq rapport ta’ uffiċjal kmandant dwar l-
ismijiet ta’ l-uffiċjali li jkunu qed iservu taħt il-kmand
tiegħu li hu jirrakkomanda għan-nomina, u li
jikkonferma li dak l-uffiċjal qatt ma kien serva hekk
qabel;
(b) Bla ħsara ta’ kull tibdil awtorizzat mill-Kmandant fl-
interess tas-servizz, it-tiżmim ta’ nomina bħala
ajjutant għandha tkun għal tliet snin; u uffiċjal ma
jistax ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali u bl-
approvazzjoni minn qabel tal-Kmandant ikollu ż-
żmien tiegħu mtawwal jew jagħmel perijodu ieħor;
(ċ) It-tluq ta’ nomina ta’ uffiċjal bħala ajjutant ikun
suġġett għall-approvazzjoni tal-Kmandant, li jista’
wkoll jittermina dik in-nomina jekk jidhirlu li dak l-
egħmil ikun fl-interessi tas-servizz.
(3) Uffiċjal Inkarigat mir-Records
(a) Uffiċjal mhux taħt ir-rank ta’ maġġur għandu jiġi
nominat mill-Kmandant għal dmirijiet bħala Uffiċjal
Inkarigat mir-Records fl-Uffiċċju tal-Finanzi u tar-
Records tal-Forzi Armati ta’ Malta.
(b) Bla ħsara għal kull tibdil awtorizzat mill-kmandant fl-
interessi tas-servizz, il-perijodu ta’ dik in-nomina
għandu jkun ta’ tliet snin.
(4) It-Tieni-fil-Kmand
(a) Meta awtorizzat bl-istabbiliment, tieni-fil-kmand
għandu jiġi nominat fl-unitajiet tal-forza li huma taħt
il-kmand ta’ tenent kurunell, u dik in-nomina għandha
ssir mill-Kmandant;
(b) Bla ħsara għal kull tibdil awtorizzat mill-Kmandant fl-
interessi tas-servizz, il-perijodu ta’ nomina tali
għandha tkun mhux inqas minn sentejn u mhux iżjed
minn tliet snin;
(ċ) Il-proċedura għall-għażla u r-regoli li għandhom jiġu
osservati dwar l-għażla, l-ippustjar u l-bdil tat-tieni-
fil-kmand, għandhom ikunu hekk kif il-Ministru jista’
4 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
(5) Uffiċjal Kmandant
(a) Uffiċjal kmandant għandu jiġi nominat mill-Ministru
wara li nominazzjonijiet għall-kmand ikunu ġew
sottomessi lilu mill-Kmandant;
(b) In-nomini għandhom isiru b’għażla u mhux bl-
anzjanità ;
(ċ) Nomini għall-kmand għandhon ikunu għal perijodu ta’
tliet snin.
(6) Nomini oħra
Nomini oħra għandhom isiru mill-Kmandant
b’konsultazzjoni ma’ l-ufflċjali kmandanti u ż-żmien tas-servizz ta’
dawk in-nomini jiġi stabbilit mill-Kmandant fl-interessi tas-
servizz.
(7) Kappillani
(a) Kappillani tas-servizz għandhom jiġu nominati mill-
Ministru għal dak il-perijodu ta’ żmien (li jista’
jiġġedded meta jispiċċa) u taħt dawk il-kondizzjonijiet
kif jidhirlu xieraq;
(b) In-nomina tista’ tintemm mill-Ministru f’kull żmien
jew fuq it-talba tal-kappillan li jkun.
Impieg barra minn 
Malta u barra mir-
reġiment.
5. (1) Bla ħsara ta’ kull patt u kondizzjoni li jkunu jinsabu
fil-kummissjoni tagħhom u f’kull disposizzjoni oħra dwar il-
kondizzjonijiet tas-servizz tagħhom, uffiċjali jkunu suġġetti għal
servizz universali u għal impieg barra mir-reġiment:
Iżda subaltern ma għandux ikun impjegat barra mir-
reġiment sakemm ikollu sentejn servizz.
(2) Il-perijodu ta’ żmien ta’ impieg barra mir-reġiment ma
għandux ikun inqas minn sentejn u mhux itwal minn tliet snin, iżda
jista’ jiġi mibdul mill-Kmandant fl-interessi tas-servizz.
Promozzjoni.
Sostitwit:
A.L. 37 ta’ l-1973;
A.L. 139 ta’ l-
1991.
6. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament
dwar promozzjonijiet aċċellerati, promozzjonijiet għar-ranks hawn
taħt speċifikati għandhom isiru skond rakkomandazzjoni bażata fuq
effiċjenza, anzjanità  u għażla biex timtela vakanza.
A. Uffiċjali tal-Kombattiment:
Tenent
Kaptan
Maġġur
Tenent Kurunell
Kurunell
Brigadier
B. Uffiċjali li m’humiex tal-Kombattiment:
(i) Kaptan (Uffiċjal Mediku)
Maġġur (Uffiċjal Mediku)
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 5
Tenent Kurunell (Uffiċjal Mediku)
(ii) Kaptan (Quarter Master)
Maġġur (Quarter Master)
(iii) Uffiċjal tal-Kontroll tat-Traffiku ta’ l-Ajru
Uffiċjal tal-Kontroll tat-Traffiku ta’ l-Ajru, Uffiċjal
Inkarigat
Assistent Uffiċjal Anzjan tal-Kontroll tat-Traffiku ta’
l-Ajru
Uffiċjal Anzjan tal-Kontroll tat-Traffiku ta’ l-Ajru.
(2) F’każijiet eċċezzjonali, promozzjonijiet aċċellerati jistgħu
jiġu awtorizzati, fl-interessi tas-servizz, mill-Ministru fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Kmandant.
Rank lokali.
(a) meta jkun meħtieġ li jiġi mgħolli l-istatus ta’ uffiċjal
li, minħabba n-nomina tiegħu, ikollu jittratta ma’
uffiċjali ta’ rank ogħla tal-forzi ta’ xi pajjiż barrani
jew uffiċjali anzjani jew dinjitarji ta’ gvernijiet
barranin, jew
(b) lil uffiċjali li jkunu pustjati f’nomini li jkollhom rank
ta’ tenent kurunell jew rank ogħla mid-data li
jingħaqdu ma’ l-unità  l-ġdida u għal dak iż-żmien
meħtieġ għal perijodu ta’ take over.
(2) Rank lokali ma jagħti ebda dritt għal benefiċċji finanzjarji
kemm-il darba ma jkunx hemm disposizzjoni speċifika dwar hekk
f’xi regolamenti jew ordnijiet magħmula skond l-Att.
(3) Rank lokali għandu jispiċċa fid-data li d-detentur tiegħu
ma jibqax jagħmel id-dmirijiet li għalihom ir-rank lokali jkun
ingħata.
Rank temporanju.
magħżul biex jimla vakanza ogħla mir-rank sostantiv tiegħu fi
stabbiliment approvat fuq bażi permanenti jew semi-permanenti.
Rank temporanju jingħata biss bl-approvazzjoni tal-Ministru.
(2) Meta rank temporanju jinżamm għal iżjed minn wieħed u
għoxrin ġurnata konsekuttivi, il-paga tar-rank ogħla għandha tkun
awtorizzata mid-data li fiha jkun ittieħed ir-rank temporanju.
(3) Rank temporanju għandu jispiċċa meta n-nomina fl-
istabbiliment tiġi mnaqqsa jew meta l-uffiċjal ma jkomplix jimla l-
kariga li għaliha hu ngħata r-rank temporanju.
Tiżmim ta’ rank 
sostantiv u rank 
onorarju.
9. (1) Uffiċjal regolari li jkun eliġibbli bit-tul ta’ servizz għal
pensjoni jew gratuity, jew li jirtira minħabba mard li jkun ġie
rapportat minn awtorità  medika approvata bħala mhux iktar tajjeb
għal servizz militari, għandu jżomm ir-rank sostantiv tiegħu meta
jirtira.
(2) Uffiċjal regolari li jżomm ir-rank sostantiv tiegħu skond is-
subregolament (1) jista’ jingħata rank onorarju ekwivalenti għall-
ogħla rank temporanju li hu kellu fil-forza kemm-il darba dak ir-
rank ikun ġie miżmum minnu għal perijodu b’kollox ta’ sitt xhur.
6 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
(3) Il-perijodu ta’ sitt xhur imsemmi qabel jista’ ma jitqiesx
jekk is-servizz ta’ l-uffiċjal fir-rank temporanju spiċċa minħabba
korrimenti jew mard li jkun ikkawża assenza mid-dmirijiet u
sussegwentement nuqqas ta’ impieg jew it-temm mis-servizz fuq il-
lista attiva.
(4) L-għoti ta’ rank onorarju għandu jingħata biss jekk l-
uffiċjal in kwistjoni jkun ta servizz sodisfaċenti matul il-karriera
tiegħu; u uffiċjal jista’ ma jingħatax ir-rank onorarju tiegħu jekk
jinsab ħati minn qorti ċivili jew fid-diskrezzjoni tal-Ministru.
(5) Rank onorarju jiġi sospiż awtomatikament jekk uffiċjal jiġi
mpjegat mill-ġdid fuq il-lista attiva tal-forza regolari jew
territorjali. Fit-tmiem ta’ servizz tali r-rank onorarju hekk sospiż
jista’ jingħata lura kemm-il darba l-uffiċjal ma jkunx ikkwalifika
għal rank onorarju ogħla matul dak is-servizz, f’liema każ jista’
jingħata l-ogħla rank onorarju.
Awtorità  għall-
għoti ta’ rank 
lokali temporanju 
jew onorarju.
10. Rank lokali, temporanju jew onorarju jista’, bla ħsara ta’
kull disposizzjoni oħra ta’ dawn ir-Regolamenti, jingħata mill-
istess awtorità  li għandha s-setgħa li tagħti r-rank sostantiv
korrispendenti. 
Trasferimenti. 11. Uffiċjal jista’ jiġi mġiegħel li jiġi trasferit minn corps għal
ieħor skond l-esiġenzi tas-servizz biss jekk -
(a) ikun jeżisti stat ta’ gwerra bejn Malta u xi qawwa
barranija; jew
(b) uffiċjali tar-riżerva jissejħu għal servizz permanenti;
jew
(ċ) il-Ministru japprova t-trasferiment obbligatorju.
Irtir normali.
Sostitwit:
A.L. 37 ta’ l-1973.
Emendat:
A.L. 64 ta’ l-1982;
A.L. 47 ta’ l-1970.
12. (1) Ħlief kif provdut b’dawn jew taħt dawn ir-
Regolamenti, uffiċjal għandu jirtira meta jilħaq l-età  ta ħamsa u
ħamsin sena iżda jista’ jitħalla jibqa’ fuq il-lista attiva ’il fuq minn
dik l-età  għal dak iż-żmien jew għal dawk iż-żminijiet kif il-
Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi:
Iżda uffiċjal ikollu l-għażla li jirtira fil-jum meta, jew
f’kull jum ieħor li jiġi wara l-jum meta, itemm ħamsa u għoxrin
sena servizz, sakemm l-uffiċjal jiddikjara l-ħsieb tiegħu li jirtira
lill-Ministru bil-miktub, permezz tal-Kmandant, mhux iktar tard
minn tliet xhur qabel il-jum maħsub ta’ l-irtir tiegħu.
(2) Għall-fini li jinħadmu l-ħamsa u għoxrin sena servizz
imsemmija qabel, għandu jitqies bħala servizz li għandu jiġi
kalkolat dan li ġej:
(i) Servizz speċjali li għandu jiġi kalkolat,
(ii) Servizz fil-forza bħala "raġel" tal-forza.
Kap. 93.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (l), uffiċjal
tal-pulizija ingaġġat mal-forza fl-ewwel jew qabel l-1 ta’ Ottubru,
1982, jista’ jagħżel li jirtira fi kwalunkwe jum li fih kien ikollu
jedd li jirtira kieku baqa’ mal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u d-
disposizzjonijiet kollha ta’ l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet li
kienu jkunu applikabbli għalih li kieku baqa’ mal-Korp tal-Pulizija
ta’ Malta jkunu applikabbli għalih meta jirtira mill-forza; u għall-
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 7
finijiet ta’ l-imsemmija Ordinanza servizz fil-forza jingħadd bħala
servizz mal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
Irtir volontarju.
Emendat:
A.L. 47 ta’ l-1990.
13. (1) Uffiċjal jista’, fuq applikazzjoni, jitħalla jirtira jew
jirriżenja qabel iż-żmien jekk l-eżiġenzi tas-servizz hekk
jippermettu:
Iżda uffiċjal ma jitħalliex jirtira jew jirriżenja qabel iż-
żmien jekk ikun avżat għal servizz barra minn Malta jew, jekk ikun
għamel xi kors speċjalizzat barra minn Malta, qabel dak il-perijodu,
li ma jkunx iżjed minn ħames snin, li jibdew mid-data li fiha
jispiċċa l-kors kif il-Ministru jista’ jistabbilixxi.
(2) Uffiċjal li jirtira jew jirriżenja volontarjament ikollu l-
obbligu li jservi fir-riżerva għaż-żmien speċifikat fir-regolament
16.
Irtir obbligatorju 
qabel iż-żmien.
14. (1) Uffiċjal jista’ jiġi mitlub biex jirtira jew jirriżenja jew
jista’ jitneħħa f’kull żmien mill-Kmandant bl-approvazzjoni tal-
Ministru għax ma jkunx effiċjenti jew ma jkunx adatt jew minħabba
kondotta ħażina.
(2) Uffiċjal jista’ jiġi mitlub biex jirtira jew jirriżenja jew
jista’ jiġi mneħħi bil-mod qabel imsemmi minħabba nuqqas ta’ rak-
komandazzjoni jew għax ma jgħaddix mill-eżami ta’ promozzjoni
f’dawk iċ-ċirkostanzi u taħt dawk il-kondizzjonijiet kif il-Ministru
jistabbilixxi.
(3) Uffiċjal jista’ jiġi mitlub biex jirtira jew jirriżenja jew
jista’ jiġi mneħħi minħabba mard jekk awtorità  medika approvata
tiċċertifika li huwa mhux aktar tajjeb għal servizz militari u li
aktarx jibqa’ hekk permanentement.
Tiżmim 
obbligatorju fuq l-
età  normali ta’ irtir.
15. Meta uffiċjal ikun qiegħed fuq servizz attiv jew fuq servizz
ta’ emerġenza nazzjonali, hu jkun suġġett li jkun obbligat li jibqa’
fuq il-lista attiva wara l-età  ta’ irtir normali tiegħu.
Servizz fir-riżerva.
Emendat:
A.L. 37 ta’ l-1973;
A.L. 20 ta’ l-1975.
16. Uffiċjali, barra minn Uffiċjali fil-Korp tal-Pijonieri ta’
Malta, jkollhom l-obbligu li jservu fir-Riżerva Regolari ta’
Uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta sakemm jilħqu l-etajiet li
ġejjin-
(a) Brigadieri u Kurunelli 57 sena.
(b) Tenenti Kurunelli u taħt 55 sena.
Ranks jew gradi 
korrispondenti.
Miżjud:
A.L. 139 ta’ l-
1991.
17. Għall-finijiet ta’ l-Att, kull rank jew grad speċifikat f’xi
kolonna tal-lista murija hawn taħt huwa dikjarat li jikkorrispondi
mar-ranks jew gradi speċifikati b’relazzjoni għalih fil-kolonna l-
oħra ta’ dik il-lista.
Kolonna Kolonna
A B
Maġġur Uffiċjal Anzjan tal-Kontroll tat-Traffiku 
ta’ l-Ajru
Assistent Uffiċjal Anzjan tal-Kontroll tat-
Traffiku ta’ l-Ajru
Kaptan Uffiċjal tal-Kontroll tat-Traffiku ta’ l-
Ajru, Uffiċjal Inkarigat
8 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
Paga, allowances u pensjonijiet
Paga u allowances. 18. L-iskali ta’ paga u ta’ allowances ta’ uffiċjali għandhom
ikunu dawk kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien
jistabbilixxi u javża.
Pensionijiet u 
gratuities.
Emendat:
A.L. 47 ta’ l-1990.
Kap. 93.
19. Uffiċjali li jkollhom kummissjoni fil-forza għandhom,
dwar servizz fil-forza, ikunu intitolati għal dik il-pensjoni jew
gratuity kif tista’ tingħata skond l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet
lil uffiċjal detentur ta’ kariga pensjonabbli f’Malta skond it-tifsir
ta’ dik l-Ordinanza; u l-imsemmija Ordinanza għandha għal dak l-
iskop tapplika għall-uffiċjali li jkollhom kummissjoni fis-servizz,
għar-romol u għar-rappreżentanti legali tagħhom, kif tapplika għal
uffiċjal detentur ta’ kariga pensjonabbli kif intqal qabel, għall-
armla u għar-rappreżentant legali tiegħu, suġġett għal dawk l-
addatamenti u modifiki li jistgħu jkunu meħtieġa u b’mod
partikolari suġġett għall-modifika li l-etajiet ta’ rtir ta’ uffiċjali li
jkollhom kummissjoni fil-forza jkunu dawk speċifikati fir-
regolament 12, u fl-applikazzjoni ta’ l-artikolu 7, l-artikolu 11(3) u
l-artikolu 18 ta’ l-imsemmija Ordinanza u tar-regolamenti 2, 9, 10 u
14 tar-Regolamenti dwar il-Pensjonijiet għal uffiċjali li jkollhom
kummissjoni fil-forza, dawk l-artikoli u regolamenti japplikaw kif
japplikaw għal membri tal-Korp tal-Pulizija:
Iżda uffiċjal li jkollu kummissjoni fil-forza li jkollu servizz
speċjali li għandu jiġi kalkulat għandu jikkwalifika għal pensjoni
indipendentement mit-tul tas-servizz tiegħu li għandu jiġi kalkolat
kemm-il darba l-irtir tiegħu jsir jew skond ir-regolament 12 jew
skond ir-regolament 14(3):
Iżda wkoll servizz fil-kmand tal-Korp Territorjali għandu
jitqies li hu servizz pensjonabbli.
Pensjoni lil 
uffiċjali li jkollhom 
kummissjoni fil-15 
ta’ Jannar, 1979, 
jew wara.
Miżjud:
A.L. 47 ta’ l-1990.
20. Uffiċjali li jkollhom kummissjoni fil-15 ta’ Jannar, 1979,
jew wara, ikunu intitolati għal pensjoni kif tista’ tingħata skond l-
artikoli u regoli li hemm fit-Tielet Skeda. 
TAQSIMA II
Irġiel
Ingaġġ, servizz, promozzjoni, trasferiment, impieg u ħall mis-
servizz
Uffiċjali ta’ l-
ingaġġ.
21. Kull uffiċjal tal-forza awtorizzat f’dak is-sens mill-
Kmandant jista’ jingaġġa rekluti fil-forza u dak l-uffiċjal għandu
jkun l-uffiċjal ta’ l-ingaġġ għall-finijiet ta’ l-Att u ta’ dawn ir-
Regolamenti.
Avviż preskritt u 
karta tal-konferma.
22. L-avviż li għandu jingħata għall-finijiet ta’ l-artikolu 6(1)
ta’ l-Att għandu jkun fil-forma murija fit-Taqsima I tat-Tieni
Skeda, u l-karta tal-konferma għandha tkun fil-forma murija fit-
Taqsima II ta’ l-imsemmija Skeda.
Proċedura għall-
konferma.
23. Il-proċedura għall-ingaġġ ta’ persuna fil-forza għandha
tkun din li ġejja:
Tenent Uffiċjal tal-Kontroll tat-Traffiku ta’ l-
Ajru.
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 9
(a) l-uffiċjal ta’ l-ingaġġ għandu jwissi lill-persuna li tkun
ser tingaġġa li jekk tagħti xi tweġiba falza għall-
mistoqsijiet li jkunu ser jinqrawlha hi tkun suġġetta
għal piena kif provdut bl-Att;
(b) hu għandu mbagħad jaqra, jew iġiegħel li jinqraw, lil
dik il-persuna l-mistoqsijiet murija fil-karta tal-
konferma u jissodisfa ruħu li dik il-persuna tifhem kull
waħda minn dawk il-mistoqsijiet u li t-tweġibiet
tagħha għalihom ikunu ġew reġistrati kif imiss fil-
karta tal-konferma;
(ċ) hu għandu mbagħad jistaqsi lil dik il-persuna biex
tagħmel u tiffirma dikjarazzjoni murija fil-karta tal-
konferma dwar il-verità  tat-tweġibiet u għandu
jagħtiha l-ġurament ta’ fedeltà  muri fil-karta tal-
konferma;
(d) kif tiffirma d-dikjarazzjoni u tieħu l-ġurament l-
imsemmija persuna ssir raġel tal-forza;
(e) l-uffiċjal ta’ l-ingaġġ għandu b’firma jikkonferma, bil-
mod meħtieġ mill-karta tal-konferma, li l-ħtiġiet ta’ l-
Att dwar il-konferma tar-rekluta jkunu ġew imħarsa u
għandu jagħti l-karta tal-konferma bid-data xierqa lill-
Uffiċjal Inkarigat mir-Records;
(f) meta r-rekluta jiġi approvat finalment għas-servizz
mill-uffiċjal kmandant ta’ l-unità  responsabbli għal
taħriġ ta’ rekluti, l-uffiċjal li minnu jiġi approvat
għandu fuq talba tiegħu jagħtih kopja awtentikata tal-
karta tal-konferma.
Għażla u 
kondizzjonijiet 
għal ingaġġ.
Sostitwit:
A.L. 37 ta’ l-1973.
24. (1) Il-kandidati jiġu magħżula b’dak il-mod u matul dak
iż-żmien jew dawk iż-żminijiet kif il-Ministru jista’ minn żmien
għal żmien jistabbilixxi.
(2) Il-kandidati għandhom jissodisfaw dawk il-kondizzjonijiet
għal ingaġġ kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien
jistabbilixxi u għandhom ikunu -
(a) ċittadini ta’ Malta;
(b) ċertifikati li jkollhom mill-inqas dak il-livell mediku
kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien
jistabbilixxi;
(ċ) ta’ kondotta tajba.
Ingaġġ f’corps 
partikolari u xiri ta’ 
ħall mis-servizz.
25. (1) Rekluti jistgħu, jekk il-Kmandant hekk jordna (sew
b’mod ġenerali kemm f’każi partikolari), jiġu ngaġġati f’corps
partikolari.
(2) Id-dritt mogħti mill-artikolu 14(1) ta’ l-Att ma għandux
ikun eżerċitabbli minn rekluta qabel ma jgħaddu xahrejn mid-data
tal-konferma tiegħu.
10 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
Ingaġġ.
Sostitwit:
A.L. 37 ta’ l-1973.
Emendat:
A.L. 98 ta’ l-1975.
Sostitwit:
A.L. 42 ta’ l-1980.
Emendat:
A.L. 54 ta’ l-1981;
A.L. 36 ta’ l-1982;
A.L. 45 ta’ l-1983;
A.L. 14 ta’ l-1984.
26. (1) Kandidati li jgħaddu jiġu ngagġati -
(a) għall-ingagġ inizjali ta’ tliet snin mal-forza li jibdew
jgħoddu mid-data tal-konferma jew ma’ għeluq it-
tmintax-il sena liema minnhom tkun l-aħħar data, jew
(b) għal ingaġġ ta’ ħames snin mal-forza li jibdew
jgħoddu mid-data tal-konferma, jew
(ċ) meta raġel jingaġġa malli jiġi sekondat mis-servizz
pubbliku, għal ingaġġ ta’ tliet snin mal-forza li jibdew
jgħoddu mid-data tal-konferma, jew
(d) għal ingaġġ ta’ erbatax-il xahar mal-forza li jibdew
jgħoddu mid-data tal-konferma, jew
(e) għal ingaġġ ta’ tmintax-il xahar mal-forza li jibdew
jgħoddu mid-data tal-konferma, jew
(f) għal ingaġġ ta’ tnax-il xahar mal-forza li jibdew
jgħoddu mid-data tal-konferma,
kif il-Ministru jista’ jistabbilixxi:
Iżda l-ingaġġ jitqies li spiċċa -
(i) fil-każ ta’ kandidati li huma ngaġgati għall-
ingaġġ ta’ ħames snin imma li jkunu fuq l-età  ta’
ħamsa u ħamsin sena fid-data ta’ l-ingaġġ, meta
jilħqu l-età  ta’ wieħed u sittin sena jew malli
jispiċċa l-imsemmi żmien ta’ l-ingaġġ skond
liema minnhom jiġi l-ewwel; iżda kandidati bħal
dawk jistgħu jagħżlu li jispiċċaw l-ingaġg
tagħhom malli jilħqu l-età  ta’ sittin sena;
(ii) fil-każ ta’ kandidati li jkunu ngaġgati għal tliet
snin malli jigu sekondati mis-servizz pubbliku,
fid-data li fiha jissejħu lura għas-servizz
pubbliku.
(2) Ma jkun hemm ebda benefiċċju fi tmiem is-servizz u, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolamenti (3) u (4), ma jkunx
hemm obbligu ta’ servizz fir-riżerva meta jispiċċa -
(a) l-ingaġg inizjali ta’ tliet snin, jew
(b) l-ingaġġ ta’ ħames snin, jew
(ċ) l-ingaġġ ta’ tliet snin, jew
(d) l-ingaġġ ta’ erbatax-il xahar, jew
(e) l-ingaġġ ta’ tmintax-il xahar, jew
(f) l-ingaġġ ta’ tnax-il xahar,
imsemmija fis-subregolament (1).
(3) Suldati rġiel li jingaġġaw għal ingaġġ ta’ erbatax-il xahar
ikollhom obbligu ta’ servizz fir-riżerva għal għaxar snin mid-data
meta jispiċċa l-ingaġġ tagħhom:
Iżda suldati rġiel ingaġġati qabel l-1 ta’ Ġunju, 1982,
jistgħu jiġu aċċettati għal servizz fir-riżerva għal dak iż-żmien.
(4) Suldati rġiel u nisa li jingaġġaw għal ingaġġ ta’ tnax jew
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 11
tmintax-il xahar ikollhom obbligu ta’ servizz fir-riżerva għal
għoxrin sena mid-data meta jispiċċa l-ingaġġ tagħhom.
Ingaġġ mill-ġdid 
biex isiru tnax-il 
sena servizz.
27. (1) Dik il-perċentwali ta’ rġiel ingaġġati għall-ingaġġ
inizjali skond ir-regolament li jiġi minnufih qabel dan li l-Ministru,
skond il-bżonnijiet tas-servizz, jista’ jistabbilixxi, tista’ tiġi
mħollija li sservi t-tieni ingaġġ ta’ disa’ snin.
(2) Raġel li jitħalla jservi t-tieni ingaġġ kif intqal qabel jista’,
fit-tmien ta’ kull perijodu ta’ tliet snin, itemm is-servizz tiegħu billi
jagħti avviż ta’ sitt xhur ta’ l-intenzjoni tiegħu biex itemm is-
servizz lill-uffiċjal kmandant tiegħu.
(3) Raġel li jitħalla li jservi t-tieni ingaġġ kif intqal qabel
ikollu obbligu li jservi fir-riżerva għal dak iż-żmien, jekk ikun
fadal, li jkun baqa’ biex jispiċċa s-servizz ta’ disa’ snin.
Ingaġġ mill-ġdid 
biex isiru tnejn u 
għoxrin sena 
servizz.
28. (1) Bla ħsara ta’ l-eżiġenzi tas-servizz, dik il-perċentwali
ta’ l-irġiel li jkunu ingaġġaw mill-ġdid skond l-aħħar regolament
qabel dan li l-Ministru, skond il-bżonnijiet tas-servizz jista’
jistabbilixxi, jkunu jistgħu jitħallew iservu t-tielet ingaġġ ta’
għaxar snin biex jagħmlu b’kollox tnejn u għoxrin sena servizz.
(2) Raġel li jkun qed iservi t-tielet ingaġġ jista’, meta ikollu
ħmistax-il sena servizz, itemm is-servizz tiegħu billi jagħti avviż
ta’ sitt xhur ta’ l-intenzjoni tiegħu biex itemm is-servizz lill-uffiċjal
kmandant tiegħu; u raġel b’sittax-il sena servizz li għandu jiġi
kalkolat jista’ jtemm is-servizz tiegħu f’kull żmien billi jagħti
avviż kif intqal qabel tliet xhur bil-quddiem.
(3) Raġel li jkun qed iservi t-tielet ingaġġ ikollu l-obbligu li
jservi fir-riżerva għal dak iż-żmien, jekk ikun fadal, li jkun baqa
biex jispiċċa s-servizz ta’ tnejn u għoxrin sena.
L-itwal servizz tar-
riżerva għal irġiel.
Miżjud:
A.L. 64 ta’ l-1982.
29. Raġel ma jkollux servizz fir-riżerva wara li jagħlaq l-età  ta’
ħamsa u ħamsin sena.
Temm ta’ ingaġġ 
fl-età  ta’ ħamsa u 
ħamsin sena.
Miżjud:
A.L. 10 ta’ l-1984.
30. Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dawn ir-Regolamenti,
raġel tal-forza jkollu l-inġaġġ tiegħu mitmum meta jagħlaq l-età  ta’
ħamsa u ħamsin sena, iżda jista’ jitħalla jibqa’ fuq il-lista attiva ’il
fuq minn dik l-età  għal dak il-perijodu jew għal dawk il-perijodi kif
il-Ministru jlsta’ jiddeċiedi minn żmien għal żmien.
Tkomplija fuq it-
tnejn u għoxrin 
sena servizz.
Emendat:
A.L. 37 ta’ l-1973.
31. Dik il-perċentwali ta’ rġiel fuq ingaġġ ta’ tnejn u għoxrin
sena li l-Ministru jista’, skond il-bżonnijiet tas-servizz,
jistabbilixxi, jistgħu jitħallew li jkomplu s-servizz tagħhom għal
aktar minn tnejn u għoxrin sena, minn sena għal sena, sakemm
jilħqu l-età  ta’ ħamsa u ħamsin sena iżda jistgħu jitħallew ikomplu
s-servizz tagħhom wara dik l-età  għal dak iż-żmien jew dawk iż-
żminijiet kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
Xiri ta’ ħall mis-
servizz.
32. Ħall mis-servizz tal-forza, ħlief f’dawk iż-żminijiet li
fihom tista’ ssir għażla skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dawn ir-Regolamenti, jista’ jinxtara f’dawk iċ-ċirkostanzi u mal-
ħlas ta’ dik is-somma kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien
jistabbilixxi.
12 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
Disposizzjonijiet 
speċjali għal irġiel 
li jingaġġaw li 
għandhom servizz 
speċjali li għandu 
jiġi kalkolat.
Emendat:
A.L. 37 ta’ l-1973.
33. (1) Nonostanti kull disposizzjoni oħra ta’ dawn ir-
Regolamenti, kull persuna li fit-30 ta’ Settembru, 1970, kienet qed
isservi ma’ unità  Maltija tal-forzi tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja
u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq jew kienet qed isservi full-time mal-korp
territorjali u li tagħżel li tingħaqad mal-forza b’effett mill-1 ta’
Ottubru, 1970, tista’ f’dik l-aħħar data tiġi konfermata skond l-Att
u skond dawn ir-Regolamenti u kull persuna hekk konfermata
għandha tiġi ingaġġata skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) dawk il-persuni kollha (irrispettivament minn kif huma
ingaġġati) għandhom jitqiesu li oriġinarjament
ingaġġaw għal ingaġġ ta’ tnejn u għoxrin sena u
għandhom jitħallew fil-forza għal kull bilanċ ta’
servizz li bih ikunu jistgħu jispiċċaw servizz ta’ tnejn
u għoxrin sena b’kollox, inkluż is-servizz speċjali
kollu li għandu jiġi kalkolat;
(b) kull persuna li tagħmel it-tnejn u għoxrin sena servizz
tagħha (kalkolat kif intqal qabel) qabel ma tagħlaq il-
ħamsa u ħamsin sena tkun tista’ tkompli fis-servizz
sakemm tilħaq dik l-età  jew sakemm tilħaq età  oħra
wara kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien
jistabbilixxi skond il-kwota kurrenti permess għal
estensjonijiet tali;
(ċ) kull persuna tali titħalla li tkompli fis-servizz wara li
tagħlaq il-ħamsa u ħamsin sena jew sakemm tilħaq età
oħra wara kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien
jistabbilixxi jekk dan jiġri qabel ma tkun għamlet
servizz totali ta’ tnejn u għoxrin sena, kalkolat kif
intqal qabel, sakemm tagħmel dak is-servizz totali;
(d) kull persuna tali tista’ tagħżel li tinħall mis-servizz
wara kull sitt snin servizz li għandu jiġi kalkolat u
wara kull perijodu suċċessiv ta’ tliet snin, billi tagħti
avviż sitt xhur bil-quddiem ta’ l-intenzjoni tagħha biex
tinħall mis-servizz lill-uffiċjal kmandant tagħha; u kull
persuna tali li jkollha sittax-il sena servizz li għandu
jiġi kalkolat tista’ ittemm is-servizz tagħha f’kull
żmien billi tagħti avviż tliet xhur bil-quddiem kif
intqal qabel;
(e) kull persuna tali tkun obbligata li sservi fir-riżerva kif
ġej:
(i) għal sitt snin jekk il-ħall mis-servizz ikun fit-
tmiem ta’ sitt snin servizz li għandu jiġi
kalkolat;
(ii) għal tliet snin jekk il-ħall mis-servizz ikun fit-
tmiem ta’ disa’ snin servizz li għandu jiġi
kalkolat;
(iii) għall-bilanċ tat-tnejn u għoxrin sena servizz li
jkun fadal jekk il-ħall mis-servizz ikun fit-tmiem
ta’ tnax-il sena jew aktar servizz li għandu jiġi
kalkolat;
(f) dawk il-persuni kollha li jkollhom rank sostantiv jew
temporanju ta’ warrant officer jew ta’ uffiċjal bla
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 13
kummissjoni f’unità  Maltija kif intqal qabel fit-30 ta’
Settembru, 1970, għandhom jingħataw l-istess rank u
anzjanità  fil-forza b’effett mill-1 ta’ Ottubru, 1970;
(g) dwar il-ħwejjeġ l-oħra kollha għandhom japplikaw
dawn ir-Regolamenti:
Iżda -
(i) kull persuna tali li għandha aktar minn sitta u
għoxrin sena imma anqas minn ħamsa u tletin
sena għandha tiġi ngaġġata għal tnax-il sena
servizz, inkluż kull servizz speċjali li għandu
jiġi kalkolat, u wara dan, jistgħu jitħallew
ikomplu dan l-ingaġġ minn sena għal sena sa l-
età  ta’ ħamsa u ħamsin sena jew sa dik l-età  oħra
wara kif il-Ministru jista’ minn żmien għal
żmien jistabbilixxi; u
(ii) kull persuna tali li għandha aktar minn ħamsa u
tletin sena għandha tiġi ngaġġata għal tnax-il
sena servizz li jibda mill-1 ta’ Ottubru, 1970, u
wara dan, jistgħu jitħallew ikomplu dan l-ingaġġ
minn sena għal sena sa l-età  ta’ ħamsa u ħamsin
sena jew sa dik l-età  oħra wara kif il-Ministru
jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
Kondizzjonijiet 
speċjali għal irġiel 
li jingaġġaw minn 
mal-Korp tal-
Pulizija ta’ Malta.
Miżjud:
A.L. 64 ta’ l-1982.
Kap. 93.
34. Uffiċjal tal-pulizija ngaġġat fil-forza fl-ewwel jew wara l-1
ta’ Ottubru, 1982, jista’ jagħżel li jirtira fi kwalunkwe jum li fih
kien ikollu jedd li jirtira kieku baqa’ mal-Korp tal-Pulizija ta’
Malta u d-disposizzjonijiet kollha ta’ l-Ordinanza dwar il-
Pensjonijiet li kienu jkunu applikabbli għalih li kieku baqa’ mal-
Korp tal-Pulizija ta’ Malta jkunu applikabbli għalih meta jtemm is-
servizz mal-forza; u għall-finijiet ta’ l-imsemmija Ordinanza
servizz fil-forza jingħadd bħala servizz mal-Korp tal-Pulizija ta’
Malta.
L-irġiel tal-forza 
jistgħu jirtiraw 
wara ħamsa u 
għoxrin sena 
servizz.
Miżjud:
A.L. 47 ta’ l-1990.
35. (1) Raġel fil-forza jkollu l-għażla li jirtira fil-jum meta,
jew f’kull jum iehor li jiġi wara l-jum meta, itemm ħamsa u għoxrin
sena servizz, irrispettivament minn kull ma jkun qed jagħmel f’dak
iż-żmien, wara li jagħti avviż bil-miktub ta’ tliet xhur lill-
Kmandant permezz ta’ l-Uffiċjal Kmandant tiegħu, dwar il-hsieb
tiegħu li jirtira, kif jixraq.
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1), servizz speċjali li
għandu jiġi kalkolat għandu jitqies bħala servizz għall-ħdim tal-
ħamsa u għoxrin sena servizz.
Junior leaders.
jkollhom dawk il-kwalifiki l-oħra kollha li l-Ministru jista’ minn
żmien għal żmien jistabbilixxi jistgħu jiġu aċċettati fil-forza għal
taħriġ bħala uffiċjali bla kummissjoni futuri.
(2) Is-subien għandhom jiġu ingaġġati għal żmien ta’ servizz
mal-forza sa l-età  ta’ tmintax-il sena u wara għal perijodu ta’ tnax-
il sena mal-forza. Ingaġġi oħra u tkomplija fis-servizz ikunu skond
ir-regolamenti li japplikaw għal irġiel tal-forza.
(3) Dwar subien ingaġġati kif intqal qabel, is-servizz bħala
raġel jibda meta jkollhom l-età  ta’ sbatax-il sena u nofs:
14 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
Iżda s-servizz mal-forza għal tnax-il sena jibda jgħodd ma’
l-età  ta’ tmintax-il sena.
(4) Is-servizz mal-forza jista’ jintemm, wara l-età  ta’ tmintax-
il sena, fit-tmiem ta’ sitt snin servizz u fit-tmiem ta’ disa snin
servizz.
(5) L-obbligu li jservu fir-riżerva ta’ persuni ingaġġati kif
intqal qabel għandu, jekk tiġi eżerċitata l-għażla biex jmtemm is-
servizz ta’ raġel, ikun il-bilanċ li jkun fadal tas-servizz mal-forza.
Promozzjoni.
Emendat:
A.L. 37 ta’ l-1973.
37. (1) Il-promozzjoni għandha ssir skond rakkomandazzjoni
bażata fuq effiċjenza, anzjanità , kwalifiki u għażla biex timtela
vakanza.
(2) Bla ħsara ta’ dawn ir-Regolamenti, il-proċedura li għandha
tiġi osservata, l-eżamijiet li għandhom isiru, il-kwalifiki militari u
kwalifiki oħra li jkunu meħtieġa, il-limiti ta’ etajiet li għandhom
jiġu osservati u l-kondizzjonijiet l-oħra għal promozzjoni
għandhom ikunu hekk kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien
jistabbilixxi.
(3) Warrant officers u uffiċjali bla kummissjoni li juru
kwalitajiet eċċezzjonali jistgħu jiġu kunsidrati għal promozzjoni
aċċellerata kemm-il darba, b’żieda ma’ kull ħtieġa skond is-
subregolamenti ta’ qabel, ikunu sarulhom mill-anqas żewġ
rakkomandazzjonijiet għal promozzjoni aċċellerata fi tliet rapporti
konfidenzjali annwali konsekuttivi.
(4) Servizz li għandu jiġi kalkolat għandu jgħodd għal
promozzjoni.
Stabbiliment ta’ 
W.O.s u N.C.O.s u 
ranks temporanji u 
lokali.
38. (1) Il-Kmandant għandu minn żmien għal żmien
jistabbilixxi l-perċentwali ta’ l-istabbiliment ta’ warrant officers u
uffiċjali bla kummissjoni li jistgħu jimtlew minn ranks sostantivi.
(2) Kull bilanċ li ma jimtelix b’ranks sostantivi u kull nuqqas
minħabba li ma jkunx hemm temporanjament biżżejjed detenturi ta’
ranks sostantivi jistgħu jimtlew bl-għoti, taħt il-kontroll ta’ l-
Uffiċjal Inkarigat mir-Records, ta’ rank temporanju skond id-
disposizzjonijiet li jkunu jinsabu f’istruzzjonijiet maħruġa għal dan
l-iskop mill-Kmandant.
(3) Rank temporanju jista’ jinżamm matul perijodu ta’ prova li
jinkludi kors militari.
(4) Awtorità  għall-għoti ta’ rank lokali tista’ tingħata mill-
Kmandant taħt iċ-ċirkostanzi stipulati fl-istruzzjonijiet imsemmija
qabel.
Ranks jew gradi 
korrispondenti.
Miżjud:
A.L. 139 ta’ l-
1991.
39. (l) Għall-finijiet ta’ l-Att, kull rank jew grad speċifikat
f’xi kolonna tal-lista murija hawn taħt huwa dikjarat li
jikkorrispondi mar-ranks jew gradi speċifikati b’relazzjoni għalih
fil-kolonna l-oħra ta’ dik il-lista.
Kolonna Kolonna
A B
Warrant Officer Assistent Kontrollur Anzjan
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 15
(2) Ir-ranks imniżżlin fil-Kolonna B huma ranks m’humiex
tal-Kombattiment.
Riżenja minn rank.
kunsens ta’ l-uffiċjal kmandant tiegħu, minn jeddu jerġa’ lura għar-
rank iktar baxx.
(2) Uffiċjal kmandant għandu, qabel ma jagħti l-kunsens
tiegħu dwar dak it-treġġigħ lura, jissodisfa ruħu li ma hemmx xi
azzjoni dixxiplinari pendenti kontra r-raġel konċernat.
(3) Għall-finijiet ta’ dak it-treġġigħ lura għandu jiġi ffirmat
ċertifikat mir-raġel u kontrosenjat personalment mill-uffiċjal
kmandant li dak it-treġġigħ lura huwa volontarju, u dak iċ-ċertifikat
għandu jiġi anness mad-dokumenti tar-raġel.
(4) L-anzjanità  fir-rank li għalih ir-raġel jerġa’ lura għandha
tibda tgħodd mid-data tal-promozzjoni tiegħu oriġinali f’dak ir-
rank.
(5) Raġel li jerġa’ lura għal rank aktar baxx skond dan ir-
regolament ma jkunx jista’ jieħu promozzjoni oħra sakemm l-
Uffiċjal Inkarigat mir-Records jirċievi applikazzjoni mingħand ir-
raġel, kontrosenjata mill-uffiċjal kmandant tiegħu, li hu jixtieq jiġi
kunsidrat mill-ġdid għal promozzjoni skond ir-regoli normali.
Tnaqqis fir-rank.
sostantiv jkun, minħabba li mhux tajjeb jew mhux effiċjenti b’mod
li ma jkunx hemm lok ta’ azzjoni dixxiplinari, ma jistħoqqlux ir-
rank sostantiv tiegħu, l-uffiċjal kmandant tiegħu jista’, wara li
jagħtih twissija bil-miktub tliet xhur bil-quddiem dwar hekk,
japplika għand il-Kmandant għal tnaqqis fir-rank tal-warrant
officer jew ta’ l-uffiċjal bla kummissjoni in kwistjoni.
(2) Fl-istess żmien li jingħata t-twissija kif intqal qabel il-
warrant officer jew l-uffiċjal bla kummissjoni in kwistjoni għandu,
jekk ikun prattikabbli, jiġi pustjat f’kumpannija oħra jew sotto-
unità  ekwivalenti taħt l-istess uffiċjal kmandant għall-perijodu ta’
twissija u għandu jingħata opportunità  xierqa biex jirranġa.
(3) L-applikazzjoniiiet kollha skond is-subregolament (1)
għandhom juru r-rank li għalih it-tniżżil ikun rakkomandat u
għandu jkollhom magħhom id-dokumenti li ġejjin:
(a) dikjarazzjoni sħiħa mill-uffiċjal kmandant li tagħti r-
raġunijiet għat-tnaqqis rakkomandat;
(b) kopja ta’ l-avviż ta’ twissija msemmi qabel;
(ċ) kopja tal-karta tal-kondotta u tar-record tas-servizz
tar-raġel in kwistjoni;
(d) kull dikjarazzjoni li r-raġel konċernat jixtieq jagħmel;
(e) ir-rakkomandazzjonijiet tal-kmandanti intermedjarji.
Tħollija ta’ rank 
temporanju u 
tnehħija min-
nomina.
42. Uffiċjal kmandant jista’, minħabba nuqqas ta’ effiċjenza
jew għax persuna ma tkunx adatta -
(a) jordna kull warrant officer tat-tieni klassi, uffiċjal bla
Uffiċjal Bal Kummiss-
joni Anzjan Assistent Kontrollur.
16 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
kummissjoni jew suldat li jħalli xi rank temporanju li
jista’ jkollu u jerġa’ lura għar-rank sostantiv tiegħu;
(b) jordna kull warrant officer, uffiċjal bla kummissjoni
jew uffiċjal bla kummissjoni temporanju biex jitneħħa
min-nomina li jkollu u biex jerġa’ jieħu n-nomina l-
oħra li tixraq lir-rank jew lir-rank temporanju tiegħu;
(ċ) jordna kull lance-kapural sostantiv biex jiġi mniżżel
għar-ranks.
Effett ta’ tnaqqis 
fir-ranks fuq 
anzjanità , 
promozzjoni, eċċ.
43. (1) Warrant officer jew uffiċjal bla kummissjoni li
jitnaqqas għal rank aktar baxx minħabba nuqqas ta’ effiċjenza jew
għax ma jkunx adatt skond dawn ir-Regolamenti, għandu jitqiegħed
fuq il-lista tal-promozzjoni tar-rank aktar baxx skond id-data li fiha
oriġinarjament ngħatatlu promozzjoni għal dak ir-rank. Jekk hu
qatt ma jkun serva fir-rank aktar baxx qabel ġie mniżżel, l-Uffiċjal
Inkarigat mir-Records għandu jagħti lil dak ir-raġel dik l-anzjanità
fir-rank aktar baxx hekk li tqegħdu fiż-żona għall-promozzjoni
għar-rank ogħla sostantiv sussegwenti meta jispiċċa l-perijodu
rilevanti speċifikat fis-subregolament (2); u jekk żewġ warrant
officers jew uffiċjali bla kummissjoni jew iżjed ikunu mniżżlin
flimkien, l-Uffiċjal Inkarigat mir-Records għandu jagħti l-anzjanità
fir-rank aktar baxx hekk li tinżamm l-anzjanità  relattiva bejnithom.
(2) Warrant officers u uffiċjali bla kummissjoni li jiġu mniżżla
għal rank aktar baxx minħabba nuqqas ta’ effiċjenza jew għax ma
jkunux adatti ma għandhomx, kemm-il darba ma jkunx ħaqqhom
promozzjoni għal servizz eċċezzjonali, ikunu jistgħu jieħdu
promozzjoni sostantiva jew temporanja għal rank ogħla -
(a) jekk jitniżżlu għal rank ta’ mhux inqas minn kapural,
qabel ma jgħaddu tmintax-il xahar;
(b) jekk jitniżżlu għar-rank ta’ lance-kapural qabel ma
jgħaddu tnax-il xahar:
Iżda jekk it-tniżżil ikun għar-rank ta’ private,
promozzjoni għal lance-kapural tista’ tingħata skond
ir-regoli normali f’kull żmien.
(3) Meta jgħaddu l-perijodi ta’ żmien speċifikati fis-sub-
regolament (2), ir-raġel jista’ jingħata promozzjoni għall-ogħla
rank temporanju sussegwenti skond ir-regoli normali, jew jista’
jingħata promozzjoni għall-ogħla rank sostantiv sussegwenti, jekk
ikun rakkomandat u kwalifikat, u jekk -
(a) meta dik il-promozzjoni tingħata b’għażla biex timtela
vakanza, ikun hemm vakanza fil-kwota tar-rank ta’
dak ir-rank ogħla; jew
(b) meta dik il-promozzjoni tkun tiddependi biss fuq iż-
żmien,
il-promozzjoni tiġi awtorizzata mill-Uffiċjal Inkarigat mir-Records.
(4) Raġel li jingħata promozzjoni għar-rank temporanju jew
sostantiv ta’ lance-kapural skond is-subregolament (2) ma għandux
jingħata iktar promozzjonijiet qabel ma jgħaddu tnax-il xahar mit-
tniżżil tiegħu għar-rank ta’ private.
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 17
(5) Warrant officer jew uffiċjal bla kummissjoni li jkollu
nomina li ġġib magħha rank minimu u li jiġi mniżżel, minħabba
nuqqas ta’ effiċjenza jew għax ma jkunx adatt, għal rank li jkun
inqas mill-minimu għan-nomina għandu jiġi mneħħi minn dik in-
nomina u, skond istruzzjonijiet ta’ l-Uffiċjal Inkarigat mir-Records,
għandu jew jerġa’ jitqiegħed fuq il-lista xierqa skond is-sengħa
oriġinali tiegħu jew jiġi klassifikat mill-ġdid f’sengħa fuq il-lista
xierqa skond iċ-ċirkostanzi tal-każ. Kull warrant officer jew
uffiċjal bla kummissjoni tali ma għandux jiġi nominat mill-ġdid
qabel ma jgħaddu tmintax-il xahar.
(6) Meta promozzjoni mill-ġdid tiġi approvata, l-anzjanità
għandha tibda tgħodd mid-data ta’ dik il-promozzjoni sostantiva u
ma għandha f’ebda każ tagħti dritt għal vantaġġi finanzjarji
retroattivi.
(7) Promozzjoni oħra li tista’ tiġi wara promozzjoni inizjali
wara tnaqqis fir-rank tista’ tingħata skond ir-regoli normali, bla
ħsara tad-disposizjonijiet tas-subregolament (3); u meta
promozzjoni oħra tingħata r-regoli li ġejjin dwar anzjanità
għandhom japplikaw:
(a) fil-każ ta’ rġiel li jieħdu promozzjoni għax ikun hemm
vakanza, l-anzjanità  fir-rank ġdid għandha tibda
tgħodd mill-aħħar data tal-promozzjoni sostantiva
f’dak ir-rank;
(b) fil-każ ta’ rġiel li jieħdu promozzjoni biż-żmien,
għandu jiġi kalkolat bħala servizz għal promozzjoni
dak is-servizz biss li jkun sar wara d-data li fiha r-raġel
ikun tniżżel fir-rank:
Iżda, każijiet individwali jistgħu jiġu kunsidrati
mill-ġdid mill-Uffiċjal Inkarigat mir-Records flimkien
ma’ l-uffiċjal kmandant ta’ dak ir-raġel f’dak iż-
żmien, u jekk iċ-ċirkostanzi hekk jiġġustifikaw, l-
uffiċjal kmandant jista’ jirrakkomanda lill-Kmandant
dak l-għoti mill-ġdid ta’ anzjanità  kif ikun maħsub
xieraq, hekk iżda li l-anzjanità  hekk mogħtija mill-
ġdid ma għandhiex tkun iżjed minn dik li r-raġel kien
ikollu kieku ma kienx għat-tnaqqis fir-rank.
Trasferimenti.
dwar it-trasferiment ta’ raġel minn corps għal ieħor meta dak it-
trasferiment isir għax ir-raġel in kwistjoni jkun qabel miegħu jew
talbu hu:
(a) Jekk warrant officer jew uffiċjal bla kummissjoni
jagħti l-kunsens għal jew jitlob trasferiment, l-Uffiċjal
Inkarigat mir-Records għandu jinformah malajr kemm
ikun prattikabbli jekk hu jistax iżomm ir-rank
sostantiv tiegħu mat-trasferiment u għandu javżah
liema rank sostantiv u anzjanità  fil-corps ġdid tiegħu
hu jista’ jingħata jekk it-trasferiment tiegħu jiġi
approvat. Jekk ma jkunx hemm vakanza fir-rank
tiegħu jew il-kwalifiki u l-esperjenza tiegħu ma
jikkwalifikawhx għal trasferiment fir-rank sostantiv
tiegħu u hu ma jkunx irid jaċċetta r-rank u l-anzjanità
18 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
offruta, hu jkollu d-dritt li jirtira t-talba jew il-kunsens
tiegħu. F’ċirkostanzi li jagħtu d-dritt lil raġel li jirtira
t-talba jew il-kunsens tiegħu, trasferiment ma għandux
jiġi awtorizzat kemm-il darba -
(i) ir-raġel in kwistjoni ma jkunx irid jerġa’ lura
minn jeddu għal rank sostantiv li fih hu jista’
jiġi aċċettat, jew
(ii) it-trasferiment jinqala’ minn rakkomandaz-zjoni
għal impieg mill-ġdid u r-raġel ikun ser
jitnaqqas fir-rank skond id-disposizzjonijiet ta’
l-Att jew skond xi regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu.
(b) Raġel li jitlob jew li jagħti kunsens għal trasferiment
għal corps ieħor ma għandux jitħalla f’xi żmien futur
li jiġi trasferit mill-ġdid għall-corps tiegħu ta’ qabel
kemm-il darba dak it-trasferiment mill-ġdid ma jkunx
fl-interess tas-servizz.
(ċ) Trasferiment ikollu effett mid-data li fiha raġel
jingħaqad mal-corps il-ġdid tiegħu u dak ir-raġel
għandu jinqata’ minn mal-corps tiegħu ta’ qabel
b’effett mill-ġurnata ta’ qabel.
(d) Kemm-il darba ma jkunx ordnat xort’oħra minn
awtorità  militari kompetenti, raġel jista’ jinżamm mal-
corps tiegħu matul kull perijodu ta’ prova li hu jista’
jkun meħtieġ li jagħmel mal-corps li miegħu hu talab
jew ta l-kunsens li jiġi trasferit, u t-trasferiment
għandu, kemm-il darba ma jkunx ordnat xort’oħra kif
intqal qabel, jiġi awtorizzat b’effett mid-data li tiġi l-
għada li jispiċċa dak il-perijodu ta’ prova jew id-data li
fiha l-vakanza tinqala’ fil-corps li fih raġel ikun ser
jiġi trasferit, liema minnhom tkun l-aħħar data:
Iżda meta perijodu ta’ prova kif intqal qabel
jinkludi kors militari, ir-raġel jista’ jinqata’ minn mal-
corps tiegħu mill-ewwel ġurnata li fiha jmur mal-corps
l-ieħor.
Ħall mis-servizz.
Emendat:
A.L. 14 ta’ l-1984.
45. (1) B’żieda ma’ kull każ ieħor provdut bl-Att jew b’xi
regolamenti, regoli jew ordnijiet magħmula bis-saħħa tiegħu, is-
servizz mal-forza jista’ jintemm fil-każijiet u bil-mod hawnhekk
iżjed ’il quddiem provdut:
(a) rekluta li jkun ġie konfermat iżda ma jkunx ġie
finalment approvat jista’ ma jiġix aċċettat u jiġi
maħlul mis-servizz mill-uffiċjal kmandant tiegħu għal
kull waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin -
(i) li mhux probabbli li hu jsir suldat effiċjenti; jew
(ii) li hu mhux adatt jew li mhux ta’ min jixtiequ;
jew
(iii) li hu x’aktarx iġib diżunur lis-servizz; jew
(iv) għal xi raġuni oħra fl-interess tas-servizz;
(b) junior leader li ma jkunx ġie finalment approvat għal
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 19
ingaġġ fis-servizz bħala raġel jista’ ma jiġix milqugħ u
jista’ jinħall mis-servizz mill-Kmandant minħabba
nuqqas ta’ effiċjenza, kondotta ħażina jew għax ma
jkunx żamm il-livell ta’ taħriġ stipulat fi kwalunkwe
żmien sakemm jiġi approvat finalment kif intqal qabel;
(ċ) raġel tal-forza li matul is-servizz tiegħu jkun instab
ħati minn qorti ċivili ta’ reat li hu kien għamel qabel
ingaġġa, jew ikun instab ħati ta’ reat kontra l-artikolu
18 jew 66 ta’ l-Att, jista’ jkollu s-servizz mal-forza
terminat mill-Kmandant;
(d) raġel tal-forza li t-tiżmim tiegħu fis-servizz huwa
nuqqas li mhux ta’ min jixtiequ minħabba -
(i) nuqqas ta’ effiċjenza; jew
(ii) ksur żgħir persistenti ta’ dixxiplina li ma jkunx
biżżejjed biex jistħoqqlu ħall mis-servizz għal
kondotta ħażina skond il-paragrafu (e); jew
(iii) dejn persistenti li jkun wassal għal nuqqas ta’
effiċjenza jew ta’ dixxiplina jew għal xi għemil
mir-raġel li ripetutament ikun ta lis-servizz isem
ħażin;
u li dwaru d-disposizzjonijiet tas-subregolament (2)
ikunu ġew osservati, jista’ ikollu s-servizz tiegħu mal-
forza terminat mill-Kmandant;
(e) raġel tal-forza li matul is-servizz tiegħu ġie kundannat
-
(i) minn qorti ċivili jew minn qorti marzjali għal
priġunerija; jew
(ii) minn qorti ċivili għal detenzjoni; jew
(iii) minn qorti marzjali għal perijodu ta’ detenzjoni
li mal-konferma tkun għal tnax-il xahar jew
iżjed,
għandu jiġi maħlul mis-servizz ħlief jekk fil-fehma tal-
Kmandant it-tiżmim tiegħu fis-servizz ikun meħtieġ fl-
interess tas-servizz;
(f) raġel tal-forza li jkun instab ħati minn qorti ċivili jew
minn qorti marzjali ta’ reat li jinvolvi -
(i) diżonestà  serja jew vjolenza; jew
(ii) imġieba diżonorevoli ta’ xorta kattiva, indeċenti
jew kontra n-natura; jew
(iii) kontravvenzjoni ta’ xi liġi kontra drogi
perikolużi,
iżda li jkun ingħata sentenza iżgħar minn waħda li
tiġġustifika ħall mis-servizz skond il-paragrafu (e),
jista’ jiġi maħlul mis-servizz mill-Kmandant jekk, fuq
rakkomandazzjoni ta’ l-uffiċjal kmandant dwar hekk,
hu jikkonsidra li l-ħall mis-servizz ikun fl-interessi
tas-servizz.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu persuna li tkun
qegħda taħt probation jew tkun ġiet liberata għal
20 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
kollox jew taħt kondizzjoni minn qorti ċivili ma
għandhiex titqies li nstabet ħatja;
(g) diżertur li bil-mod provdut bl-artikolu 87 ta’ l-Att ikun
iffirma stqarrija bil-miktub li jkun ħati ta’ diżerzjoni
jista’ jiġi maħlul mis-servizz mill- Kmandant, sew
jekk ikun ġie kundannat minn qorti marzjali għal dak
ir-reat kemm jekk ma jkunx ġie hekk kundannat;
(h) raġel tal-forza jista’ jiġi maħlul mis-servizz mill-
uffiċjal kmandant jekk jinsab li medikament mhux fi
stat li jkompli fis-servizz u li x’aktarx jibqa’ hekk
permanentement u jkun hekk ċertifikat b’mod li
jissodisfa lill-uffiċjal kmandant;
(i) il-Kmandant jista’ jħalli li raġel tal-forza jtemm is-
servizz mingħajr ħlas għal raġunijiet ta’ kompassjoni;
(j) raġel tal-forza b’iktar minn tliet xhur servizz jista’ fuq
talba tiegħu jitħalla jtemm is-servizz tiegħu mill-
Kmandant mal-ħlas ta’ dik is-somma ta’ flus kif il-
Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi;
(k) raġel tal-forza jista’ jinħall mis-servizz mill-Kmandant
f’kull każ fejn il-Kmandant ikun sodisfatt li, fl-
interess tas-servizz, servizz ta’ raġel ma jkunx iżjed
meħtieġ jew għandu jintemm;
(l) raġel tal-forza għandu jinħall mis-servizz malli
jingħata kummissjoni fil-forza;
(m) il-Kmandant jista’ jħalli li raġel tal-forza jtemm is-
servizz tiegħu sabiex jerġa’ jingaġġa għal ingaġġ
ieħor.
(2) Id-disposizzjonijiet imsemmijin fis-subregolament (1)(d)
huma:
(a) raġel li l-ħall mis-servizz tiegħu jkun qed jiġi
kunsidrat għandu jiġi nformat mill-uffiċjal kmandant
tiegħu dwar in-nuqqasijiet tiegħu u għandu jiġi mwissi
minnu bil-miktub -
(i) li jekk l-effiċjenza jew il-kondotta tiegħu ma
jitjiebux fi żmien tliet xhur, issir applikazzjoni
għall-ħall tiegħu mis-servizz; u
(ii) li jekk ikompli jagħmel ksur żgħir tad-
dixxiplina, issir applikazzjoni għall-ħall
immedjat tiegħu mis-servizz;
u r-raġel in kwistjoni għandu jiġi mitlub jiffirma t-
twissija bil-miktub bħala li rċeviha;
(b) kopja tat-twissija jew tat-twissija ffirmata, skond il-
każ, għandha tintbagħat lill-Uffiċjal Inkarigat mir-
Records  li għandu jżommha sakemm tibqa’ valida, u
mbagħad għandu jew iżommha bħala prova li r-raġel
ġie mwissi bil-mod xieraq jekk hu jiġi maħlul mis-
servizz skond il-paragrafu msemmi qabel jew
jiddistruġġiha jekk jgħaddi l-perijodu ta’ twissija u r-
raġel jinżamm fis-servizz;
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 21
(ċ) wara li tkun ingħatat twissija bil-miktub, ir-raġel
għandu, jekk ikun prattikabbli, jiġi pustjat
f’kumpannija oħra jew f’sotto-unità  ekwivalenti taħt l-
istess uffiċjal kmandant għall-perijodu ta’ twissija u
għandu jingħata opportunità  xierqa biex jirranġa;
(d) jekk ksur ta’ dixxiplina jkompli wara li t-twissija bil-
miktub tkun ingħatat, l-uffiċjal kmandant jista’
japplika għand il-Kmandant biex ir-raġel jinħall mis-
servizz, nonostanti li l-perijodu ta’ twissija jkun għadu
ma għaddiex, u f’dak il-każ il-Kmandant jista’
jawtorizza l-ħall immedjat mis-servizz tar-raġel jekk
jikkonsidra li dik l-azzjoni tkun meħtieġa għal
raġunijiet ta’ dixxiplina;
(e) jekk sakemm jgħaddi l-perijodu ta’ twissija r-raġel in
kwistjoni ma jkunx wera li irranġa b’mod sodisfaċenti
l-uffiċjal kmandant għandu japplika għall-ħall tiegħu
mis-servizz ħlief jekk jikkunsidra li għandu jingħata
aktar żmien, f’liema każ hu għandu jimponi mill-ġdid
it-twissija għal perijodu ieħor ta’ tliet xhur, iżda ma
għandux jagħti iktar titwil ta’ żmien;
(f) jekk ma ssirx applikazzjoni għal ħall mis-servizz ta’
raġel fi żmien ġimgħa minn meta jgħaddi l-perijodu ta’
twissija, it-twissija tispiċċa u l-uffiċjal kmandant
għandu javża lill-Uffiċjal Inkarigat mir-Records dwar
dan.
(3) Uffiċjal kadett li ma jirnexxilux jilħaq l-istandard meħtieġ
f’akkademja militari jew istituzzjoni oħra simili li fiha jkun ġie
mdaħħal skond ir-regolament 3 jista’ jtemm l-ingaġġ tiegħu
mingħajr ma jispiċċa s-servizz tiegħu ta’ tliet snin bħala suldat.
Paga, allowances u pensjonijiet
Paga u allowances.
għandhom ikunu dawk kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien
jistabbilixxi u jippubblika.
Pensjonijiet u 
gratuities.
Emendat:
A.L. 10 ta’ l-1984;
A.L. 47 ta’ l-1990.
Kap. 93.
47. Irġiel tal-forza għandhom, dwar servizz fil-forza, ikunu
intitolati għal dik il-pensjoni jew gratuity kif tista’ tingħata skond
l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet lil uffiċjal detentur ta’ kariga
pensjonabbli f’Malta skond it-tifsir ta’ dik l-Ordinanza; u l-
imsemmija Ordinanza għandha għal dak l-iskop tapplika għal irġiel
tal-forza, għar-romol u għar-rappreżentanti legali tagħhom, kif
tapplika għal uffiċjal detentur ta’ kariga pensjonabbli kif intqal
qabel, għall-armla u għar-rappreżentant legali tiegħu, suġġett għal
dawk l-addattamenti u modifiki li jistgħu jkunu meħtieġa u b’mod
partikolari suġġett għall-modifiki meħtieġa bid-differenza fit-tul ta’
servizz normali, u fl-applikazzjoni ta’ l-artikolu 7, l-artikolu 11(3)
u l-artikolu 18 ta’ l-imsemmija Ordinanza u tar-regolamenti 2, 9, 10
u 14 tar-Regolamenti dwar il-Pensjonijiet għal irġiel fil-forza,
dawk l-artikoli u regolamenti japplikaw kif japplikaw għal membri
tal-Korp tal-Pulizija:
Iżda, bla ħsara tar-regolament 26(2), raġel tal-forza li
jkollu servizz speċjali li għandu jiġi kalkolat għandu jikkwalifika
għal pensjoni indipendentement mis-servizz tiegħu li għandu jiġi
22 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
kalkolat kemm-il darba hu jkun spiċċa jew ikun għażel li jagħmel
ingaġġ ta’ tnejn u għoxrin sena:
Iżda wkoll dwar irġiel tal-forza li jkollhom servizz speċjali
li jista’ jiġi kalkolat minħabba servizz full-time, bejn l-1 ta’ April,
1965, u l-1 ta’ Ottubru, 1970, mal-korp territorjali, dak is-servizz
speċjali li għandu jiġi kalkolat għandu jitqies li hu servizz
pensjonabbli.
Pensjoni lil irġiel 
fil-forza, ingaġġati 
fil-15 ta’ Jannar, 
1979.
Miżjud:
A.L. 47 ta’ l-1990.
48. Irġiel fil-forza, ingaġġati fil-15 ta’ Jannar, 1979, jew wara,
ikunu intitolati għal pensjoni kif tista’ tingħata skond l-artikoli u
regoli li hemm fit-Tielet Skeda.
TAQSIMA III
Uffiċjali u Rġiel
Leave
Leave fis-sena. 49. (1) Is-sena tal-leave għandha tibda fl-1 ta’ April ta’ sena u
tispiċċa fil-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.
(2) Bla ħsara ta’ l-eżiġenzi tas-servizz, id-dritt għal leave
annwali għandu jkun kif ġej:
(a) Uffiċjali - 42 ġurnata għal sena sħiħa servizz;
(b) Surġenti u fuqhom - 42 ġurnata għal sena sħiħa
servizz;
(ċ) Kapurali u taħthom - 30 ġurnata għal sena sħiħa
servizz.
(3) Meta jkun meħtieġ li leave jiġi pospost jew imwaqqaf jew
individwi bil-leave jissejħu lura, għandhom jingħataw ir-raġunijiet
lill-persuni in kwistjoni.
(4) Min jidħol fis-servizz jew jitlaq mis-servizz matul sena tal-
leave ikollu dritt għal-leave fuq bażi ta’ proporzjon; u meta r-rank
ta’ individwu jinbidel matul sena tal-leave, dritt għal-leave għandu
jiġi kalkolat in proporzjon għall-perijodu ta’ servizz f’kull rank.
(5) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament -
(a) riferenzi għal rank jinkludu riferenzi għal rank
sostantiv, temporanju jew lokali;
(b) perijodi ta’ detenzjoni jew perijodi mitlufa ta’ servizz
ma għandhomx jingħaddu bħala servizz għall-fini tal-
kalkolu ta’ dritt ta’ raġel għal-leave annwali.
Leave għal imbark 
u żbark.
50. (1) Persunal pustjat barra minn Malta għandu jingħata
leave għal imbark kif ġej:
(a) sebat ijiem jekk ippustjat f’xi post fl-Ewropa;
(b) erbatax-il ġurnata jekk ippustjat x’imkien ieħor.
(2) Meta jerġgħu lura Malta minn xi stazzjon barra minn
Malta, il-persunal ikollu dritt għal leave ta’ żbark, li għandu
jittieħed mal-wasla f’Malta, skond l-iskali li ġejjin:
(a) għal servizz barra minn Malta għal iżjed minn tliet
xhur iżda inqas minn sitt xhur - sebat ijiem;
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 23
(b) għall-ewwel sitt xhur sħaħ ta’ servizz barra minn
Malta - erbatax-il ġurnata;
(ċ) għal kull xahar sħiħ ta’ servizz barra minn Malta fuq
is-sitt xhur - ġurnata addizzjonali.
Leave ta’ 
kompassjoni.
51. (1) Leave ta’ kompassjoni jista’ jingħata f’kull wieħed
mill-każijiet li ġejjin:
(a) mewt, mewt imminenti jew mard perikoluż tal-mara,
ta’ tifel jew tifla, ta’ ġenituri jew ta’ membru tal-
familja ieħor reġistrat;
(b) għal raġunijiet urġenti ta’ xorta eċċezzjonali jew
personali, meta l-preżenza ta’ l-individwu in kwistjoni
tkun meħtieġa biex tnaqqas it-tbagħtija fil-familja.
(2) Ħlief f’urġenza kbira, ċ-ċirkostanzi ta’ kompassjoni
għandhom jiġu verifikati qabel ma jingħata l-leave. F’każijiet ta’
urġenza kbira leave jista’ jingħata minnufih u ċ-ċirkostanzi jiġu
investigati kemm jista’ jkun malajr wara.
(3) L awtorità  għall-għoti ta’ leave ta’ kompassjoni għandha
tkun kif ġej:
(a) għal perijodu ta’ mhux iżjed minn tmienja u għoxrin
ġurnata - l-uffiċjaI kmandant;
(b) għal kull estensjoni ’l fuq minn tmienja u għoxrin
ġurnata - il-Kmandant.
(4) Leave għal kompassjoni ma għandux jitnaqqas mil-leave
annwali.
(5) Dwar persunal li jkun qed iservi barra minn Malta, il-
Kmandant jista’ jawtorizza leave għal kompassjoni bl-għoti ta’ l-
ispejjeż ta’ l-ivjaġġar għak-karigu tal-fond pubbliku jekk is-
sitwazzjoni tkun hekk teħtieġ.
Leave għal mard.
il darba jiġi rakkomandat mill-uffiċjal mediku, kif ġej:
(a) għal perijodu ta’ mhux iżjed minn tmienja u għoxrin
ġurnata - l-uffiċjal kmandant;
(b) għal kull estensjoni ’l fuq minn tmienja u għoxrin
ġurnata sa sitt xhur b’kollox - il-Kmandant;
(ċ) għal kull estensjoni ’l fuq minn sitt xhur - il-Ministru.
(2) Persunal li ma jkunx jista’ jattendi għad-dmirijiet tiegħu
minħabba mard għandu javża lill-unità  tiegħu malajr kemm ikun
prattikabbli.
Leave matul 
terminazzjoni ta’ 
servizz.
53. Leave qabel terminazzjoni ta’ servizz għal perijodu
kontinwu ta’ tmienja u għoxrin ġurnata li jispiċċa fl-aħħar ġurnata
ta’ servizz għandu jingħata lil -
(a) uffiċjali li jkunu ġew obbligati jirtiraw jew li jirtiraw
meta jilħqu l-età  għall-irtir obbligatorju;
(b) irġiel li jkunu ġew obbligati jinħallu mis-servizz għal
raġuni li ma tkunx dik ta’ dixxiplina jew li jkunu
spiċċaw l-ingaġġ tagħhom kurrenti u li ma jerġgħux
jingaġġaw.
24 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
Reġistrazzjoni. 54. (1) Il-leave kollu għandu jiġi reġistrat fuq ir-record tal-
leave ta’ l-individwu.
(2) Ix-xorta ta’ leave li ġej għandu jiġi pubblikat fl-ordnijiet
rilevanti:
(a) leave għal mard meta l-paga tiġi affettwata;
(b) leave qabel terminazzjoni ta’ servizz.
Faċilitajiet ta’ tobba u dentisti
Faċilitajiet ta’ 
tobba għal uffiċjali 
u rġiel.
55. (1) L-uffiċjali u l-irġiel ikollhom dritt għal trattament
mediku bla ħlas minn uffiċjal mediku nominat għal dak l-iskop,
f’ċentru mediku mgħammar għal dak l-iskop.
(2) L-uffiċjali u l-irġiel ikollhom dritt li jintbagħtu l-isptar
mingħajr huma ma jħallsu xejn.
(3) Uffiċjali jew irġiel li ma jkunux jistgħu jattendu għax-
xogħol minħabba mard jew korriment għandhom jiġu nvistati mill-
uffiċjal mediku matul il-ħinijiet tax-xogħol. Jistgħu jsiru
arranġamenti speċjali għal trattament mediku ta’ każijiet urġenti
barra mill-ħinijiet tax-xogħol.
Faċilitajiet ta’ 
tobba għal familji.
56. (1) Il-familji ta’ uffiċjali jew ta’ rġiel ikollhom dritt għal
trattament mediku mingħajr ħlas mill-uffiċjal mediku kemm-il
darba jmorru għal dak it-trattament fiċ-ċentru mediku matul il-
ħinijiet tax-xogħol.
(2) Għandhom isiru arranġamenti speċjali għal dawk il-każijiet
ta’ familji li jkunu jeħtieġu trattament mediku urġenti fir-residenza
tagħhom.
Faċilitajiet ta’ 
dentisti.
57. L-uffiċjali u l-irġiel ikollhom dritt għal trattament minn
dentist mingħajr ma jħallsu xejn.
Applikabbiltà  tar-
regolamenti 55, 56 
u 57.
Miżjud:
A.L. 37 ta’ l-1973.
58. B’dak kollu li jinsab fid-disposizjonijiet tar-regolamenti
55, 56 u 57 uffiċjali u rġiel li jingħaqdu mal-forzi wara d-19 ta’
April, 1973, ikollhom dritt għal dawk il-faċilitajiet ta’ tobba u
dentisti kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
Twaqqif u Statut 
ta’ Staff 
Association tal-
Forzi Armati ta’ 
Malta.
Miżjud:
A.L. 130 ta’ l-
1998.
59. Għandha titwaqqaf Staff Association tal-Forzi Armati ta’
Malta, li tkun magħrufa bħala Staff Association tal-Forzi Armati ta’
Malta, u li tkun regolata bir-regoli u l-proċeduri li hemm fl-Istatut
stipulat fir-Raba’ Skeda.
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 25
Sostitwita:
A.L. 42 ta’ l-1980.
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 3)
ĠURAMENT TA’ FEDELTÀ  LI JITTIEĦED MINN UFFIĊJAL 
MA’ L-GĦOTI TAL-KUMMISSJONI
Jiena, .................................... solennement naħlef/niddikjara li
nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r-Repubblika ta’ Malta u l-
Kostituzzjoni tagħha, u li, kif hu dmir tiegħi, onestament u
fedelment niddefendi r-Repubblika ta’ Malta kontra l-egħdewwa
kollha, u nosserva u nobdi l-ordnijiet kollha tal-President ta’ Malta,
u ta’ l-awtoritajiet u uffiċjali li jkolli fuqi.
(Hekk Alla jgħini)
............................... ................................
firmadata
L-imsemmi ................................... ħa l-ġurament/solennement
iddikjara quddiemi fil- ................................ fi ...........................
ta’ .......................... .............
..............................................
(firma u awtorità  tal-persuna li
tamministra l-ġurament)
26 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
Emendata:
A.L. 37 ta’ l-1973;
A.L. 42 ta’ l-1980;
A.L. 54 ta’ l-1981;
A.L. 36 ta’ l-1982;
A.L. 64 ta’ l-1982;
A.L. 45 ta’ l-1983;
A.L. 14 ta’ l-1984.
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 22)
Karta ta’ l-Avviż
Avviż li jingħata skond l-artikolu 6(1) ta’ l-Att dwar il-Forzi 
Armati ta’ Malta lil persuna li toffri biex tingaġġa fil-Forza 
Regolari
Din il-karta turi l-kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-ingaġġi differenti
u l-mistoqsijiet li inti tkun meħtieġ li twieġeb quddiem l-uffiċjal li
ser jikkonfermak fil-Forza Regolari.
Kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-ingaġġ
1. Inti jkollok isservi għaż-żmien kollu li tingaġġa għalih
kemm-il darba ma tkunx ingaġġat b’mod li, kif spjegat hawn taħt,
inti jkollok id-dritt li titlaq mis-servizz jew li tiġi trasferit għar-
riżerva qabel ma jgħaddi dak iż-żmien. Jekk inti qatt qabel ma
servejt fil-forza regolari inti jkollok dritt li tixtri l-ħall mis-servizz
matul l-ewwel xhur tas-servizz tiegħek (Ara 17 hawn taħt). L-
awtoritajiet militari għandhom id-dritt li jħolluk mis-servizz f’kull
żmien jekk is-servizzi tiegħek ma jkunux iktar meħtieġa.
2. Jekk ingaġġajt diġà  taħt ir-regolament 26(l)(ċ) iżżomm id-
dritt li tispiċċa s-servizz tiegħek mal-forza fi kwalunkwe jum li fih
kien ikollok jedd li tirtira kieku bqajt mal-Korp tal-Pulizija ta’
Malta u d-disposizzjonijiet kollha ta’ l-Ordinanza dwar il-
Pensjonijiet li kienu jkunu applikabbli għalik kieku bqajt fil-Korp
tal-Pulizija ta’ Malta jkunu applikabbli għalik meta ttemm is-
servizz mal-forza; u għall-finijiet ta’ l-imsemmija Ordinanza
servizz mal-forza jingħadd bħala servizz fil-Korp tal-Pulizija ta’
Malta.
3. Servizz mal-forza jfisser servizz militari regolari full-time
u matul dak is-servizz inti tista’ tissejjaħ biex isservi fi kwalunkwe
parti tad-dinja. Matul servizz fir-riżerva inti terġa’ lura għall-ħajja
ċivili iżda inti tkun suġġett li tissejjaħ f’emerġenza.
Xorta ta’ ingaġġi
4. Għal irġiel fuq it-tmintax-il sena li jingaġġaw wara l-1 ta’
Ottubru, 1970, għall-ingaġġ inizjali ta’ tliet snin.
a. Inti tiġi ingaġġat għall-ewwel ingaġġ ta’ tliet snin.
b. Meta jgħaddu tliet snin inti tista’ titħalla tingaġġa
mill-ġdid għal disa’ snin oħra suġġett għall-kwota ta’
ingaġġi mill-ġdid li jkun hemm dak iż-żmien. Inti
tista’ tagħżel li tispiċċa mis-servizz mingħajr ħlas
wara kull tliet snin.
ċ. Wara li jgħaddu tnax-il sena inti tista’ titħalla tingaġġa
mill-ġdid għal għaxar snin oħra suġġett għall-kwota
ta’ ingaġġi mill-ġdid li jkun hemm dak iż-żmien. Inti
tista’ tagħżel li tispiċċa mis-servizz mingħajr ħlas
wara ħmistax-il sena servizz u f’kull żmien wara
sittax-il sena servizz.
d. Wara li jgħaddu tnejn u għoxrin sena servizz inti tista’
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 27
titħalla tkompli minn sena għal sena sakemm ikollok
ħamsa u ħamsin sena jew sa dik l-età  oħra wara kif il-
Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
e. Inti jkollok l-obbligu li sservi fir-riżerva kif ġej:
5. Għal irġiel taħt l-età  ta’ tmintax-il sena iżda fuq l-età  ta’
sbatax-il sena u nofs li jingaġġaw wara l-1 ta’ Ottubru, 1970, għal
ingaġġ inizjali ta’ tliet snin -
a. Il-perijodu ta’ servizz tiegħek ikun sakemm tagħlaq it-
tmintax-il sena mbagħad skond il-paragrafu 3.
b. Għandhom japplikaw l-istess kondizzjonijiet kif
speċifikati fil-paragrafu 3 ħlief li l-perijodi li fihom
inti jkollok dritt li tinħall mis-servizz, eċċ., jiġu
kalkolati minn meta tagħlaq it-tmintax-il sena u mhux
mid-data meta tiġi konfermat.
6. Għal Junior Leaders jiġifieri subien bejn l-erbatax u s-
sittax-il sena u nofs.
a. Il-perijodu ta’ servizz tiegħek ikun sakemm tagħlaq it-
tmintax-il sena u mbagħad għal perijodu ta’ tnax-il
sena mal-forza.
b. Inti tista’ tagħżel li tispiċċa mis-servizz regolari
mingħajr ħlas wara sitt snin jew wara disa’ snin.
ċ. Inti tkun obbligat isservi fir-riżerva għall-bilanċ ta’
tnax-il sena servizz li ma tkunx servejt.
d. Wara tnax-il sena servizz mill-età  ta’ tmintax-il sena
għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet tal-paragrafi 4ċ
u 4d.
e. Il-perijodi li fihom inti jkollok dritt li tinħall mis-
servizz mal-forza, eċċ., għandhom jiġu kalkolati minn
meta tagħlaq it-tmintax-il sena u mhux minn meta tiġi
konfermat.
7. Għal irġiel li jingaġġaw għal ingaġġ ta’ ħames snin -
(a) Inti se tiġi ingaġġat għal ingaġġ ta’ ħames snin iżda
jekk inti għandek iktar minn ħamsa u ħamsin sena fid-
data ta’ l-ingaġġ inti sservi sakemm tagħlaq is-sittin
sena.
Servizz li għandu jiġi kalkolat Suġġett għar-riżerva
(1) Wara l-ewwel ingaġġ ta’
tliet snin
Xejn.
(2) Jekk maħlul mis-servizz
wara tliet snin servizz iżda
qabel tagħlaq tnax-il sena
servizz
Il-bilanċ ta’ disa’
snin li ma tkunx
servejt.
(3) Jekk maħlul mis-servizz
wara tnax-il sena servizz
iżda qabel tagħlaq tnejn u
għoxrin sena servizz
Il-bilanċ ta’ tnejn u
għoxrin sena li ma
tkunx servejt.
(4) Meta tagħlaq l-età  ta’ ħamsa
u ħamsin sena
Xejn.
28 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
(b) Inti ma tkunx obbligat li sservi fir-riżerva wara li
tispiċċa mis-servizz.
8. Għal irġiel li jingaġġaw għal tliet snin -
Inti se tkun ingaġġat għal ingaġġ ta’ tliet snin, iżda jekk
tissejjaħ lura għas-servizz pubbliku, l-ingaġġ jitqies li jkun spiċċa
fil-ġurnata li fiha hekk tissejjaħ lura.
9. Għal irġiel li jingaġġaw għal erbatax-il xahar -
Inti se tkun ingaġġat għal ingaġġ ta’ erbatax-il xahar.
10. Għal suldati rġiel li jingaġġaw wara l-1 ta’ Ġunju, 1982,
għal ingaġġ ta’ erbatax-il xahar -
Int se tkun ingaġġat għal ingaġġ ta’ erbatax-il xahar u
jkollok obbligu għal servizz fir-riżerva għal perijodu ta’ għaxar
snin mid-data meta jispiċċa l-ingaġġ tiegħek.
11. Għal irġiel li jingaġġaw għal tmintax-il xahar -
Int se tkun ingaġġat għal ingaġġ ta’ tmintax-il xahar u
jkollok obbligu għal servizz fir-riżerva għal perijodu ta’ għoxrin
sena mid-data meta jispiċċa l-ingaġġ tiegħek.
12. Għal irġiel li jingaġġaw għal tnax-il xahar -
Int se tkun ingagġat għal ingaġġ ta’ tnax-il xahar u jkollok
obbligu għal servizz fir-riżerva għal perijodu ta’ għoxrin sena mid-
data meta jispiċċa l-ingagg tiegħek.
Ġenerali
13. Inti tista’ tingaġġa f’corps li tagħżel int jekk hemm
vakanza f’dak il-corps u inti kwalifikat kif imiss. Fil-waqt li tkun
fil-corps li fih tkun imqiegħed inti tista’ tiġi pustjat minn unità  jew
taqsima għal oħra.
14. Jekk f’xi żmien matul l-ewwel sitt xhur inti tinsab mhux
tajjeb għall-corps li fih tkun ġejt imqiegħed iżda tkun tajjeb għal
servizz f’corps ieħor inti tkun tista’ tagħżel jew li tiġi trasferit
volontarjament għal corps ieħor li għalih inti tkun tajjeb u li jkollu
vakanza, jew li tinħall mis-servizz, kemm-il darba l-interessi tal-
Forza ma jġegħlux li inti tkun obbligat li tiġi trasferit għal corps
ieħor. Inti tkun tista’ tiġi obbligat biss biex tiġi trasferit minn corps
għall-ieħor b’ordni tal-Ministru responsabbli għad-Difiża ħlief fi
żmien ta’ gwerra jew f’emerġenza.
15. Meta tiġi konfermat inti tkun suġġett għal-liġi militari, u
inti tkun meħtieġ li tagħmel kull dmirijiet li dawk li jkollhom
awtorità  fuqek jistgħu jordnawlek.
16. Ma tista’ tingħatalek ebda garanzija li ser tiġi mpjegat fuq
xi dmirijiet partikolari iżda jekk int tingaġġa bil-ħsieb li tiġi
mħarreġ u impjegat f’xi sengħa partikolari, inti normalment tiġi
mħarreġ u impjegat f’dik is-sengħa kemm-il darba l-ħtiġiet tas-
servizz hekk jippermettu. Impieg f’sengħa jiddependi fuq eżami
tas-sengħa li wieħed irid jgħaddi minnu u fuq jekk hemmx vakanza
f’dik is-sengħa.
17. a. Jekk dan huwa l-ewwel ingaġġ tiegħek fil-Forza
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 29
Regolari inti tkun intitolat li titlob il-ħall tiegħek mis-servizz mal-
ħlas ta’ somma li ma tkunx iżjed minn għoxrin lira; iżda dik it-talba
għandha ssir wara li jgħaddu xahrejn u qabel ma jgħaddu tliet xhur
mill-konferma.
b. Jekk tagħmel xi talba għall-ħall mis-servizz matul il-
perijodu xieraq inti mbagħad tiġi maħlul mis-servizz bil-ħeffa
kollha konvenjenti kemm-il darba, meta tagħmel it-talba tiegħek,
ma jkunx sar Ordni li jordna biex suldati li altrimenti jmisshom jiġu
trasferiti għar-riżerva, għandhom ikomplu jservu mal-forza. F’dak
il-każ il-ħall mis-servizz tiegħek jiġi trasferit sakemm l-Ordni
jibqa’ jseħħ.
18. Inti tkun suġġett li titlef is-servizz jekk tinstab ħati ta’, jew
tistqarr, diżerzjoni mis-servizz. Dak is-servizz mitluf ma għandux
jgħodd għall-perijodu ta’ servizz li għalih inti tkun ingaġġajt u
konsegwentement id-data tal-ħall mis-servizz tiegħek, u jibdel id-
dati li fihom jintemmu l-perijodi meta inti jkollok dritt li tiġi
trasferit għar-riżerva jew li tispiċċa s-servizz tiegħek, u d-dati li
fihom avviż għandu jingħata.
19. Inti tista’ tiġi maħlul mis-servizz jekk tagħti tweġiba falza
fl-aħħar ta’ din il-Karta jew minħabba xi irregolarità  oħra li
għandha x’taqsam ma’ l-ingaġġ tiegħek.
20. Eżempji oħra li minħabba fihom inti tista’ tiġi maħlul mis-
servizz qabel ma jispiċċa l-ingaġġ tiegħek b’ordni ta’ l-awtorità
militari kompetenti huma mġieba hażina, għax ma tkunx tajjeb għal
raġunijiet ta’ saħħa jew fl-interess tas-servizz pubbliku.
21. Meta suldat ikun altrimenti intitolat li jiġi maħlul mis-
servizz jew li jiġi trasferit għar-riżerva, hu jkun suġġett li jiġi
proċessat minn qorti marzjali, jew ikun qed jiskonta sentenza ta’
priġunerija jew detenzjoni barra minn Malta, il-ħall mis-servizz
jew it-trasferiment tar-riżerva tiegħu għandu jiġi pospost. Dak li
jingħad hawn fuq dwar id-dritt għal ħall mis-servizz u għal
trasferiment għar-riżerva għandu jiftiehem li hu suġġett għal dan.
22. a. Jekk, meta altrimenti inti kont tkun intitolat li tiġi
maħlul mis-servizz, inti tkun qed isservi mal-Forza -
(1) barra minn Malta,
(2) waqt li stat ta’ gwerra jkun jeżisti, jew
(3) waqt li suldati fir-riżerva jkunu msejħa għal servizz
permanenti,
inti tista’ tiġi miżmum fis-servizz għal perijodu ieħor ta’ mhux
aktar minn tnax-il xahar.
b. Jekk, meta altrimenti inti kont tkun intitolat li tiġi trasferit
għar-riżerva, inti tkun qed isservi mal-Forza -
(1) barra minn Malta,
(2) fil-waqt li stat ta’ gwerra jkun jeżisti, jew
(3) fil-waqt li suldati tar-riżerva jkunu msejħa għal servizz
permanenti, jew
(4) fil-waqt li jkun hemm fis-seħħ Ordni li jordna li
30 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
suldati li altrimenti kienu jiġu trasferiti għar-riżerva
għandhom ikomplu jservu mal-Forza,
inti tista’ tiġi miżmum fis-servizz għal perijodu ieħor; dan il-
perijodu jista’ jkompli sa tnax-il xahar wara dak iż-żmien li inti
kien ikollok dritt li tiġi maħlul mis-servizz.
23. Jekk inti tiġi trasferit għar-riżerva inti tkun suġġett li tiġi
msejjaħ kif ġej:
a. f’kull sena, għal taħriġ f’Malta jew x’imkien ieħor
għal perijodu wieħed ta’ mhux iżjed minn ħmistax-il
ġurnata u għal dawk il-perijodi l-oħra li ma jkunux
iżjed minn sitta u tletin siegħa, kif jista’ jiġi preskritt,
b. għal servizz permanenti jekk periklu nazzjonali jkun
imminenti jew tkun inqalgħet emerġenza kbira.
24. Jekk matul is-servizz fir-riżerva, inti tissejjaħ għal servizz
permanenti, inti tkun tista’ tinżamm fis-servizz għall-kumplament
taż-żmien tieġħek fir-riżerva u għal tnax-il xahar oħra.
MISTOQSIJIET LI GĦANDHOM ISIRU LIL REKLUTA QABEL 
L-INGAĠĠ
Skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 18 u 66 ta’ l-Att dwar il-
Forzi Armati ta’ Malta, jekk xi persuna bid-dehen tagħti xi
tweġiba falza għal xi mistoqsija li tinsab fil-karta tal-konferma
tista’ teħel piena.
M.1. X’jismek' (a) Isem/Ismijiet (b) Kunjom
M.2. X’inhu l-indirizz tiegħek' M.3. X’inhi d-data tat-twelid
tiegħek'
M4. Fejn twelidt (agħti l-belt,
il-pajjiż)'
M.5. X’inhi n-nazzjonalità
tiegħek issa'
M.6. X’kienet in-nazzjonalità  mat-twelid -
(a) tiegħek' (ċ) ta’ ommok' (e) ta’ martek'
(b) ta’ missierek' (d) ta’ nannuk
min-naħa ta’
missierek'
M.7. Inti ġuvni,
miżżewweġ jew
armel'
M.8. Kemm
għandek tfal
dipendenti
minnek'
M.9. X’inhi s-
sengħa
tiegħek'
M.10. Inti tagħmel parti minn, jew qatt servejt f’xi forza armata
ta’ Malta jew ta’ xi Pajjiż tal-Commonwealth' Jekk iva,
semmi liema, u l-perijodi ta’ servizz u r-raġunijiet u d-dati
tal-ħall mis-servizz.
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 31
M.11. Qatt ġejt akkużat quddiem xi qorti ċivili b’xi reat li minnu
ma ġejtx liberat (ukoll jekk inti ġejt biss liberat għal kollox
jew taħt kondizzjoni, jew imqiegħed taħt probation)' Jekk
iva, agħti d-dettalji kollha ta’ kull akkuża.
M.12. Qatt ġejt mhux aċċettat għal servizz f’xi forza armata ta’
Malta jew ta’ xi Pajjiż tal-Commonwealth' Jekk iva, għal-
liema raġuni'
M.13. (a) Inti apprendista, jew qatt kont apprendista'
(b) Jekk iva, meta ser jispiċċa, jew meta spiċċa, il-perijodu
tat-taħriġ tiegħek'
M.14. (a) F’liema corps tixtieq tingaġġa' .............................
(b) Jekk tiġi nformat li ma hemmx
vakanza f’dak il-corps, f’liema
corps ieħor li jkollu vakanza int
tixtieq tingaġġa' .............................
M.15. Irċevejt karta ta’ l-avviż li turi l-
mistoqsijiet li għandhom jitwieġbu mal-
konferma u l-kondizzjonijiet ġenerali
ta’ l-ingaġġ li trid tidħol għalihom
inkluż l-obbligu li sservi fir-riżerva' .............................
Tifhem dak li fiha l-karta ta’ l-avviż u
tixtieq tingaġġa' .............................
M.16. Inti lest biex isservi:
(a) *Jekk taħt l-età  ta’ tmintax-il sena, il-perijodu mid-
data tal-konferma sad-data li fiha tilħaq l-età  ta’
tmintax-il sena, u wara dan għal perijodu ta’ ............
sena mal-forza u ............ sena mar-riżerva.
(b) Jekk ’il fuq mit-tmintax-il sena jew:
(1) *Perijodu ta’ ............ mal-forza bl-għażla li tiġi
maħlul mis-servizz wara ............. snin ta’ servizz
li għandu jiġi kalkolat.
(2) *Perijodu ta’ ........... sena mal-forza nieqes kull
servizz li għandu jiġi kalkolat skond ir-
Regolamenti dwar in-Nomini u l-Kondizzjonijiet
tas-Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’
Malta bl-għażla li tiġi maħlul mis-servizz tal-forza
wara ........... sena inkluż kull servizz li għandu jiġi
kalkolat kif intqal qabel.
(ċ) Perijodu ta’ ħames snin mal-forza jew, jekk għandek
iktar minn ħamsa u ħamsin sena fid-data ta’ l-ingaġġ,
sa l-età  ta’ sittin sena.
32 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
Karta tal-Konferma
Nru ta’ l-Army ............. Xorta ta’ Ingaġġ (Nota 1) ......................
Corps ....................... snin mal-Forza ............. snin mar-Riżerva.
Istruzzjonijiet ġenerali biex timtela l-Karta tal-Konferma
1. Ir-Rekluta għandu l-ewwel jingħata kopja tal-Karta ta’ l-
Avviż.
2. Kull tibdil f’din il-Formula tal-Konferma għandu jkun
inizjalat bil-linka mill-Uffiċjal ta’ l-Ingaġġ. Ma għandhiex tintuża
pinna tat-tip ball-point.
3. L-Uffiċjal ta’ l-Ingaġġ għandu jħassar il-paragrafi kollha li
jirreferixxu għal xorta ta’ ingaġġ li ma japplikax.
MISTOQSIJIET LI GĦANDHOM ISIRU LIR-REKLUTA QABEL 
L-INGAGĠ
(d) Perijodu ta’ tliet snin, jew, jekk tissejjaħ lura għas-
servizz pubbliku, sad-data li fiha hekk tissejjaħ lura.
(e) Perijodu ta’ erbatax-il xahar mal-forza li jibdew
jgħoddu mid-data tal-konferma.
(f) Perijodu ta’ tmintax-il xahar mal-forza li jibdew
jgħoddu mid-data tal-konferma.
(g) Perijodu ta’ tnax-il xahar mal-forza li jgħoddu mid-
data tal-konferma.
(*Ħassar dak li ma japplikax - Wieġeb "Iva" għall-mistoqsija
relattiva)
Jiena, ........................................., niddikjara solennement li t-
tweġibiet li jien tajt hawn fuq huma veri, u li jiena lest biex
nissodisfa l-ingaġġ li għamilt.
......................................... ................................... .............................
Data Firma tar-Rekluta Firma tax-Xhud
Nota: Kif jiffirma d-dikjarazzjoni ta’ hawn fuq u jieħu l-
ġurament ir-rekluta jsir suldat tal-Forza Regolari u suġġett
għal-liġi militari.
Skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 18 u 66 ta’ l-Att dwar il-
Forzi Armati ta’ Malta, jekk xi persuna bid-dehen tagħti xi
tweġiba falza għal xi mistoqsija li tinsab fil-karta tal-konferma
tista’ teħel piena.
M.1. X’jismek' (a) Isem/Ismijiet (b) Kunjom
M.2. X’inhu l-indirizz tiegħek' M.3. X’inhi d-data tat-twelid
tiegħek'
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 33
M4. Fejn twelidt (agħti l-belt,
il-pajjiż)'
M.5. X’inhi n-nazzjonalità
tiegħek issa'
M.6. X’kienet in-nazzjonalità  mat-twelid -
(a) tiegħek' (ċ) ta’ ommok' (e) ta’ martek'
(b) ta’ missierek' (d) ta’ nannuk
min-naħa ta’
missierek'
M.7. Inti ġuvni,
miżżewweġ jew
armel'
M.8. Kemm
għandek tfal
dipendenti
minnek'
M.9. X’inhi s-
sengħa
tiegħek'
M.10. Inti tagħmel parti minn, jew qatt servejt f’xi forza armata
ta’ Malta jew ta’ xi Pajjiż tal-Commonwealth' Jekk iva,
semmi liema, u l-perijodu ta’ servizz u r-raġunijiet u d-dati
tal-ħall mis-servizz. (Nota 2)
M.11. Qatt ġejt akkużat quddiem xi qorti ċivili b’xi reat li minnu
ma ġejtx liberat (ukoll jekk inti ġejt biss liberat għal kollox
jew taħt kondizzjoni, jew imqiegħed taħt probation)' Jekk
iva, agħti d-dettalji kollha ta’ kull akkuża.
M.12. Qatt ġejt mhux aċċettat għal servizz f’xi forza armata ta’
Malta jew ta’ xi Pajjiż tal-Commonwealth' Jekk iva, għal-
liema raġuni'
M.13. (a) Inti apprendista, jew qatt kont apprendista'
(b) Jekk iva, meta ser jispiċċa, jew meta spiċċa, il-perijodu
tat-taħriġ tiegħek'
M.14. (a) F’liema corps tixtieq tingaġġa' .............................
(b) Jekk tiġi nformat li ma hemmx
vakanza f’dak il-corps, f’liema
corps ieħor li jkollu vakanza int
tixtieq tingaġġa' .............................
M.15. Irċevejt karta ta’ l-avviż li turi l-
mistoqsijiet li għandhom jitwieġbu mal-
konferma u l-kondizzjonijiet ġenerali
ta’ l-ingaġġ li trid tidħol għalihom
inkluż l-obbligu li sservi fir-riżerva' .............................
Tifhem dak li fiha l-karta ta’ l-avviż u
tixtieq tingaġġa' .............................
34 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
M.16. Inti lest biex isservi:
(a) *Jekk taħt l-età  ta’ tmintax-il sena, il-perijodu mid-
data tal-konferma sad-data li fiha tilħaq l-età  ta’
tmintax-il sena, u wara dan għal perijodu ta’ ............
sena mal-forza u ............ sena mar-riżerva.
(b) Jekk ’il fuq mit-tmintax-il sena jew:
(1) *Perijodu ta’ ............ sena mal-forza u ...............
sena mar riżerva, jew
(2) *Perijodu ta’ tnejn u għoxrin sena mal-forza
nieqes kull servizz li jista’ jiġi kalkolat skond ir-
Regolamenti dwar in-Nomini u Kondizzjonijiet
tas-Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’
Malta bl-għażla li tiġi maħlul mis-servizz tal-forza
wara ................ sena inkluż kull servizz li għandu
jiġi kalkolat kif intqal qabel.
(ċ) Perijodu ta’ ħames snin mal-forza jew, jekk għandek
iktar minn ħamsa u ħamsin sena fid-data ta’ l-ingaġġ,
sa l-età  ta’ sittin sena.
(d) Perijodu ta’ tliet snin, jew, jekk tissejjaħ lura għas-
servizz pubbliku, sad-data li fiha hekk tissejjaħ lura.
(e) Perijodu ta’ erbatax-il xahar mal-forza li jibdew
jgħoddu mid-data tal-konferma.
(f) Perijodu ta’ tmintax-il xahar mal-forza li jibdew
jgħoddu mid-data tal-konferma.
(g) Perijodu ta’ tnax-il xahar mal-forza li jgħoddu mid-
data tal-konferma.
(*Ħassar dak li ma japplikax - Wieġeb "Iva" għall-mistoqsija
relattiva)
DIKJARAZZJONI SOLENNI
Jiena, ........................................., niddikjara solennement li t-
tweġibiet li jien tajt hawn fuq huma veri, u li jiena lest biex
nissodisfa l-ingaġġ li għamilt.
......................................... ................................... .............................
Data Firma tar-Rekluta Firma tax-Xhud
ĠURAMENT LI JIEĦU REKLUTA MAL-KONFERMA
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 35
Jiena, ........................... solennement naħlef/niddikjara li nkun
tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r-Repubblika ta’ Malta u l-
Kostituzzjoni tagħha, u li, kif hu dmir tiegħi, onestament u
fedelment niddefendi r-Repubblika ta’ Malta kontra l-egħdewwa
kollha, u nosserva u nobdi l-ordnijiet kollha tal-President ta’
Malta, u ta’ l-uffiċjali li jkolli fuqi.
(Hekk Alla jgħini)
............................. .............................................
firma data
L-imsemmi ................................. ħa l-ġurament/solennement
iddikjara quddiemi fil-........................... fi ................................
ta’ .............. .............
.........................................................
(firma u awtorità  tal-persuna li
tamministra l-ġurament)
ĊERTIFIKAT TA’ L-UFFIĊJAL TA’ L-INGAĠĠ
Ir-Rekluta hawn fuq imsemmi ġie mwissi minni li jekk bid-
dehen jagħti xi tweġiba falza għal xi waħda mill-mistoqsijiet ta’
hawn fuq hu jkun suġġett li jeħel piena kif provdut fl-Att dwar il-
Forzi Armati ta’ Malta.
Il-mistoqsijiet ta’ hawn fuq imbagħad inqraw lir-Rekluta fil-
preżenza tiegħi.
Jiena ħadt ħsieb li hu jifhem kull mistoqsija, u li kull tweġiba
tiegħu għal kull mistoqsija ġiet reġistrata kif imiss.
Jiena ħadt ħsieb nara li r-Rekluta rċieva kopja tal-Karta ta’ l-
Avviż u jien sodisfatt li hu jaf bil-pattijiet u kondizzjonijiet
ġenerali tas-servizz li hu daħal bihom.
Jiena sodisfatt mill-provi miġjuba jew mid-dikjarazzjonijiet
magħmula mir-Rekluta li hu għandu l-inqas età  xierqa għal servizz
bħala raġel.
L-imsemmi Rekluta għamel u iffirma d-Dikjarazzjoni u ħa l-
Ġurament quddiemi
fi ................................... illum ............................ ta’ ..............
Rank .............................. Nomina ..........................................
Firma ta’ l-Uffiċjal ta’ l-Ingaġġ .............................................
36 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
ĊERTIFIKAT TA’ EŻAMI MEDIKU
ĊERTIFIKAT TA’ L-UFFIĊJAL LI JAPPROVA
JIENA NIĊĊERTIFIKA li din il-karta tal-konferma tar-Rekluta
hawn fuq imsemmi ġiet mimlija sewwa u li l-formalitajiet dwar l-
ingaġġ tiegħu jidhru li ġew imħarsa. Għaldaqshekk jiena
napprovah, u ninnominah għal:
*....................................
Data .............. Firma ta’ l-Uffiċjal li Japprova .........................
Post ....................................
NOTI GĦALL-UFFIĊJALI TA’ L-INGAĠĠ
ma’ xi forza armata ta’ Malta
1. Daħħal ix-xorta ta’ ingaġġ, e.g. Regolari.
2. Jekk ir-Rekluta kellu servizz qabel hu għandu jiġi mistoqsi
l-partikolaritajiet tas-servizz tiegħu ta’ qabel, u għandu jipproduċi,
jekk hu possibbli, iċ-ċertifikati kollha maħruġa mal-ħall mis-
servizz. Iċ-ċertifikati kollha għandhom jingħataw lura lir-Rekluta u
f’każijiet ta’ servizz ta’ qabel mal-Forzi Armati ta’ Malta
ċertifikati għandhom b’mod li jidhru sewwa jiġu kontrosenjati
b’linka ħamra kif ġej:
(Isem) ingaġġa mill-ġdid mal-(Corps) fi ...................... (Data).
Fil-każ ta’ subien edukati fi skola approvata l-Uffiċjal ta’ l-
Ingaġġ għandu jdaħħal l-isem u l-indirizz ta’ l-iskola:
...................................
...................................
Twemmin Reliġjuż .........................................
P U L H E E M S
JIENA/AĦNA eżamin(ajt)(ajna)
lil dan ir-Rekluta skond l-
istruzzjonijiet korrenti u sibtu /
sibnih kif ġej:
Data ......................................
Firma/Firem ta’ l-Uffiċjal(i) Mediku/Mediċi ...........................
..........................
* Hawnhekk daħħal il-Corps li għalih ir-Rekluta ġie ingaġġat.
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 37
Miżjuda:
A.L. 47 ta’ l-1990.
IT-TIELET SKEDA
(Regolamenti 20 u 48)
Taqsima I
Artikoli dwar il-Pensjonijiet
Titolu.
Pensjonijiet dwar il-Forzi Armati ta’ Malta.
Applikazzjoni.
Forzi Armati ta’ Malta, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa r-
Regoli, u li għandhom jinqraw bħala ħaġa waħda u sħiħa ma’ dawn
l-Artikoli, għandhom japplikaw għal uffiċjali u irġiel li jirtiraw fl-1
ta’ Jannar, 1990, jew wara.
Ċirkostanzi li 
fihom il-pensjoni 
tista’ tingħata.
3. Ebda pensjoni ma tingħata bis-saħħa ta’ dawn l-Artikoli u
Regoli lil ebda uffiċjal jew raġel fil-forza ħlief meta jirtira  mill-
forza f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) meta jew wara li jagħlaq l-età  ta’ ħamsa u ħamsin sena,
jew jekk ikun għalaq ħamsa u għoxrin sena servizz fil-
forza;
(b) meta titneħħa l-kariga tiegħu;
(ċ) meta jiġi rtirat bil-fors skond ir-regolament 14(1) tar-
Regolamenti dwar in-Nomini u l-Kondizzjonijiet tas-
Servizz tal-Forzi Armati ta’ Malta, hawnhekk iżjed ’il
quddiem f’dawn l-Artikoli u fir-Regoli imsejjħa "ir-
Regolamenti";
(d) mat-tmiem tas-servizz skond ir-regolament 14(3) u r-
regolament 45(1)(h) tar-Regolamenti.
Maximum ta’ 
pensjoni li jista’ 
jingħata.
4. (1) Il-pensjoni mogħtija lil uffiċjal jew raġel fil-forza taħt
dawn l-Artikoli ma tistax tkun iżjed minn żewġ terzi ta’ l-ogħla
ħlas pensjonabbli li f’kull żmien li jkun kien idaħħal matul is-
servizz tiegħu fil-forza.
(2) Għall-finijiet tas-subartiklu ta’ qabel dan, ma jitteħidtx
qies ta’ pensjoni addizzjonali mogħtija lil uffiċjal minħabba li tkun
ġratlu ħsara fil-persuna; iżda, meta tingħata lil uffiċjal jew raġel
din il-pensjoni addizzjonali, l-ammont li huwa jista’ jieħu ta’ din il-
pensjoni addizzjonali ma jistax jaqbeż is-sest ta’ l-ogħla ħlas
pensjonabbli tiegħu f’kull żmien li jkun matul is-servizz tiegħu fil-
forza b’aktar milli bis-somma li biha l-pensjoni jew pensjonijiet
tiegħu, apparti minn dik il-pensjoni addizzjonali, ikun anqas minn
żewġ terzi ta’ dak l-ogħla ħlas pensjonabbli.
(3) Għall-finijiet ta’ dawn l-Artikoli u tar-Regoli:
"xahar" tfisser xahar skond il-kalendarju;
"ħlas pensjonabbli" jidħlu fiha -
(i) is-salarju,
(ii) l-allowance personali,
(iii) working trade allowance waħda,
iżda ma jidħlux fih l-allowance għal xi servizz, l-allowance għat-
trattament, l-allowance għall-kera, il-valur tal-kera frank kif stmat
38 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
fis-sena, il-valur tar-razzjoni, ir-rimunerazzjoni extra, u kull dritt
imħallas mit-Teżor bħala salarju jew kull xorta ta’ ħlasijiet oħra;
"allowance personali" tfisser żieda speċjali mogħtija
personalment lid-detentur tal-kariga għal dak iż-żmien, iżda ma
tinkludix dik iż-żieda jekk tkun mogħtija bħala suġġetta għall-
kondizzjoni li ma tkunx pensjonabbli;
"uffiċjal" u "raġel" ifissru uffiċjal li jkollu kummissjoni jew
raġel ingaġġat fil-forza fil-15 ta’ Jannar, 1979, jew wara;
"sena" tfisser sena skond il-kalendarju.
Il-pensjonijiet ma 
jistgħux jiġu 
ċeduti.
Kap. 12.
5. Ebda pensjoni mogħtija taht dawn l-Artikoli ma tista’ tiġi
ċeduta jew trasferita jew maqbuda, issekwestrata jew tkun suġġetta
għal atti ġudizzjarji minħabba jew dwar dejn jew jedd ieħor, ħlief
sa fejn igħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 381(3) tal-Kodiċi
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Pensjoni tkun 
imnaqqsa f’ċerti 
ċirkostanzi.
6. Uffiċjal jew raġel fil-forza, li jirtira għal raġunijiet elenkati
fl-artikolu 3(d), li tkun ingħatatlu pensjoni taħt dawn l-Artikoli u li
jkun qed jirċievi -
(a) xi rimunerazzjoni dwar xi impieg, jew xi servizzi
mogħtija, jew xi kariga miżmuma; jew
(b) xi dħul li jkun ġej mill-eżerċizzju ta’ kummerċ,
negozju, professjoni jew vokazzjoni; jew
(ċ) xi dħul li jkun ġej minn xi pensjoni, allowance jew
ħlas ieħor dwar xi impieg, servizz jew kariga kif intqal
qabel,
ikollu, sakemm jilħaq l-età  ta’ ħamsa u ħamsin sena, jew sal-hamsa
u għoxrin anniversarju ta’ l-ewwel ħatra tiegħu fil-forza, skond
liema jiġi l-ewwel, il-pensjoni tiegħu imnaqqsa bl-ammont li bih
id-dħul totali stabbilit skond id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu jkun iżjed mis-salarju li f’dak iż-żmien jitħallas dwar il-
kariga miżmuma minn dak l-uffiċjal jew raġel meta rtira, billi
jitqiesu biss, jekk dak is-salarju jkun b’żidiet inkrimentali, dawk iż-
żidiet korrispondenti li jkunu ttieħdu qabel dak l-irtir, jew, jekk dak
il-post ikun ġie abolit, dwar post analogu:
lżda l-pensjoni fis-sena ma għandha f’ebda każ titnaqqas
għal anqas mis-somma ta’ ħamsin lira u jekk il-pensjoni jew
allowance oħra fis-sena ma tkunx iżjed mill-iżgħar somma li
għandha titħallas kif ingħad qabel ebda tnaqqis ma għandu jsir
minnha.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), id-dħul totali għandu jiġi
stabbilit billi jingħaddu flimkien -
(a) il-pensjoni li kienet tiġi riċevuta taħt dawn l-Artikoli,
kieku ma kienx għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu; u
(b) kull rimunerazzjoni jew dħul kif imsemmi fis-
subartikolu (l)(a), (b) jew (ċ), jew dawk ir-
rimunerazzjoni u dħul flimkien; u
billi jitnaqqsu minnhom is-somma ta’ ħamsin lira fis-sena.
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 39
(3) Kull tnaqqis fil-pensjoni taħt is-subartikolu (1) għandu jiġi
kalkolat fuq il-bażi tal-pensjoni, ir-rimunerazzjoni jew income
iehor, u s-salarju, li għandhom jiġu riċevuti matul perijodu ta’ tnax-
il xahar li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru, iżda bla ħsara għal kull
aġġustament li jista’ jkun jew li jista’ jsir meħtieġ għal xi raġuni
tkun li tkun, u safejn ikun prattikabbli, għandu jsir mill-ħlasijiet ta’
kull xahar jew ħlasijiet oħra perjodiċi tal-pensjoni.
(4) Kull uffiċjal jew raġel li għalih japplika s-subartikolu (1)
għandu mingħajr dewmien igħarraf lill-Accountant General u
jżommu mgħarraf f’kull żmien, biċ-ċirkostanzi kollha li jagħmlu l-
imsemmi subartikolu (1) applikabbli għalih u l-limiti safejn huma
hekk applikabbli, u b’kull tibdil fiċ-ċirkostanzi jew fl-imsemmija
limiti, u jagħti lill-Accountant General, meta jkun mitlub, it-tagħrif
kollu rilevanti; u jekk dak l-uffiċjal jew raġel jonqos li jħares xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu, kull pensjoni li
għaliha huwa jista’ jkollu dritt bis-saħħa ta’ dawn l-Artikoli tieqaf
minnufih:
Iżda jekk tingħata raġuni tajba, il-pensjoni jew l-allowance
l-oħra tista’ terġa’ tingħata b’effett retroattiv jew mingħajru, mill-
Ministru.
Taqsima II
Regoli Ġenerali
Titolu.
dwar il-Forzi Armati ta’ Malta.
Lil min u b’liema 
rati jingħataw il-
pensjonijiet.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-Regolamenti, ta’ l-
Artikoli dwar il-Pensjonijiet dwar il-Forzi Armati ta’ Malta,
hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dawn ir-regoli imsejħa "l-Artikoli", u
ta’ dawn ir-Regoli, lil kull uffiċjal u raġel li jkun ilu fil-forza għal
għaxar snin jew iżjed, tista’ tingħata pensjoni bir-rata ta’ waħda
minn erba’ mija u ħamsin tal-ħlas tiegħu pensjonabbli għal kull
xahar sħiħ ta’ servizz pensjonabbli, suġġett għal-limitazzjoni
msemmija fl-artikolu 4 ta’ l-Artikoli.
Is-servizz 
m’għandux ikun 
maqtugħ.
3. Is-servizz li għalih tista’ tingħata pensjoni ma għandux
ikun maqtugħ, ħlief fil-każijiet li fihom is-servizz ikun ġie maqtugħ
minħabba li tneħħiet il-kariga jew ġie terminat b’mod normali l-
ingaġġ, u mhux minħabba li s-servizz ikun ġie terminat skond ir-
regolament 13, ir-regolament 14(1) u (2) u r-regolament 45 tar-
Regolamenti, jiġifieri minħabba kondotta ħażina jew riżenja
volontarja:
Iżda, iż-żmien ta’ servizz qabel ma s-servizz ikun ġie
maqtugħ jista’ jiġi kalkolkat għall-pensjoni, flimkien maż-żmien
tas-servizz wara li dan ikun ġie maqtugħ -
(a) jekk iż-żmien kollu ta’ bejn is-servizz u ieħor l-uffiċjal
ikun għaddih f’impieg ieħor fis-servizz tar-
Repubblika; jew
(b) fil-każ meta uffiċjal jew raġel fir-riżerva regolari
jissejjaħ minnha għal servizz permanenti; jew
(ċ) fil-każ meta dak l-uffiċjal jew raġel, wara li jkun temm
is-servizz tiegħu fil-forza, ikun sussegwen-tement
40 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
issejjaħ lura fil-forza bl-approvazzjoni tal-Prim
Ministru minħabba fl-esiġenzi tal-forza, u dik is-sejħa
lura tiġi ċertifikata mill-Prim Ministru.
Salarji li jitqiesu 
għal kalkolu ta’ 
pensjoni.
4. (1) Għall-fini biex jiġi kalkolat l-ammont tal-pensjoni ta’
uffiċjal jew raġel li kellu perijodu ta’ mhux anqas minn tliet snin
ta’ servizz pensjonabbli skond l-Artikoli qabel l-irtir tiegħu -
(a) fil-każ ta’ uffiċjal jew raġel li jkun żamm l-istess
kariga għal żmien ta’ tliet snin minnufih qabel id-data
ta’ l-irtir tiegħu, għandhom jitqiesu l-ħlasijiet
pensjonabbli annwali sħaħ li jkun igawdi f’dik id-data
dwar dik il-kariga;
(b) fil-każ ta’ uffiċjal jew raġel li f’xi żmien matul dak il-
perijodu ta’ tliet snin ikun ġie impostat minn kariga
għal oħra, iżda li l-ħlasijiet pensjonabbli tiegħu ma
jkunux tbiddlu minħabba dik l-impostazzjoni jew
dawk l-impostazzjonijiet, ħlief bl-għoti ta’ xi żieda fl-
iskala, għandhom jitqiesu l-ħlasijiet pensjonabbli
annwali sħaħ li jkun igawdi fid-data ta’ l-irtir tiegħu
dwar il-kariga li kellu f’dak iż-żmien;
(ċ) f’każijiet oħra għandu jitqies it-terz tat-total tal-
ħlasijiet pensjonabbli li jkun igawdi l-uffiċjal jew
raġel dwar is-servizzi tiegħu matul it-tliet snin tas-
servizz tiegħu minnufih qabel id-data ta’ l-irtir tiegħu:
Iżda -
(i) jekk dak it-terz ikun anqas mill-ogħla ħlasijiet
pensjonabbli annwali li hu jkun igawdi fid-data
ta’ xi impostazzjoni f’dak iż-żmien ta’ tliet snin
għandhom jitqiesu dawk il-ħlasijiet pensjonabbli
annwali; u
(ii) jekk dak it-terz ikun anqas mill-ħlasijiet
pensjonabbli annwali li hu kien igawdi fid-data
ta’ l-irtir tiegħu, kieku baqa’ f’xi kariga li
minnha ġie impostat f’xi żmien matul dak il-
perijodu ta’ tliet snin, u kien irċieva ż-żidiet
kollha fl-iskala li, fil-fehma tal-Ministru kienu
jingħataw lilu, għandhom jitqiesu l-ħlasijiet
pensjonabbli annwali li kien ikun hekk igawdi.
(2) Għall-fini biex jiġu stabbiliti skond is-sub-regola (1) l-
ħlasijiet pensjonabbli li uffiċjal jew raġel kellu jew kien ikollu,
skond il-każ, huwa għandu jitqies -
(a) li kien fis-servizz bil-ħlasijiet pensjonabbli sħaħ matul
il-perijodu ta’ tliet snin minnufih qabel id-data ta’ l-
irtir tiegħu; u
(b) li kellu l-benefiċċju ta’ kull żieda minħabba reviżjoni
ta’ salarji fil-ħlasijiet pensjonabbli ta’ kull kariga
tiegħu bħallikieku dik iż-żieda kellha titħallas matul
dak il-perijodu ta’ tliet snin.
(3) Għall-fini ta’ kalkolu ta’ l-ammont tal-pensjoni ta’ uffiċjal
jew raġel li kellu perijodu ta’ anqas minn tliet snin servizz
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 41
pensjonabbli qabel l-irtir tiegħu -
(a) għandha titqies il-medja tal-ħlasijiet pensjonabbli
annwali li kellu matul dak il-perijodu;
(b) għandu jitqies li kien fis-servizz bil-ħlasijiet
pensjonabbli sħaħ matul dak il-perijodu;
(ċ) għandu jitqies li kellu l-benefiċċju ta’ kull żieda
minħabba reviżjoni ta’ salarji fil-ħlasijiet pensjonabbli
ta’ kull kariga tiegħu bħalliekieku dik iż-żieda kellha
titħallas matul dak il-perijodu; u
(d) il-perijodi li fihom huwa ma kienx jattendi għax-
xogħol bil-leave mingħajr salarju, mogħti minħabba
raġunijiet ta’ ħtieġa pubblika bl-approvazzjoni tal-
President, u li fihom hu ma kienx ikkwalifika għal
pensjoni rigward servizz pubbliku ieħor.
(4) F’ebda ċirkostanzi ma għandhom il-ħlasijiet pensjonabbli
li għandhom jitqiesu jkunu iżjed mill-ħlasijiet pensjonabbli annwali
sħaħ li kellu l-uffiċjal jew ir-raġel fid-data ta’ l-irtir tiegħu dwar il-
kariga li jkollu dak iż-żmien.
(5) Fil-każ ta’ uffiċjal jew raġel li għalih tapplika r-regola
5(1)(ċ), id-data ta’ l-irtir tiegħu għandha -
(a) meta dak l-uffiċjal jilħaq l-età  ta’ l-irtir; jew
(b) meta dak l-uffiċjal kien ikun, li ma kenitx għat-
tkeċċija tiegħu, għalaq ħamsa u għoxrin sena servizz;
jew
(ċ) meta dak l-uffiċjal imut;
qabel ma t-tkeċċija tiegħu tkun ġiet dikjarata nulla mill-awtorità
kompetenti, titqies li tkun id-data meta dak l-uffiċjal jilħaq l-età  ta’
l-irtir, jew id-data meta jkun għalaq ħamsa u għoxrin sena servizz,
jew id-data meta jmut, skond liema tiġi l-ewwel, u l-ħlasijiet
pensjonabbli tiegħu li għandhom jitqiesu għandhom ikunu dawk li
hu kieku kien qiegħed jirċievi f’dik id-data li kieku ma kienx hekk
tkeċċa.
Kalkolu ta’ 
pensjonijiet.
5. (1) Għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ l-ammont ta’ pensjoni ta’
uffiċjal jew ta’ raġel, il-perijodi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala
servizz pensjonabbli:
(a) il-perijodi li fihom huwa kien fis-servizz mal-forza;
(b) il-perijodi li fihom huwa ma kienx jattendi għax-
xogħol bil-leave b’salarju sħiħ jew b’nofs salarju;
(ċ) il-perijodu wara t-tkeċċija mill-forza, meta dik it-
tkeċċija tiġi sussegwentement dikjarata minn awtorità
kompetenti li kienet invalida, saż-żmien tat-tqegħid
tiegħu lura mill-ġdid, jew id-data meta dak l-uffiċjal
jew raġel kien ikun għalaq ħamsa u għoxrin sena
servizz, jew id-data meta dak l-uffiċjal jew raġel ikollu
jirtira minħabba fl-età , jew id-data meta dak l-uffiċjal
imut, skond liema tiġi l-ewwel;
u l-perijodi li fihom huwa kien nieqes bil-leave, minbarra dawk
imsemmijin hawn fuq, għandhom jitnaqqsu mis-servizz kollu ta’ l-
42 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
uffiċjal sabiex jintlaħaq il-perijodu ta’ servizz pensjonabbli tiegħu.
(2) Għall-finijiet tas-sub-regola (1)(ċ) u tar-regola 4(5), il-
kelma "tkeċċija" għandha titqies li tinkludi terminazzjoni ta’
servizz skond ir-regolamenti 14 u 45 tar-Regolamenti, u "tkeċċa"
għandha tiftiehem bl-istess mod.
Servizz magħmul 
fil-kariga ta’ 
ħaddieħor.
6. Meta uffiċjal jew raġel jaġixxi flok ħaddieħor f’kariga
pensjonabbli fil-forza, iż-żmien ta’ dan is-servizz jista’ jingħadd
bħala servizz pensjonabbli taħt dawn l-Artikoli:
Basta li -
(a) iż-żmien illi fih l-uffiċjal ikun aġixxa ma jkunx biċċa
mis-servizz pensjonabbli ta’ l-uffiċjal li qabel kien fil-
kariga, u ma għandux jiġi kkalkolat bħala biċċa mis-
servizz pensjonabbli ta’ dan l-uffiċjal jew raġel taħt ir-
Regolamenti jew Artikoli fil-forza;
(b) sewwa sew qabel dan iż-żmien ta’ servizz jew sewwa
sew warajh ikun hemm servizz fi kwalità  effettiva fil-
forza.
Tneħħija ta’ kariga 
jew 
organizzazzjoni 
mill-ġdid ta’ 
kariga.
7. Jekk uffiċjal jew raġel jirtira jew jitneħħa mill-forza
minħabba t-tnehhija tal-kariga tiegħu, inkella sabiex jagħti lok li
ssir aħjar il-forza biex b’hekk jista’ jkun hemm iżjed effiċjenza u
ekonomija, lil dan l-uffiċjal tista’ tingħata pensjoni:
Iżda, madankollu, jekk huwa jkun ilu fil-forza għal anqas
miż-żmien ta’ għaxar snin meħtieġ biex jikkwalifikah għal pensjoni
jista’ jiġi mogħti pensjoni kkalkolkata skond ir-regola 2 bħallikieku
ma kien hemm ebda żmien ta’ kwalifika:
Iżda wkoll din il-pensjoni tingħata taħt il-kondizzjoni illi
hu jista’ jerġa’ jiġi msejjaħ għas-servizz fil-forza:
Iżda, barra minn dan, jekk dan l-uffiċjal jew raġel ma jkunx
tajjeb għal impieg ieħor fil-forza jew jekk ma jkunx hemm raġuni
ta’ tama, fil-fehma tal-Ministru, illi fi żmien qasir jista’ jerġa’ jiġi
mpjegat, tista’ tiġi lilu mogħtija pensjoni mingħajr il-kondizzjoni
msemmija hawn fuq.
Rati ta’ pensjoni 
meta karigi jiġu 
mneħħija.
8. Uffiċjal jew raġel li l-kariga tiegħu tiġi mneħħija, tista’
tingħatalu żieda fil-pensjoni bir-rata ta’ waħda minn sittin tal-ħlas
tiegħu pensjonabbli fis-sena għal kull perijodu sħiħ ta’ tliet snin
servizz pensjonabbli:
Iżda -
(a) iż-żieda ma għandha f’ebda każ taqbeż il-għaxra minn
sittin; u
(b) ebda żieda ma għandha ssir b’mod illi tikkwalifika
uffiċjal għal pensjoni ta’ valur fis-sena ogħla minn dak
li għalih huwa kien ikun ikkwalifikat b’tul ta’ servizz
meta jilħaq l-età  li fiha huwa jista’ jiġi mġiegħel li
jirtira, jew għal pensjoni ta’ valur fis-sena ogħla mill-
maximum stabbilit fl-artiklu 4 ta’ l-Artikoli.
Uffiċjali li jirtiraw 
minħabba ħsara fil-
persuna.
9. (1) Meta uffiċjal jew raġel tiġrilu ħsara permanenti fil-
persuna -
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 43
(a) fil-waqt li jkun qiegħed jagħmel ix-xogħol tiegħu, u
(b) mingħajr ħtija tiegħu, u
(ċ) minħabba ħsara li tagħha tkun speċifikatament kaġun
ix-xorta tax-xogħol tiegħu,
u b’hekk l-irtir tiegħu mis-servizz isir meħtieġ jew ikollu jsir wisq
qabel iż-żmien li jmiss, jekk hu jkun ikkwalifikat għal pensjoni taħt
ir-regola 2, lilu tingħata, b’żieda tal-pensjoni mogħtija lilu taħt dik
ir-regola, pensjoni addizzjonali bir-rata tal-proporzjon tal-ħlas
pensjonabbli li jkun qiegħed jieħu fid-data li ġratlu l-ħsara u li tkun
taqbel għall-każ tiegħu kif imfisser fit-tabella ta’ hawn taħt:
Meta l-ħila sabiex jipprovdi għall-manteniment tiegħu
nnifsu -
tonqos kemm xejn ........................... minn sittin ħamsa;
tonqos ............................................ minn sittin għaxra;
tonqos sewwa ............................... minn sittin ħmistax;
tispiċċa għal kollox ....................... minn sittin għoxrin:
Iżda l-ammont tal-pensjoni addizzjonali jitnaqqas sa dik is-
somma li l-Ministru jidhirlu xieraq f’dawn il-każijiet li ġejjin:
(i) meta l-uffiċjal jew raġel li tiġrilu l-ħsara jkun
baqa’ fis-servizz għal mhux anqas minn sena
wara li tkun ġratlu l-ħsara illi minħabba fiha
irtira mis-servizz;
(ii) meta uffiċjal jew raġel li tiġrilu ħsara jkun, fid-
data li tiġrilu l-ħsara, jonqsu għaxar snin għall-
età  li fiha jista’ jkun imġiegħel jirtira; jew
(iii) meta l-ħsara li tkun ġratlu ma tkunx hija
waħedha l-kaġun ta’ l-irtir, iżda l-kaġun ta’ l-
irtir ikun ukoll minħabba l-età  jew mard mhux
ikkaġunat mill-ħsara:
Iżda wkoll, l-ammont kollu tal-pensjoni addizzjonali ma
għandux ikun iżjed mill-ammont stabbilit fl-artikolu 4(2) ta’ l-
Artikoli.
Pensjonijiet lil 
uffiċjali u rġiel 
b’servizz anqas 
minn għaxar snin.
(2) Meta uffiċjal jew raġel li tiġrilu din il-ħsara ma jkunx
għamel żmien hekk twil fis-servizz li jikkwalifikah għal pensjoni
taħt ir-regola 2 lil dan l-uffiċjal tkun tista’, b’danakollu, tingħata
pensjoni bir-rata ta’ waħda minn erba’ mija u ħamsin tal-ħlas
tiegħu pensjonabbli għal kull xahar sħiħ ta’ servizz pensjonabbli
flimkien ma’ dik iż-żieda ta’ pensjoni li tista’ tingħata lilu taħt il-
parti ta’ qabel ta’ din ir-regola li kieku kien ikkwalifikat għal
pensjoni.
Pensjoni lil nisa 
romol ta’ uffiċjali u 
rġiel maqtula waqt 
is-servizz.
10. (1) Meta uffiċjal jew raġel mingħajr ħtija tiegħu jiġi
maqtul fil-waqt li jkun qed jaqdi dmiru jew imut minħabba xi ħsara
li b’mod speċifiku tkun ġejja mix-xorta tax-xogħol tiegħu jew jiġi
maqtul fil-waqt li jkun qed jaqdi dmiru, tista’ tingħata pensjoni lill-
armla li jħalli sakemm ma tiżżewwiġx, ta’ mhux iżjed minn għaxra
fis-sittin tas-salarju pensjonabbli ta’ żewġha fil-jum li tiġrilu l-
ħsara; u tista’ tingħata pensjoni lil kull wild ta’ dak l-uffiċjal jew
raġel sa ma dak il-wild jagħlaq it-tmintax-il sena, ta’ mhux iżjed
44 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
mis-sitta wieħed tar-rata li tingħata lill-armla, sakemm il-
pensjonijiet miġburin flimkien ta’ l-ulied ma jisbqux ir-rata li
tistħoqq lill-armla.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel igħoddu wkoll għal każ ta’
uffiċjal li, wara li jirtira bil-pensjoni taħt ir-regola 9, imut bl-effetti
diretti u immedjati tal-ħsara li tkun ġratlu.
(3) Jekk mart l-uffiċjal tmut qablu, jew jekk ebda pensjoni ma
tiġi mogħtija lilha taħt dan l-artikolu, u huwa jħalli warajh ulied li
kienu jkunu intitolati għal pensjoni li kieku ġiet mogħtija pensjoni
lill-armla, jistgħu jingħataw lilhom pensjonijiet tad-doppju ta’ l-
ammont tal-pensjonijiet li għalihom fiċ-ċirkostanzi huma kienu
jkunu intitolati.
(4) Jekk il-mejjet ma jħallix warajh armla jew ulied iltiema
mill-omm, iżda jħalli ’l ommu li kienet tiddependi minnu għall-
manteniment, is-somma tal-pensjoni li setgħet tiġi mogħtija lill-
armla, li kieku kien hemm, tista’ tingħata lill-omm, iżda din il-
pensjoni tispiċċa, jekk hija tkun armla u terġa’ tiżżewweġ.
L-imġieba tajba 
hija meħtieġa.
11. (1) Il-pensjonijiet ikkalkolati bir-rati msemmijin hawn
fuq, jingħataw biss fil-każ ta’ servizz li jkun sar tassew bil-fedeltà
u b’mod meritevoli.
(2) Meta l-fedeltà  u bżulija ta’ l-uffiċjal jew raġel ma jilħqux l-
ewwel grad ta’ mertu, il-kalkolu jista’ jsir b’rati anqas minn dawk
imsemmijin hawn fuq.
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 45
Miżjuda:
A.L. 130 ta’ l-
1998.
Emendata:
A.L. 13 ta’ l-1999.
IR-RABA’ SKEDA
(Regolament 59)
Statut tal-Staff Association tal-Forzi Armati ta’ Malta
Isem
l. Qegħda b’dan titwaqqaf Staff Association li tkun magħrufa
bl-isem ta’ Staff Association tal-Forzi Armati ta’ Malta, hawnhekk
iżjed ’il quddiem magħrufa bhala "l-Staff Association".
2. Kull kelma jew frażi f’dan l-Istatut għandu jkollha l-istess
tifsir bħalma hu mogħti lilha fl-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta,
kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma’ teħtieġx xort’oħra.
Għan u Responsabbiltà
3. L-għan tal-Staff Association hu li jagħmilha possibbli għal
kull membru tal-Forzi Armati ta’ Malta li jesprimi l-fehmiet tiegħu
lill-Gvern, permezz tar-rappreżentanti tiegħu (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejħa "rappreżentanti kelliema"), fuq aspetti definiti li
jirrigwardaw il-paga u l-kondizzjonijiet tiegħu kif stipulati f’dan l-
Istatut.
4. L-Staff Association għandha tirrappreżenta kull rank li
hemm fil-Forzi Armati ta’ Malta.
5. Tkun ir-responsabbiltà  tal-Staff Association li taħdem,
f’ko-operazzjoni mal-Gvern, għall-interessi tal-membri kollha tal-
Forzi Armati ta’ Malta, għat-titjib tal-paga u l-kondizzjonijiet tas-
servizz tar-ranks kollha, bil-għan li jġibu ’l quddiem l-effiċjenza, l-
effettività  u l-moral tal-Forza.
Termini ta’ Riferenza
6. It-termini ta’ riferenza tal-Staff Association huma limitati
għal dan li ġej:
(a) Konsulenza dwar dak kollu li għandu x’jaqsam ma’
pagi, pensjonijiet u allowances li ma jkunux ta’ xorta
individwali.
(b) Kondizzjonijiet oħra speċifiċi ta’ servizz li jolqtu l-
welfare, ħwejjeġ ta’ rutina amministrattiva ta’ kuljum
u ta’ taħriġ, akkommodazzjoni militari, faċilitajiet fuq
il-post tax-xogħol u fil-kwartieri residenzjali,
faċilitajiet sportivi u rikreattivi, faċilitajiet mediċi u
ta’ iġjene, u faċilitajiet ta’ btala u edukattivi.
(ċ) Saħħa u sigurtà  tal-persuna fuq ix-xogħol (esklużi l-
aspetti operattivi).
7. It-termini ta’ riferenza tal-Staff Association jeskludu dan li
ġej:
(a) Kull ħaġa li tolqot is-sigurtà  interna jew esterna ta’
Malta.
(b) Kull proċedimenti dwar reati militari li jittieħdu taħt l-
Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta.
(ċ) Kull ħaġa li x’aktarx tolqot ħażin it-twettiq ta’ kuljum
tad-dixxiplina militari, jew tat-taħriġ militari, jew ta’
46 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
l-effettività  operattiva tal-Forzi Armati ta’ Malta.
(d) Kull ħaġa li tirrigwarda promozzjonijiet u
trasferimenti individwali.
(e) Kull ħaġa ta’ xorta politika.
(f) Kull każ individwali li jkun is-suġġett ta’ dixxiplina
militari jew li jkun f’dak iż-żmien jaqa’ taħt il-
konsiderazzjoni tal-President, ta’ xi tribunal jew
kummissjoni stabbiliti għall-investigazzjoni ta’
ħwejjeġ li jirrigwardaw il-Forzi Armati ta’ Malta, ta’ l-
Ombudsman jew tal-Kmandant tal-Forzi Armati ta’
Malta taħt il-jeddijiet ta’ riżarċiment eżistenti.
(g) Kull jedd ta’ negozjar mal-Gvern dwar pagi,
pensjonijiet jew allowances.
(h) Il-ġbir ta’ drittijiet jew miżati.
(i) Li tirrikorri għal strajkijiet sabiex tikseb it-talbiet
tagħha jew li tissieħeb ma’ xi unions ċivili jew staff
associations oħra Maltin.
Għamla tal-Staff Association
8. L-Staff  Association tintagħmel minn ħmistax-il
rappreżentanti kelliema, li jkunu erba’ Uffiċjali, tliet Warrant
Officers, tliet Uffiċjali Bla Kummissjoni u ħames Gunners.
9. Ħames rappreżentanti kelliema, magħmula minn Uffiċjal
wieħed, Warrant Officer wieħed, Uffiċjal Bla Kummissjoni wieħed
u żewġ Gunners, għandhom jiġu eletti mill-1 Reġiment FAM. Erba’
rappreżentanti kelliema magħmula minn Uffiċjal wieħed, Warrant
Officer wieħed, Uffiċjal Bla Kummissjoni wieħed u Gunner
wieħed, għandhom jiġu eletti minn kull wieħed mit-2 Reġiment
FAM u mit-3 Reġiment FAM. (l Reġiment FAM, 2 Reġiment FAM,
u 3 Reġiment FAM qegħdin hawnhekk iżjed ’il quddiem jissejhu
"ir-Reġiment"). Żewġ rappreżentanti kelliema, magħmula minn
Uffiċjal wieħed u Gunner wieħed, għandhom jiġu eletti mill-
Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati ta’ Malta (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejħa "il-Kwartieri Ġenerali"). Din l-għamla qegħda
tintwera fit-Tabella li ġejja:
Elezzjoni fl-Staff Association
10. Ir-ranks kollha fil-Forzi Armati ta’ Malta jkollhom il-jedd
li jeleġġu rappreżentanti kelliema u li jiġu eletti bħala
Gruppi ta’ 
Rappreżen-
tanti kelliema
1 Reġiment 
FAM
2 Reġiment 
FAM
3 Reġiment 
FAM
Kwartieri 
Ġenerali, 
Forzi Armati 
ta’ Malta
Uffiċjali Wieħed Wieħed Wieħed Wieħed
Warrant 
Officers Wieħed Wieħed Wieħed
Uffiċjali Bla 
Kummissjoni Wieħed Wieħed Wieħed
Gunners Tnejn Wieħed Wieħed Wieħed
TOTALI Ħamsa Erbgħa Erbgħa Tnejn
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 47
rappreżentanti kelliema fl-Staff Association.
11. Kull Reġiment u l-Kwartieri Ġenerali għandhom jeleġġu
rappreżentanti kelliema fl-Staff Association kull sentejn fuq bażi ta’
voti ħielsa li jintefgħu minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li
jkunu jservu fl-erba’ gruppi ta’ ranks relevanti stipulati fil-
paragrafu 9 ta’ dan l-Istatut. Kull wieħed mir-rappreżentanti
kelliema fl-erba’ gruppi ta’ ranks jiġi elett bil-voti mitfugħin minn
dawk ta’ l-istess grad fl-erba’ ranks.
12. L-Uffiċjal Kmandant ta’ kull Reġiment u l-Kmandant tal-
Kamp fil-Kwartieri Ġenerali għandhom kull wiehed minnhom
jitqiesu bħala l-Uffiċjal Inkarigat u l-Uffiċjal Elettorali għall-
finijiet tat-tmexxija tal-votazzjoni fir-Reġiment jew fil-Kwartieri
Ġenerali tagħhom. Il-Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta jkun
responsabbli għall-ħruġ tar-writ ta’ l-elezzjonijiet u sabiex
jistabbilixxi l-post jew postijiet fejn ikunu se jsiru l-elezzjonijiet.
13. L-Uffiċjal Kmandant ta’ kull Reġiment u l-Kmandant tal-
Kamp fil-Kwartieri Ġenerali għandhom jistiednu lil kandidati biex
joħorġu għall-elezzjoni minn kull wieħed mill-erba’ gruppi
differenti ta’ ranks stipulati fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Istatut. Dawn
għandhom jippubblikaw listi ta’ kandidati sabiex isiru
rappreżentanti kelliema erbatax-il jum qabel il-jum tal-votazzjoni.
Il-lista għandha tiġi pubblikata f’ordni alfabetiku stabbilit skond il-
gruppi ta’ ranks li hemm fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Istatut.
14. Ir-ranks kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta jkollhom il-jedd
għal vot wieħed, li jista’ jintefa’ minnhom għall-kandidat ta’ l-
għażla tagħhom fir-rank adatt tagħhom. Il-votazzjoni għandha ssir
permezz ta’ skrutinju sigriet.
15. Rappreżentant kelliem jiġi elett meta jkollu jew ikollha l-
appoġġ ta’ iktar minn ħamsin fil-mija ta’ dawk eliġibbli li jivvotaw.
Jekk il-maġġoranza meħtieġa ma tinkisibx fl-ewwel skrutinju,
għaldaqstant dawk iż-żewġ kandidati li jkunu rċevew l-aktar għadd
ta’ voti fl-ewwel skrutinju jkunu jistgħu jerġgħu joħorġu bħala
kandidati għat-tieni skrutinju. Dak il-kandidat li jirċievi l-iktar
għadd ta’ voti fit-tieni skrutinju għandu jitqies bħala li jkun ġie
elett. Jekk il-voti jkunu ndaqs, għandu jsir skrutinju ieħor.
16. Ir-rappreżentanti kelliema għandhom jibqgħu f’dik il-
kariga għal żmien wieħed ta’ sentejn u jistgħu jerġgħu jippreżentaw
ruħhom għall-elezzjoni biex joqogħdu fl-Staff Association għal
żmien wieħed ieħor ta’ sentejn. Ir-rappreżentanti kelliema jkunu
obbligati li ma jibqgħux fil-kariga fi tmiem it-tieni żmien.
17. Ir-rappreżentanti kelliema ma jkunux eliġibbli li jkollhom
kariga fl-Staff Association jekk, b’riżultat ta’ xi promozzjoni, huma
jtemmu milli jirrappreżentaw ir-rank kif hemm fil-paragrafu 9 li
huma jkunu ġew eletti sabiex jirrappreżentaw fl-Staff Association,
jew jekk huma jtemmu milli jibqa’ jkollhom kariga fir-Reġiment li
huma jkunu ġew eletti sabiex jirrappreżentaw, jew jekk huma
jitilqu mis-Servizz jew jekk ikunu xort’oħra inkapaċi li jaqdu d-
dmirjiet ta’ rappreżentanti kelliema li huma jkunu ġew eletti biex
jaqdu.
18. Jekk rappreżentant kelliem ikun obbligat itemm milli
jibqa’ fil-kariga qabel ma jtemm iż-żmien ta’ kariga ta’ sentejn, ir-
48 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
rappreżentant kelliemi mill-istess Reġiment jew mill-Kwartieri
Ġenerali li jkun imissu bħala eliġibbli fl-aħħar skrutinju għall-
elezzjoni mill-istess grupp ta’ ranks fil-paragrafu 9 bħal l-ewwel
rappreżentant kelliem, għandu jiġi nominat biex jidħol minfloku
jew minflokha fi żmien tliet xhur mit-temm tal-kariga. Jekk ebda
rappreżentant kelliem ma’ jkun eliġibbli sabiex jiġi nominat,
rappreżentant kelliem mill-istess grupp ta’ ranks fil-paragrafu 9
bħalu nnifsu jew bħalha nnifisha għandu jiġi elett sabiex jidħol
minfloku jew minflokha fi żmien tliet xhur mit-temm tal-kariga fuq
bażi tal-proċeduri ta’ elezzjoni stipulati f’dan l-Istatut.
19. Ir-rappreżentanti kelliema li jiġu eletti fl-Staff Association
għandhom jibqgħu iżommu dik il-kariga sakemm issir l-elezzjoni
ta’ Chairman u Segretarju ta’ Staff Assocation ġdida stipulata f’dan
l-Istatut hawn iktar ’il quddiem.
Ħatra ta’ Chairman u Segretarju
20. L-Staff Association għandha taħtar Chairman u Segretarju
minn fost dawk li jkunu ġew eletti biex ikollhom kariga fl-Staff
Association. Iċ-Chairman għandu jiġi elett minn fost ir-
rappreżentanti kelliema li jkunu Uffiċjali u s-Segretarju minn fost
ir-rappreżentanti kelliema li jkunu Warrant Officers, jew Uffiċjali
Bla Kummissjoni, jew Gunners.
21. Iċ-Chairman u s-Segretarju għandhom jiġu eletti fil-karigi
tagħhom permezz ta’ vot ħieles fi skrutinju sigriet fost ir-
rappreżentanti kelliema kollha li jkunu ġew eletti fl-Staff
Association. Iċ-Chairman u s-Segretarju jiġu eletti meta jkollu jew
ikollha l-appoġġ ta’ iktar minn ħamsin fil-mija tar-rappreżentanti
kelliema f’votazzjoni li ssir bl-istess mod bħalma hemm fil-
paragrafu 15.
Metodu ta’ Tħaddim
22. L-ewwel laqgħa tal-Staff  Association għandha titlaqqa’
mill-Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta fi żmien xahar mill-
elezzjoni tar-rappreżentanti kelliema fl-Staff Association bil-għan li
jiġi elett iċ-Chairman u s-Segretarju kif stipulat f’dan l-Istatut.
23. Wara l-elezzjoni tal-Staff  Association, ir-rappreżentanti
kelliema minn kull Reġiment u mill-Kwartieri Ġenerali għandu
jkollhom laqgħat separati u regolari ta’ kull xahar f’kull wieħed
mir-Reġimenti u Kwartieri Ġenerali li jkunu jirrappreżentaw sabiex
iqajmu punti ta’ diskussjoni li ssir wara fl-Staff Association.
24. L-Staff Association għandha tiltaqa’ fi żmien xahrejn mid-
data tal-laqgħa li fiha jiġu eletti ċ-Chairman u s-Segretarju, u ta’
kull xahrejn wara dik id-data.
25. Il-quorum tal-Staff Association ikun magħmul minn nofs l-
għadd ta’ rappreżentanti kelliema, b’żieda ta’ wieħed. Jekk, wara li
jkun ingħata żmien ta’ nofs siegħa għal quorum, ma jkunx hemm
quorum, iċ-Chairman għandu jsejjaħ laqgħa ġdida fi żmien sebat
ijiem.
26. L-Staff Association għandha tiddiskuti suġġetti miġjuba
mir-rappreżentanti kelliema tar-Reġimenti u tal-Kwartieri Ġenerali,
u jkomplu jittrattaw dwarhom hekk kif huma jistgħu jiddeċiedu. Iċ-
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.03 49
Chairman għandu jirregola ruħu skond il-fehma tal-maġġoranza
meta jiġi biex jiddeċiedi xi tkun il-linja direttiva li għandha tiġi
adottata.
27. L-aġenda ta’ diskussjoni ta’ suġġetti li jinġiebu minn
rappreżentanti kelliema minn kull wieħed mir-Reġimenti u mill-
Kwartieri Ġenerali għandha tiġi pubblikata miċ-Chairman u
mwassla lir-rappreżentanti kelliema l-oħra kollha fl-Staff
Association mill-anqas ħamest ijiem qabel il-laqgħa ta’ kull
xahrejn.
28. Is-Segretarju għandu jżomm il-minuti tal-laqgħat. Dawn
għandhom jiġu ffirmati miċ-Chairman.
29. Għandhom jiġu permessi li jsiru matul is-siegħat tax-
xogħol normali l-laqgħat ta’ kull xahrejn tal-Staff Association u l-
laqgħat ta’ kull xahar tar-rappreżentanti kelliema ta’ kull Reġiment
u tal-Kwartieri Ġenerali.
Accessibilità  għal għand il-Kmandant tal-Forzi Armati ta’ 
Malta
30. Iċ-Chairman tal-Staff Association u rappreżentant kelliem
wieħed magħżul minn kull wieħed mill-erba’ gruppi ta’ ranks fl-
Staff Association għandu jkollhom aċċessibilità  diretta regolari
għal għand il-Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Aċċessibilità  għal għand il-Ministru
31. Iċ-Chairman ta’ l-Staff Association u rappreżentant kelliem
wieħed magħżul minn kull wieħed mill-erba’ gruppi tar-ranks fl-
Staff Association għandu jkollhom aċċessibilità  diretta regolari
għal għand il-Ministru ta’ kull sitt xhur f’dawk id-dati li jkun
hemm qbil reċiproku dwarhom bejn iċ-Chairman u l-Uffiċċju tal-
Ministru.
Rapport regolari lir-ranks kollha
32. Iċ-Chairman ta’ l-Staff Association għandu jniedi
arranġamenti sabiex ir-ranks kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta
jinżammu regolarment informati bl-iżviluppi li jkunu qed isseħħu
fl-Staff Association.
33. L-avviżi ta’ l-Staff Association jistgħu jintwerew fuq
notice boards uffiċjali ġewwa kwartieri ta’ akkomodazzjoni tal-
Forzi Armati ta’ Malta.
Miżati
34. M’għandha titħallas ebda miżata għal sħubija fi, jew
f’isem, Staff Association.
Uffiċċju u Emblema
35. L-Staff Association għandha tiltaqa’ f’uffiċċju, sala tal-
konferenzi jew lecture hall adatti f’xi lok li jappartjeni lill-Forzi
Armati ta’ Malta, skond kif jista’ jiddeċiedi ċ-Chairman.
36. L-Staff Association jista’ jkollha emblema li tkun tista’
tinkorpora fiha l-Arma tal-Forzi Armati ta’ Malta, skond kif jista’
jiddeċiedi ċ-Chairman bl-approvazzjoni tal-maġġoranza ta’
rappreżentanti kelliema.
50 L.S.220.03 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ 
TAL-FORZA REGOLARI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
Sħubija Barranija jew Kuntatti
37. L-Staff Association tista’ żżomm dawk il-kuntatti ma’ staff
associations militari oħrajn barranin li jkunu internazzjo-nalment
rikonoxxuti, skond kif jista’ jiddeċiedi ċ-Chairman.
