ĠURISDIZZJONI SOMMARJA 
FIL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 220.05
REGOLAMENTI DWAR ĠURISDIZZJONI 
SOMMARJA FIL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
16 ta’ Ottubru, 1970
L-AVVIŻ LEGALI 98 ta’ l-1970, kif emendat bl-Avviżi Legali 104 ta’ l-
1970, 38 ta’ l-1973 u 40 ta’ l-1975.
Titolu.
Emendat:
A.L. 38 ta’ l-1973.
1. It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar
Ġurisdizzjoni Sommarja fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Tifsir.
"stakkament" tfisser parti ta’ unità  li hi hekk separata mill-unità
li minnha tagħmel parti li l-uffiċjal kmandant ta’ dik l-unità  ma
jkunx jista’ effettivament jeżerċita s-setgħat dixxiplinari tiegħu
bħal l-uffiċjal kmandant tagħha;
"kmandant subordinat", ħlief kif espressament provdut xort’oħra,
tfisser l-uffiċjal li jkun qed jikkmanda skwadra, batterija,
kumpannija jew sotto-unità  oħra ekwivalenti, jew kull uffiċjal
nominat biex ikun kmandant subordinat mill-Kmandant;
"unità ", ħlief kif espressament provdut xort’oħra, tfisser jew xi
taqsima indipendenti ta’ corps li ma tkunx ogħla fl-organizzaz-
zjoni tal-corps minn battaljun jew l-ekwivalenti tiegħu jew xi korp
ekwivalenti ta’ truppi;
Kap. 220.
frażijiet oħra għandhom l-istess tifsir kif mogħti lilhom fl-Att.
Nomina ta’ 
uffiċjali kmandanti 
u kmandanti 
subordinati.
3. Kull nomina ta’ uffiċjal biex ikun uffiċjal kmandant jew
kmandant subordinat -
(a) tista’ ssir suġġetta għal restrizzjonijiet, riżervi,
eċċezzjonijiet jew kondizzjonijiet;
(b) tista’ ssemmi uffiċjal nominat b’ismu, b’riferenza għal
xi nomina jew kariga miżmuma minnu, jew b’riferenza
għal klassi ta’ uffiċjali li tagħha l-uffiċjal nominat
huwa membru, u għandha, kemm-il-darba ma jkunx
speċifikat xort’oħra, testendi għal kull uffiċjal li f’dak
iż-żmien ikun qed jagħmel id-dmirijiet ta’ l-uffiċjal
hekk imsemmi, jew li jkollu, jew ikun qed jaġixxi
minflok id-detentur ta’, dik in-nomina jew kariga, jew
li jkun qed jaġixxi minflok membru ta’ dik il-klassi;
(ċ) tista’ ssir dwar persuna partikolari jew dwar klassi jew
grupp ta’ persuni, jew għal każ partikolari jew għal
klassi ta’ każijiet;
(d) tista’ tinbidel jew tiġi revokata, jew għal kollox jew
f’parti, mill-awtorità  li tkun ħarġitha, mis-suċċessuri
tagħha jew minn awtorità  superjuri fil-kmand.
Tifsira ġenerali ta’ 
uffiċjal kmandant.
4. Ħlief kif provdut espressament xort’oħra f’dawn ir-
regolamenti, l-uffiċjal kmandant ta’ persuna suġġetta għal-liġi
militari li tkun akkużata b’reat ikun jew -
2 L.S.220.05 ħ
ĠURISDIZZJONI SOMMARJA 
FIL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
(a) l-uffiċjal li jkun ġie nominat minn awtorità  ogħla bħala
uffiċjal kmandant waqt li jkun jista’ effettivament
jeżerċita s-setgħat tiegħu bħala tali, jew
(b) meta ma tkun saret ebda nomina kif intqal qabel l-
uffiċjal li jkun, f’dak iż-żmien, fil-kmand immedjat ta’
l-unità  li minnha l-akkużat ikun jagħmel parti jew li
jkun miegħu jew kull stakkament li magħha l-akkużat
ikun qiegħed f’dak iż-żmien iservi u li jkun
direttament responsabbli fi ħwejjeġ dixxiplinari għal
uffiċjal li jkollu s-setgħa li jsejjaħ qorti marzjali
distrettwali biex tipproċessa suldat li jkun parti minn
jew ikun ma’ dik l-unità  jew li jkun qed iservi ma’ dak
l-istakkament, skond il-każ.
Uffiċjal kmandant 
ta’ unità  jew 
stakkament 
mqiegħed taħt il-
kmand ta’ uffiċjal 
kmandant ieħor.
5. Meta unità  jew stakkament jitqegħdu għall-finijiet ta’
dixxiplina taħt il-kmand ta’ uffiċjal kmandant ta’ unità  oħra jew
stakkament ieħor, dak l-uffiċjal ikun l-uffiċjal kmandant ta’
membru ta’ l-unità  jew stakkament hekk imqegħda taht il-kmand
tiegħu li jkun akkużat b’reat, u l-uffiċjal kmandant ta’ din l-aħħar
unità  jew stakkament ikun kmandant subordinat għall-finijiet ta’
dawn ir-regolamenti.
Delega ta’ setgħat 
minn uffiċjal 
kmandant.
6. (1) Bla ħsara tar-regolament 14, uffiċjal li jkun uffiċjal
kmandant skond is-sens tar-regolamenti 4 u 5 jista’ jiddelega lill-
kmandant subordinat, ikun liema jkun ir-rank tiegħu, li jkun taħt il-
kmand tiegħu u li jkun direttament responsabbli għalih fi ħwejjeġ
ta’ dixxiplina, is-setgħa li jinvestiga u li jittratta sommarjament
akkużi li hu nnifsu għandu s-setgħa li jittratta skond ir-regolament
9:
Iżda dik id-delega ma għandhix tinkludi -
(a) is-setgħa li tressaq akkużat għal proċess minn qorti
marzjali; u
(b) is-setgħa li jordna li jittieħed sommarju tal-provi jew li
jsir estratt tal-provi.
(2) Meta uffiċjal kmandant jiddelega s-setgħa biex akkużi jiġu
investigati u trattati sommarjament skond is-subregolament (1) hu
jista’, b’żieda mar-restrizzjonijiet imposti bir-regolament 14,
jimponi restrizzjonijiet oħra kif jidhirlu xieraq fuq l-eżerċizzju ta’
dik is-setgħa mill-uffiċjal li lilu tiġi delegata.
(3) Meta kmandant subordinat ikun qed jittratta akkuża kontra
uffiċjal bla kummissjoni jew suldat u l-akkużat jagħżel li jiġi
proċessat minn qorti marzjali skond l-artikolu 84(6) ta’ l-Att, il-
kmandant subordinat ma għandux ikompli jittratta l-akkuża hu
stess, iżda għandu jordna li l-akkużat jinġieb quddiem l-uffiċjal
kmandant li tah is-setgħa li jinvestiga l-akkuża.
Stat ta’ uffiċjal li 
lilu l-uffiċjal 
kmandant ikun 
iddelega s-setgħat.
7. Uffiċjal li ġie delegat mill-uffiċjal kmandant tiegħu skond
ir-regolament 6(1) bis-setgħa li jinvestiga u jittratta sommarjament
akkużi huwa, fil-waqt li jkun qed jeżerċita dik is-setgħa dwar xi
persuna, l-uffiċjal kmandant ta’ dik il-persuna għall-finijiet ta’ l-
Att.
Uffiċjal kmandant 
ta’ persuna ċivili.
8. L-uffiċjal kmandant ta’ persuna ċivili akkużata b’reat u li
ĠURISDIZZJONI SOMMARJA 
FIL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.05 3
għaliha japplikaw it-Taqsimiet III u IV ta’ l-Att bis-saħħa ta’ l-
artikolu 179 tiegħu huwa dak l-uffiċjal, mhux taħt ir-rank ta’ tenent
kurunell, kif jista’ jiġi nominat għal hekk mill-uffiċjal, mhux taħt
ir-rank ta’ kurunell, li jkollu l-kmand tal-korp ta’ truppi li miegħu
l-persuna ċivili tkun f’dak iż-żmien jew tal-kmand jew area,
garrison jew post ieħor li fih, il-persuna ċivili tkun f’dak iż-żmien.
Akkużi li uffiċjal 
kmandant jista’ 
jittratta 
sommarjament.
Emendat:
A.L. 104 ta’ l-
1970.
9. Uffiċjal kmandant jista’ jittratta sommarjament akkuża taħt
kull wieħed mill-artikoli li ġejjin ta’ l-Att: 38(3); 42; 43(ċ); 46;
47(2); 48; 49; 51; 52; 53; 54; 55(1)(a); 56; 57(1)(ċ),(d),(e),(f);
58(ċ); 59; 60; 61(2); 62; 63; 66; 67(a),(b); 70(b); 73 (meta l-akkuża
prinċipali tkun tista’ tiġi trattata sommarjament bis-saħħa ta’ dan
ir-regolament); 74 u 75 (meta r-reat ċivili jkun wieħed milli hemm
speċifikati fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti).
Restrizzjonijiet ta’ 
setgħat ta’ uffiċjali 
kmandanti dwar 
pieni.
10. (1) Bla ħsara tas-subregolament (2) uffiċjal kmandant ma
jistax jagħti -
(a) il-piena ta’ detenzjoni meta l-akkuża tkun magħmula
skond l-artikolu 75 ta’ l-Att u r-reat ċivili huwa wieħed
imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ l-Iskeda;
(b) piena ta’ stoppages li jkunu iżjed minn ħamsa u
għoxrin lira mingħajr il-permess ta’ awtorità  ogħla.
(2) Ir-restrizzioni mposta bis-subregolament (1)(a) ma
għandhiex tapplika jekk l-akkużat ikun qabel instab ħati ta’ reat
bħal dak jew qabel kien instab ħati tar-reat ċivili korrispondenti.
Limitazzjoni ta’ 
piena wara tnaqqis 
fir-rank.
11. (1) Wara li warrant  officer temporanju jew uffiċjal bla
kummissioni temporanju jkun ġie ordnat mill-uffiċjal kmandant
tiegħu biex jerġa’ lura għar-rank permanenti tiegħu jew biex jieħu
rank temporanju jew skond l-artikolu 84(5) ta’ l-Att jew skond
regolamenti magħmula skond l-artikolu 4 ta’ l-Att, l-uffiċjal
kmandant tiegħu ma ghandux mingħajr il-permess ta’ awtorità
ogħla jagħtih xi piena dwar reat li hu ikun għamel qabel ma ġie
ordnat li hekk jerġa’ lura jew, skond il-każ, li jieħu rank
temporanju iktar baxx.
(2) Wara li lance-kapural jew lance-bumbardier ikun ġie
ordnat mill-uffiċjal kmandant tiegħu li jitniżżel għar-ranks jew
skond l-artikolu 84(4) jew (5) ta’ l-Att, jew skond regolamenti
magħmula taht l-artikolu 4 ta’ l-Att, l-uffiċial kmandant tiegħu ma
għandux mingħajr il-permess ta’ awtorità  ogħla jagħtih xi piena
dwar reat li hu jkun għamel qabel ma ġie ordnat li hekk jitniżżel.
Limitazzjoni ta’ 
setgħat ta’ uffiċjali 
kmandanti taħt 
field rank.
12. (1) Bla ħsara tas-subregolament (2), uffiċjal kmandant li
jkun taħt field rank ma għandux jagħti detenzjoni għal perijodu ta’
iżjed minn sebat ijiem.
(2) Uffiċjal kmandant li hu kaptan jista’ jagħti detenzjoni -
(a) għal perijodi sa iżda li ma jkunux iżjed minn tmienja u
għoxrin ġurnata jekk ikun awtorizzat li jagħmel hekk
jew mill-Kmandant;
(b) għal perijodu sa iżda li ma jkunux iżjed minn erbatax-
il ġurnata jekk ikun awtorizzat li jagħmel hekk minn
uffiċjal fil-kmand mhux taħt ir-rank ta’ kurunell li taħt
il-kmand tiegħu hu jkun.
4 L.S.220.05 ħ
ĠURISDIZZJONI SOMMARJA 
FIL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
Limitazzjoni ta’ 
setgħat ta’ 
kmandanti taħt 
field rank.
13. (1) Meta l-uffiċjal kmandant ta’ stakkament ikun taħt il-
field rank, hu jista’ jiġi ristrett milli jeżerċita s-setgħat kollha jew
uħud mis-setgħat bħala uffiċjal kmandant jew mill-uffiċjal
kmandant ta’ l-unità  li minnha l-istakkament ikun jagħmel parti,
jekk dik l-unità  tkun fl-istess kmand, jew minn awtorità  ogħla, jekk
ikun jidher meħtieġ li jsir hekk, meta jiġu kunsidrati r-rank u l-
esperjenza ta’ l-uffiċjal fil-kmand ta’ l-istakkament.
(2) Meta uffiċjal li għandu l-kmand ta’ stakkament jkollu s-
setgħat tiegħu ristretti skond is-subregolament (1), hu jista’,
nonostanti dik ir-restrizzjoni, jeżerċita s-setgħat tiegħu kollha bħala
uffiċjal kmandant jekk ikun meħtieġ li hu jagħmel hekk biex
tinżamm id-dixxiplina, iżda jekk hu hekk jeżerċita s-setgħat tiegħu
kollha hu għandu minnufih jirrapporta l-azzjoni tiegħu lill-uffiċjal
jew lill-awtorità  superjuri li għamlulu r-restrizzjonijiet għal dawk
is-setgħat.
Setgħa ta’ 
kmandanti 
subordinati.
Emendat:
A.L. 40 ta’ l-1975.
14. (1) Kmandant subordinat li lilu ngħatat is-setgħa li
jinvestiga u jittratta sommarjament akkużi skond ir-regolament
6(1) ma għandux jagħti piena kontra uffiċjal bla kummissjoni fuq
ir-rank ta’ kapural.
(2) Bla ħsara tas-subregolament (1) u ta’ kull restrizzjoni li
tista’ tiġi mposta mill-uffiċjal kmandant skond ir-regolament 6(1),
kmandant subordinat jista’ jagħti piena waħda jew iżjed minn dawn
li ġejjin:
(a) piena ta’ mhux iżjed b’kollox minn sebat ijiem paga;
(b) fil-każ ta’ uffiċjal bla kummissjoni, ċanfira;
(ċ) meta r-reat ikun ikkawża xi spiża, telf jew ħsara,
stoppages ta’ mhux iżjed minn ħames liri;
(d) kull piena oħra iżgħar li f’dak iż-żmien tkun
awtorizzata bl-Att jew bis-saħħa tiegħu.
Awtoritajiet 
superjuri xierqa.
15. B’żieda mal-persuni li jistgħu jaġixxu ta’ awtorità
superjuri xierqa skond l-artikolu 88(2) ta’ l-Att uffiċjal, li għandu
s-setgħa li jlaqqa’ qorti marzjali ġenerali, jista’ jaġixxi ta’ awtorità
superjuri xierqa dwar persuna suġġetta għal-liġi militari akkużata
b’reat.
Akkużi li awtorità 
superjuri xierqa 
tista’ tittratta 
sommarjament.
Emendat:
A.L. 104 ta’ l-
1970.
16. Awtorità  superjuri xierqa tista’ tittratta sommarjament
akkuża kontra uffiċial jew warrant officer skond kull wieħed mill-
artikoli li ġejjin ta’ l-Att: 38(3); 42; 43(ċ); 46; 47(2); 48; 49; 51;
52; 53; 54; 55(1)(a); 56; 57(1)(ċ),(d),(e),(f); 58(ċ); 59; 60; 61(2);
62; 63; 66; 67(a),(b); 72; 73 (meta r-reat prinċipali jista’ jiġi trattat
sommarjament bis-saħħa ta’ dan ir-regolament); 74 u 75 (meta r-
reat ċivili jkun wieħed minn dawk speċifikati fl-Iskeda li tinsab
ma’ dawn ir-Regolamenti).
Awtoritajiet 
superjuri xierqa fil-
każ ta’ persuni 
ċivili.
Emendat:
A.L. 104 ta’ l-
1970.
17. (1) Bla ħsara tas-subregolamenti (2) u (3), kull uffiċjal li
jkun awtorizzat bl-artikolu 88(2) ta’ l-Att jew bir-regolament 15
biex jagħmilha ta’ awtorità  superjuri xierqa dwar uffiċjal jew
warrant officer jista’ jagħmilha ta’ awtorità  superjuri xierqa dwar
persuna ċivili li tkun akkużata b’reat u li tkun suġġetta għat-
Taqsimiet III u IV ta’ l-Att jew skond l-artikolu 179(1) jew (2) ta’
l-Att.
ĠURISDIZZJONI SOMMARJA 
FIL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.05 5
(2) Fil-każ ta’ persuna ċivili li tkun suġġetta għat-Taqsimiet III
u IV ta’ l-Att skond l-artikolu 179(1) tiegħu awtorità  superjuri
xierqa tista’ tittratta sommarjament akkuża skond kull wieħed mill-
artikoli ta’ l-Att li ġejjin: 38(3); 42; 43(ċ); 46; 47; 48; 49; 51; 52;
53; 54; 55(1)(a); 56; 57(1)(ċ),(d),(e),(f); 58(ċ); 59; 60; 61(2); 62;
63; 67(a),(b); 73 (meta r-reat prinċipali jista’ jiġi trattat
sommarjament bis-saħħa ta’ dan is-subregolament); 74 u 75 (meta
r-reat ċivili jkun wieħed minn dawk speċifikati fl-Iskeda li tinsab
ma’ dawn ir-Regolamenti).
(3) Fil-każ ta’ persuna ċivili li tkun suġġetta għat-Taqsimiet III
u IV ta’ l-Att skond l-artikolu 179(2) tiegħu, awtorità  superjuri
xierqa tista’ tittratta sommarjament akkuża skond kull wieħed minn
dawn l-artikoli li ġejjin ta’ l-Att: 42(3); 48; 49; 62; 63; 73 (meta r-
reat prinċipali jista’ jiġi trattat sommarjament bis-saħħa ta’ dan is-
subregolament); u 75 (meta r-reat ċivili jkun wieħed minn dawk
speċifikati fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti).
SKEDA
(Regolamenti 9, 10, 16 u 17)
Tabella ta’ reati ċivili li jistgħu jiġu trattati sommarjament minn 
uffiċjali kmandanti u minn awtoritajiet superjuri xierqa
1. Kontravvenzjoni kontra l-persuna.
2. Sewqan bi traskuraġni jew imprudenti jew b’mod perikoluż
ta’ kull xorta ta’ vettura.
3. Li tieħu kull xorta ta’ vettura mingħajr il-permess tas-sid
jew ta’ awtorità  oħra leġittima jew, meta tkun taf li vettura tkun ġiet
hekk meħuda, issuqha jew tħalli li tinġarr fuqha jew fiha, jew li
tipprova tikkommetti xi wieħed minn dawn ir-reati.
4. Danneġġament volontarju ta’ proprjetà  meta l-ħsara ma
tkunx iżjed minn ħamsa u għoxrin lira.
