GĦOTI TA’ SETGĦAT LILL-FORZI ARMATI TA’ MALTA ġ L.S.220.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 220.06
ORDNI DWAR L-GĦOTI TA’ SETGĦAT
LILL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
8 ta’ Awissu, 1980
L-AVVIŻ LEGALI 66 ta’ l-1980, kif emendat bl-Avviżi Legali 53 ta’ l-
1981, 44 ta’ l-1983 u 15 ta’ l-1984.
Titolu.
lill-Forzi Armati ta’ Malta.
Għoti ta’ setgħat 
lill-membri tal-
Forzi Armatl ta’ 
Malta.
2. Fil-qadi ta’ dmirijiet ta’ patrol, gwardja jew sigurtà  jew ta’
dmirijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ reati kriminali, mogħtija lilu
mill-Kmandant tal-Forzi Armatl ta’ Malta, sew jekk dawk id-
dmirijiet isiru fuq l-art, fuq il-baħar jew fl-ajru, membru tal-Forzi
Armati ta’ Malta jkollu s-setgħa li jeżerċita dawk il-funzjonijiet,
setgħat u dmirijiet kollha li bil-liġi huma vestiti f’uffiċjal tad-
Dwana jew f’membru tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta:
Iżda dawk il-funzjonijet, setgħat u dmirijiet li bil-liġi huma
riżervati għal uffiċjali li jkollhom il-grad mhux taħt dak ta’ Spettur
tal-Pulizija jkunu eżerċitabbli biss minn membru li jkollu
kummissjoni fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Raġel imqabbad 
biex jaqdi dmirijiet 
mal-Korp tal-
Pulizija ta’ Malta.
Miżjud:
A.L. 53 ta’ l-1981.
Emendat:
A.L. 44 ta’ l-1983;
A.L. 15 ta’ l-1984.
3. Matul dak iż-żmien li raġel tal-Forzi Armati ta’ Malta li
jkun ingaġġat għal tanx jew erbatax jew tmintax-il xahar ikun
imqabbad biex jaqdi dmirijiet mal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, dak
ir-raġel ikollu s-setgħa li jeżerċita dawk il-funzjonijiet, setgħat u
dmirijiet kollha li bil-liġi huma vestiti f’membru tal-Korp tal-
Pulizija ta’ Malta, u jkun suġġett għall-awtorità  u għad-dixxiplina
li għalihom huwa suġġett membru tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
