NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-FORZI 
TA’ EMERĠENZA TA’ RIŻERVA TA’ VOLUNTIERI ġ L.S.220.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 220.07
REGOLAMENTI DWAR IN-NOMINI U L-
KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-FORZI TA’ 
EMERĠENZA TA’ RIŻERVA TA’ VOLUNTIERI
10 ta’ Marzu, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 80 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 71 ta’ l-
2002 u 20 ta’ l-2004.
Titolu.
Nomini u l-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Forzi ta’ Emerġenza ta’
Riżerva ta’ Voluntieri.
Tifsir.
kliem ma teħtieġx xort’oħra -
Kap. 220.
L.S. 220.02
"Kmandant" tfisser il Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta
nominat bis-saħħa ta’ l-Ordni dwar l-Isem, il-Kmand u l-
Istabbiliment tal-Forzi Armati ta’ Malta, u fl-assenza jew
inkapaċità  tiegħu tinkludi d-Deputat Kmandant, jew kull uffiċjal
ieħor nominat biex jaġixxi bħala Kmandant, nominat bis-saħħa ta’
l-imsemmi Ordni;
"jistabbilixxi" dwar il-Ministru tfisser jistabbilixxi b’ordni jew
istruzzjoni (kemm jekk maħruġa minnu kemm jekk maħruġa bl-
awtorità  tiegħu) jew f’dak il-mod ieħor, hekk kif il-Ministru
jidhirlu xieraq;
"forza" tfisser il-Forza ta’ Emerġenza ta’ Riżerva ta’ Voluntieri
(EVRF);
"uffiċjal ta’ l-ingaġġ" għandha tiftiehem skond ir-regolament 6.
(2) Ħlief kif provdut fis-subregolament (1), f’dawn ir-
Regolamenti kliem u espressjonijiet għandu jkollhom l-istess tifsir
kif mogħti lilhom fl-Att.
TAQSIMA I
Uffiċjali
Nomini, Promozzjonijiet, u Irtiri
Għoti ta’ 
kummissjoni lil 
uffiċjali.
3. (1) L-uffiċjali għandhom jingħataw il-kummissjoni mill-
President li jaġixxi skond il-parir tal-Ministru.
(2) Għall-fini ta’ l-għoti tal-parir skond dan ir-regolament, il-
Ministru jista’ jaghmel jew iġiegħel li ssir xi waħda jew iżjed minn
dawn il-ħwejjeġ li ġejjin:
(a) iġiegħel li fil-Gazzetta tiġi pubblikata kull vakanza fil-
forza li jkun hemm il-ħsieb li timtela;
(b) isejjaħ applikazzjonijiet minn kandidati prospettivi
għal kummissjonijiet fil-forza bil-ħsieb li tiġi miksuba
kummissjoni fil-forza;
2 L.S.220.07 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-FORZI 
TA’ EMERĠENZA TA’ RIŻERVA TA’ VOLUNTIERI
(ċ) jistabbilixxi il-kwalifiki u kondizzjonijiet oħra għall-
għoti ta’ kummissjonijiet fil-forza;
(d) jistabbilixxi l-kwalifiki u l-kondizzjonijiet oħra għal
dħul dirett fil-forza bħala uffiċjali u/jew iċ-ċirkostanzi
li taħthom dak id-dħul dirett għandu jsir;
(e) jistabbilixxi r-rank u l-anzjanità  li fiha persuna
tingħata kummissjoni;
(f) jagħżel bejn uffiċjali tal-kombattiment u uffiċjali li
m’humiex tal-kombattiment, u jagħmel distinzjonijiet
oħra kif jidhirlu xieraq;
(g) jaghmel kull disposizzjoni jew arranġament ieħor
għall-għażla, nomina u għoti ta’ kummissjoni ta’
uffiċjali fil-forza kif jidhirlu xieraq.
Nomini, 
promozzjonijiet u 
l-irtir.
L.S. 220.03
4. In-nomini, il-promozzjonijiet u l-irtir ta’ uffiċjali għandu
jiġi awtorizzat mill-Ministru wara li jikkonsulta lill-Kmandant,
skond ma hemm fir-Regolamenti dwar in-Nomini u l-
Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’
Malta.
Paga u allowances
Paga u allowances. 5. L-iskali ta’ paga u ta’ allowances għall-uffiċjali u l-irġiel
għandhom ikunu dawk kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien
jistabbilixxi u jippubblika.
TAQSIMA II
Irġiel
Ingaġġ, Servizz, Promozzjoni, Impieg u Ħall mis-Servizz
Uffiċjali ta’ l-
ingaġġ.
6. Kull uffiċjal tal-Forza Regolari jew tal-forza awtorizzat
f’dak is-sens mill-Kmandant jista’ jingaġġa rekluti fil-forza u dak l-
uffiċjal għandu jkun l-uffiċjal ta’ l-ingaġġ għall-finijiet ta’ l-Att u
ta’ dawn ir-Regolamenti.
Proċedura għall-
konferma.
7. Il-proċedura għall-ingaġġ ta’ persuna fil-forza għandha
tkun din li ġejja:
(a) l-uffiċjal ta’ l-ingaġġ għandu qabel xejn jiżgura li l-
persuna li tkun ser tingaġġa ikollha l-karta ta’ l-avviż
skond ma hemm fit-Tieni Skeda, li fiha jkun hemm il-
kondizzjonijiet ġenerali tas-servizz li jkun bi ħsiebu
jingaġġa fih, u li dik il-persuna tifhem xi jkun fiha dik
il-karta u li tkun tixtieq tingaġġa;
(b) l-uffiċjal ta’ l-ingaġġ għandu jwissi lill-persuna li tkun
ser tingaġġa li jekk tagħti xi tweġiba falza għall-
mistoqsijiet li jkunu ser jinqrawlha hi tkun suġġetta
għal piena kif provdut bl-Att;
(ċ) hu għandu mbagħad jaqra, jew iġiegħel li jinqraw, lil
dik il-persuna l-mistoqsijiet murija fil-karta tal-
konferma skond ma hemm fit-Tielet Skeda, u
jissodisfa ruħu li dik il-persuna tifhem kull waħda
minn dawk il-mistoqsijiet u li t-tweġibiet tagħha
għalihom ikunu ġew reġistrati kif imiss fil-karta tal-
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-FORZI 
TA’ EMERĠENZA TA’ RIŻERVA TA’ VOLUNTIERI ġ L.S.220.07 3
konferma;
(d) hu għandu mbagħad jistaqsi lil dik il-persuna biex
tagħmel u tiffirma dikjarazzjoni murija fil-karta tal-
konferma dwar il-verità  tat-tweġibiet u għandu
jaghtiha l-ġurament ta’ fedeltà  muri fil-karta tal-
konferma;
(e) kif tiffirma d-dikjarazzjoni u tieħu l-ġurament l-
imsemmija persuna ssir raġel tal-forza;
(f) l-uffiċjal ta’ l-ingaġġ għandu b’firma jikkonferma, bil-
mod meħtieġ mill-karta tal-konferma, li l-ħtiġiet ta’ l-
Att dwar il-konferma tar-rekluta jkunu ġew imħarsa u
għandu jagħti l-karta tal-konferma bid-data xierqa lill-
UffiċjaI Inkarigat mir-Records;
(g) meta r-rekluta jiġi approvat finalment għas-servizz
mill-Uffiċjal Kmandant ta’ l-unità  responsabbli għal
taħriġ ta’ rekluti, l-uffiċjal li minnu jiġi approvat
għandu fuq talba tiegħu jagħtih kopja awtentika tal-
karta tal-konferma.
Għażla ta’ 
kanditati.
Emendat:
A.L. 71 ta’ l-2002.
8. Kandidati għandhom jintagħżlu permezz ta’ eżamijiet
għad-dħul u ta’ intervista, li jinżammu b’dak il-mod kif il-Ministru
jista’ jistabbilixxi u għandhom -
(a) ikunu ċittadini ta’ Malta;
(b) ikunu bejn l-età  ta’ tmintax-il sena u ħamsa u tletin
sena;
(ċ) ikunu kapaċi għal impieg full-time fil-forza;
(d) ikunu ċertifikati li jkollhom l-anqas livell mediku kif
il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
L-ewwel ingaġġ.
tlett snin.
Ingaġġ mill-ġdid.
Sostitwit:
A.L. 20 ta’ l-2004.
10. (1) Dik il-perċentwali ta’ persunal ingaġġati għal ingaġġ
inizjali skond ir-regolament 9 li l-Ministru jista’, skond il-
bżonnijiet tas-servizz, jistabbilixxi, tista’ tiġi mħollija sservi
ingaġġi oħra ta’ tliet snin.
Terminazzjoni tas-
servizz.
(2) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dawn ir-regolamenti,
membru li jkun qed jaqdi dmirijietu fil-forza, jkollu l-ingaġġ tiegħu
jew tagħha terminat ma’ l-età  ta’ wieħed u erbgħin sena.
Xiri ta’ ħall mis-
servizz.
11. Ħall mis-servizz tal-forza jista’ jinxtara mal-ħlas ta’ dik is-
somma kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
Promozzjoni.
msejsa fuq l-effiċjenza, l-anzjanità , il-kwalifiki u s-selezzjoni biex
timtela vakanza.
Ħall mis-servizz.
regolamenti, regoli jew ordnijiet magħmula bis-saħħa tiegħu, is-
servizz jista’ jintemm fil-każijiet u bil-mod hawnhekk iżjed ’il
quddiem provdut:
(a) rekluta li jkun ġie konfermat iżda ma jkunx ġie
finalment approvat jista’ ma jiġix aċċettat u jiġi
4 L.S.220.07 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-FORZI 
TA’ EMERĠENZA TA’ RIŻERVA TA’ VOLUNTIERI
maħlul mis-servizz mill-Uffiċjal Kmandant tiegħu
għal kull waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
(i) li mhux probabbli li hu jsir suldat effiċjenti; jew
(ii) li hu mhux adatt jew li mhux ta’ min jixtiequ;
jew
(iii) li hu x’aktarx iġib diżunur lis-servizz; jew
(iv) għal xi raġuni oħra fl-interess tas-servizz;
(b) raġel tal-forza li matul is-servizz tiegħu jkun instab
ħati minn qorti ċivili ta’ reat li hu kien għamel qabel
ingaġġa, jew ikun instab ħati ta’ reat kontra l-artikolu
18 jew 66 ta’ l-Att, jista’ jkollu s-servizz mal-forza
terminat mill-Kmandant;
(ċ) raġel tal-forza li t-tiżmim tiegħu fis-servizz huwa
nuqqas li mhux ta’ min jixtiequ minħabba -
(i) nuqqas ta’ effiċjenza; jew
(ii) ksur żgħir persistenti ta’ dixxiplina li ma jkunx
biżżejjed biex jistħoqqlu ħall mis-servizz għal
kondotta ħażina skond il-paragrafu (d); jew
(iii) dejn persistenti li jkun wassal għal nuqqas ta’
effiċjenza jew ta’ dixxiplina jew għal xi għemil
mir-raġel li ripetutament ikun ta lis-servizz isem
ħażin;
u li dwaru d-disposizzjonijiet tas-subregolament (2)
ikunu ġew osservati, jista’ jkollu s-servizz tiegħu
terminat mill-Kmandant;
(d) raġel tal-forza li matul is-servizz tieghu ġie
kundannat-
(i) minn qorti ċivili jew minn qorti marzjali għal
priġunerija; jew
(ii) minn qorti ċivili għal detenzjoni; jew
(iii) minn qorti marzjali għal perijodu ta’ detenzjoni
li mal-konferma tkun għal tnax-il xahar jew
iżjed,
għandu jiġi maħlul mis-servizz ħlief jekk fil-fehma tal-
Kmandant it-tiżmim tiegħu fis-servizz ikun meħtieġ fl-
interess tas-servizz;
(e) raġel tal-forza li jkun instab ħati minn qorti ċivili jew
minn qorti marzjali ta’ reat li jinvolvi -
(i) diżonestà  serja jew vjolenza; jew
(ii) imġieba diżonorevoli ta’ xorta kattiva, indeċenti
jew kontra n-natura; jew
(iii) kontravvenzjoni ta’ xi liġi kontra drogi
perikolużi,
iżda li jkun ingħata sentenza iżgħar minn waħda li
tiġġustifika ħall mis-servizz skond il-paragrafu (d),
jista’ jiġi maħlul mis-servizz mill-Kmandant jekk, fuq
rakkomandazzjoni ta’ l-Uffiċjal Kmandant dwar hekk,
hu jikkonsidra li l-ħall mis-servizz ikun fl-interessi
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-FORZI 
TA’ EMERĠENZA TA’ RIŻERVA TA’ VOLUNTIERI ġ L.S.220.07 5
tas-servizz.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu persuna li tkun
qegħda taħt probation jew tkun ġiet liberata għal
kollox jew taħt kondizzjoni minn qorti ċivili ma
għandhiex titqies li nstabet ħatja;
(f) raġel tal-forza jista’ jiġi maħlul mis-servizz mill-
Uffiċjal Kmandant jekk jinsab li medikament mhux fi
stat li jkompli fis-servizz u li x’aktarx jibqa’ hekk
permanentement u jkun hekk ċċertifikat b’mod li
jissodisfa lill-Uffiċjal Kmandant;
(g) il-Kmandant jista’ jħalli li raġel tal-forza jtemm is-
servizz mingħajr ħlas għal raġunijiet ta’ kompassjoni;
(h) raġel tal-forza jista’ jinħall mis-servizz mill-Kmandant
f’kull każ fejn il-Kmandant ikun sodisfatt li, fl-interess
tas-servizz, servizz ta’ raġel ma jkunx iżjed meħtieġ
jew għandu jintemm;
(i) raġel tal-forza għandu jinħall mis-servizz malli
jingħata kummissjoni fil-forza.
TAQSIMA III
Uffiċjali u Rġiel
Sejħa tar-Riżervi
Sejħa.
emerġenza oħra bħal dik għandha ssir skond ma hemm fl-artikolu
32 sa 35 ta’ l-Att.
Taħriġ
Taħriġ.
Att, il-voluntieri tal-forza għandhom jenħtieġu jagħmlu dan it-
taħriġ li ġej:
(a) kamp annwali li jdum tmint ijiem;
(b) erbghin perijodu ta’ taħriġ ta’ mhux anqas minn
siegħa, b’mhux iktar minn erba’ perijodi li jitwettqu
matul xi jum wieħed biss. Jekk voluntier ma jkunx
kapaċi jattendi għal xi ġurnata jew iktar mit-tmint
ijiem tal-kamp annwali, huwa jkollu jagħmel erba’
perijodi ta’ taħriġ għal kull jum ta’ kamp mitluf.
Dixxiplina
Dixxiplina.
Taqsimiet III, IV, V, VI, VII u VIII ta’ l-Att matul kull żmien jew
perijodu li individwi jkunu qegħdin iwettqu d-dmirijiet tagħhom ta’
taħriġ jew ikunu msejħin fuq servizz permanenti skond l-artikolu
32 ta’ l-Att.
Leave
Leave fis-sena.
sena, ħlief meta dawn jissejħu fuq servizz permanenti skond l-
artikolu 32 ta’ l-Att. Imbagħad japplika r-regolament applikabbli
għall-Forza Regolari.
6 L.S.220.07 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-FORZI 
TA’ EMERĠENZA TA’ RIŻERVA TA’ VOLUNTIERI
Leave ta’ 
kompassjoni.
18. (1) Leave ta’ kompassjoni jista’ jingħata f’kull wieħed
mill-każijiet li ġejjin:
(a) mewt, mewt imminenti jew mard perikoluż tal-mara,
ta’ tifel jew tifla, ta’ ġenituri jew ta’ membru tal-
familja ieħor reġistrat;
(b) għal raġunijiet urġenti ta’ xorta eċċezzjonali jew
personali, meta l-preżenza ta’ l-indivdwu in kwistjoni
tkun meħtieġa biex tnaqqas it-tbatija fil-familja.
(2) Ħlief f’urġenza kbira, iċ-ċirkostanzi ta’ kompassjoni
għandhom jiġu verifikati qabel ma jingħata l-leave. F’każijiet ta’
urġenza kbira leave jista’ jingħata minnufih u ċ-ċirkostanzi jiġu
investigati kemm jista’ jkun malajr wara.
(3) L-awtorità  għall-ghoti ta’ leave ta’ kompassjoni għandha
tkun ta’ l-UffiċjaI Kmandant.
Leave għal mard. 19. (1) Leave speċjali għal mard jista’ jiġi awtorizzat mill-
Uffiċjal Kmandant, kemm-il darba jiġi rakkomandat mill-uffiċjal
mediku, għal perijodi ta’ mhux iżjed minn tmint ijiem.
(2) Dak il-persunal li ma jkunx jista’ jmur għax-xogħol
minħabba f’xi mard għandu jikkuntattja l-istakkament tiegħu kemm
jista’ jkun malajr.
Leave qabel 
terminazzjoni ta’ 
servizz.
20. Il-membri tal-forza ma għandhomx jedd għal leave qabel
terminazzjoni ta’ servizz.
Reġistrazzjoni. 21. Il-leave kollu għandu jiġi reġistrat fuq ir-record tal-leave
ta’ l-individwu.
Faċilitajiet ta’ Tobba
Faċilitajiet ta’ 
tobba għal uffiċjali 
u rġiel.
22. (1) Matul il-perijodu jew il-perijodi meta jkunu qegħdin
iwettqu d-dmirijiet tagħhom ta’ taħriġ, l-uffiċjali u l-irġiel
ikollhom dritt għal kura medika bla ħlas minn uffiċjal mediku
nominat għal dak l-iskop, f’ċentru mediku mgħammar għal dak l-
iskop.
(2) L-uffiċjali u l-irġiel ikollhom dritt li jintbagħtu l-isptar
mingħajr huma ma jħallsu xejn.
(3) Uffiċjali jew irġiel li ma jkunux jistgħu jattendu għax-
xogħol minħabba mard jew korriment għandhom jiġu invistati mill-
uffiċjal mediku matul il-ħinijiet tax-xogħol.
Kura medika. 23. Meta l-membri tal-forza jissejħu fuq servizz permanenti
skond l-artikolu 32 ta’ l-Att, huma jkunu jistgħu jingħataw kull
kura medika l-istess bħalma tapplika għal membri tal-Forza
Regolari.
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-FORZI 
TA’ EMERĠENZA TA’ RIŻERVA TA’ VOLUNTIERI ġ L.S.220.07 7
L-EWWEL SKEDA
Regolament 3
Ġurament ta’ Fedeltà  li jittieħed minn Uffiċjal ma’ l-għoti tal-
Kummissjoni
Jiena ........................................ naħlef/niddikjara solennement li
nkun fidil u nġib tassew lealtà  lill-Poplu u r-Repubblika ta’ Malta u
l-Kostituzzjoni tagħha u li, kif hu d-dmir tiegħi, onestament u
fedelment niddefendi lir-Repubblika ta’ Malta kontra l-għedewwa
kollha, u li nosserva u nobdi l-ordnijiet kollha tal-President ta’
Malta u ta’ l-uffiċjali li jkolli fuqi.
................................. ...............................
(Data) 
L-imsemmi ........................................ ħa l-ġurament quddiemi fi
............................... fi ................. ta’ .................. tas-sena .............
..............................................
(Firma u awtorità  tal-persuna
li tagħti l-ġurament)
8 L.S.220.07 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-FORZI 
TA’ EMERĠENZA TA’ RIŻERVA TA’ VOLUNTIERI
IT-TIENI SKEDA
Karta ta’ l-Avviż
Avviż li jingħata skond l-artikolu 6(1) ta’ l-Att dwar il-Forzi 
Armati ta’ Malta lil persuna li toffri biex tingaġġa fil-Forza ta’ 
Emerġenza ta’ Riżerva ta’ Voluntieri
Din il-karta turi l-kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-ingaġġi differenti
u l-mistoqsijiet li inti tkun meħtieġ li twieġeb quddiem l-uffiċjal li
ser jikkonfermak fil-Forza ta’ Emerġenza ta’ Riżerva ta’
Voluntieri.
Kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-ingaġġi
1. Inti jkollok isservi għaż-żmien kollu li tingaġġa għalih. Inti
jkollok dritt li tixtri l-ħall mis-servizz matul l-ewwel xhur tas-
servizz tiegħek. L-awtoritajiet militari għandhom id-dritt li jħolluk
mis-servizz f’kull żmien jekk is-servizzi tiegħek ma jkunux iktar
meħtieġa.
Xorta ta’ ingaġġ
2. (a) Inti tiġi ingaġġat għall-ewwel ingaġġ ta’ tliet snin.
(b) Meta jgħaddu tliet snin inti tista’ titħalla tingaġġa mill-
ġdid għal tliet snin oħra suġġett għall-kwota ta’
ingaġġi mill-ġdid li jkun hemm dak iż-żmien.
3. Inti tista’ tingaġġa fil-Forza ta’ Emerġenza ta’ Riżerva ta’
Voluntieri jekk ikun hemm vakanza u inti kwalifikat kif imiss. Fil-
waqt li tkun fil-Forza li fiha tkun imqiegħed inti tista’ tiġi pustjat
minn unità  jew taqsima għal oħra.
4. Meta tiġi konfermat inti tkun suġġett għal-liġi militari, u
inti tkun meħtieġ li twettaq kull dmir li dawk li jkollhom awtorità
fuqek jistgħu jordnawlek.
5. Ma tista’ tingħatalek ebda garanzija li ser tiġi impjegat fuq
xi dmirijiet partikolari.
6. (a) Jekk dan huwa l-ewwel ingaġġ tiegħek fil-Forza ta’
Emerġenza ta’ Riżerva ta’ Voluntieri inti tkun intitolat
li titlob il-ħall tiegħek mis-servizz mal-ħlas ta’ somma
li ma tkunx iżjed minn mija u ħamsin lira, iżda dik it-
talba għandha ssir wara li jgħaddu xahrejn u qabel ma
jgħaddu tliet xhur mill-konferma.
(b) Jekk tagħmel xi talba għall-ħall mis-servizz matul il-
perijodu xieraq inti mbagħad tiġi maħlul mis-servizz
bil-ħeffa kollha konvenjenti kemm-il darba meta
tagħmel it-talba tiegħek, ma jkunx sar ordni li jordna
biex suldati jgħaddu għall-Forza ta’ Riżerva għal
servizz permanenti. F’dak il-każ il-ħall mis-servizz
tiegħek jiġi trasferit sakemm l-ordni jibqa’ jseħħ.
7. Inti tkun suġġett li titlef is-servizz jekk tinsab ħati ta’, jew
tistqarr, diżerzjoni mis-servizz. Dak is-servizz mitluf ma għandux
jgħodd għall-perijodu ta’ servizz li għalih inti tkun ingaġġajt u
konsegwentement id-data tal-ħall mis-servizz tiegħek, u jibdel id-
dati li fihom jintemmu l-perijodi meta inti jkollok dritt li tispiċċa s-
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-FORZI 
TA’ EMERĠENZA TA’ RIŻERVA TA’ VOLUNTIERI ġ L.S.220.07 9
servizz tiegħek, u d-dati li fihom avviż għandu jingħata.
8. Inti tista’ tiġi maħlul mis-servizz jekk tagħti tweġiba falza
fl-aħħar ta’ din il-Karta jew minħabba xi irregolarità  oħra li
għandha x’taqsam ma’ l-ingaġġ tiegħek.
9. Eżempji oħra li minħabba fihom inti tista’ tiġi maħlul mis-
servizz qabel ma jispiċċa l-ingaġġ tiegħek b’ordni ta’ l-awtorità
militari kompetenti huma mġieba ħażina, għax ma tkunx tajjeb għal
raġunijiet ta’ saħħa jew fl-interess tas-servizz pubbliku.
10. Meta suldat ikun altrimenti intitolat li jiġi maħlul mis-
servizz, hu jkun suġġett li jiġi proċessat minn qorti marzjali, jew
ikun qed jiskonta sentenza ta’ priġunerija jew detenzjoni, il-ħall
mis-servizz tiegħu għandu jiġi pospost. Dak li jingħad hawn fuq
dwar id-dritt għal ħall mis-servizz għandu jiftiehem li hu suġġett
għal dan.
11. Jekk, meta altrimenti inti kont tkun intitolat li tiġi maħlul
mis-servizz, inti tkun qed isservi mal-Forza -
(a) waqt li stat ta’ gwerra jkun jeżisti, jew
(b) waqt li suldati fir-riżerva jkunu msejħa għal servizz
permanenti,
inti tista’ tiġi miżmum mal-Forza għal perijodu ieħor ta’ mhux
aktar minn tnax-il xahar.
10 L.S.220.07 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-FORZI 
TA’ EMERĠENZA TA’ RIŻERVA TA’ VOLUNTIERI
IT-TIELET SKEDA
KARTA TAL-KONFERMA
Nru ta’ l-Army .................... Xorta ta’ Ingaġġ .............................
Forza ta’ Emerġenza ta’ Riżerva ta’ Voluntieri
Istruzzjonijiet ġenerali biex timtela l-Karta tal-Konferma
1. Ir-Rekluta għandu qabel jingħata kopja tal-Karta ta’ l-
Avviż.
2. Kull tibdil f’din il-Formula tal-Konferma għandu jkun
inizjalat bil-linka mill-Uffiċjal ta’ l-Ingaġġ.
MISTOQSIJIET LI GĦANDHOM ISIRU LIR-REKLUTA QABEL 
L-INGAGĠ
Skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 18 u 66 ta’ l-Att dwar il-
Forzi Armati ta’ Malta, jekk xi persuna bid-dehen tagħti xi
tweġiba falza għal xi mistoqsija li tinsab fil-karta tal-konferma
tista’ teħel piena.
M.1. X’jismek' (a) Isem/Ismijiet (b) Kunjom
M.2. X’inhu l-indirizz tiegħek' M.3. X’inhi d-data tat-twelid
tiegħek'
M4. Fejn twelidt (agħti l-belt,
il-pajjiż)'
M.5. Inti għandek nazzjona-
lità  Maltija biss'
M.6. X’kienet in-nazzjonalità  mat-twelid -
(a) tiegħek' (ċ) ta’ ommok' (e) ta’ martek'
(b) ta’ missierek' (d) ta’ nannuk
min-naħa ta’
missierek'
N.I. No.
Isem il-missier
M.7. Inti ġuvni,
miżżewweġ jew
armel'
M.8. Kemm
għandek tfal
dipendenti
minnek'
M.9. X’inhi s-
sengħa
tiegħek'
M.10. Inti tagħmel parti minn, jew qatt servejt f’xi forza armata
ta’ Malta' Jekk iva, semmi liema, u l-perijodu ta’ servizz u
r-raġunijiet u d-dati tal-ħall mis-servizz.
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-FORZI 
TA’ EMERĠENZA TA’ RIŻERVA TA’ VOLUNTIERI ġ L.S.220.07 11
M.11. Qatt ġejt akkużat quddiem xi qorti ċivili b’xi reat li minnu
ma ġejtx liberat (ukoll jekk inti ġejt biss liberat għal kollox
jew taħt kondizzjoni, jew imqiegħed taħt probation)' Jekk
iva, agħti d-dettalji kollha ta’ kull akkuża.
M.12. Qatt ġejt mhux aċċettat għal servizz f’xi forza armata ta’
Malta' Jekk iva, għal-liema raġuni'
M.13. Taf x’inhuma l-kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-ingaġġ li trid
tidħol għalihom'
M.14. Inti lest biex isservi għal tliet snin mal-Forza ta’
Emerġenza ta’ Riżerva ta’ Voluntieri'
DIKJARAZZJONI SOLENNI
Jiena, ........................................., niddikjara solennement li t-
tweġibiet li jien tajt hawn fuq huma veri, u li jiena lest biex
nissodisfa l-ingaġġ li għamilt.
......................................... ................................... .............................
Data Firma tar-Rekluta Firma tax-Xhud
Nota: Kif jiffirma d-dikjarazzjoni ta’ hawn fuq u jieħu l-ġurament ir-
rekluta jsir suldat tal-Forza ta’ Riżerva tal-Forzi Armati ta’ Malta u
suġġett għal-liġi militari.
ĠURAMENT LI JIEĦU REKLUTA MAL-KONFERMA
Jiena, ........................... solennement naħlef/niddikjara li nkun
tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r-Repubblika ta’ Malta u l-
Kostituzzjoni tagħha, u li, kif hu dmir tiegħi, onestament u
fedelment niddefendi r-Repubblika ta’ Malta kontra l-egħdewwa
kollha, u nosserva u nobdi l-ordnijiet kollha tal-President ta’
Malta, u ta’ l-uffiċjali li jkolli fuqi.
(Hekk Alla jgħini)
............................. .............................................
firma data
L-imsemmi ................................. ħa l-ġurament/solennement
iddikjara quddiemi fil-........................... fi ................................
ta’ .............. ............. tas-sena ...............
.........................................................
12 L.S.220.07 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-FORZI 
TA’ EMERĠENZA TA’ RIŻERVA TA’ VOLUNTIERI
ĊERTIFIKAT TA’ EŻAMI MEDIKU
(firma u awtorità  tal-persuna li
tamministra l-ġurament)
Twemmin Reliġjuż ............................
ĊERTIFIKAT TA’ L-UFFIĊJAL TA’ L-INGAĠĠ
Ir-Rekluta hawn fuq imsemmi ġie mwissi minni li jekk bid-
dehen jagħti xi tweġiba falza għal xi waħda mill-mistoqsijiet ta’
hawn fuq hu jkun suġġett li jeħel piena kif provdut fl-Att dwar il-
Forzi Armati ta’ Malta.
Il-mistoqsijiet ta’ hawn fuq imbagħad inqraw lir-Rekluta fil-
preżenza tiegħi.
Jiena ħadt ħsieb li hu jifhem kull mistoqsija, u li kull tweġiba
tiegħu għal kull mistoqsija ġiet reġistrata kif imiss.
Jiena ħadt ħsieb nara li r-Rekluta rċieva kopja tal-Karta ta’ l-
Avviż, u jien sodisfatt li hu jaf bil-pattijiet u kondizzjonijiet
ġenerali tas-servizz li hu daħal bihom.
Jiena sodisfatt mill-provi miġjuba jew mid-dikjarazzjonijiet
magħmula mir-Rekluta li hu għandu l-inqas età  xierqa għal servizz
bħala raġel.
L-imsemmi Rekluta għamel u iffirma d-Dikjarazzjoni u ħa l-
Ġurament / għamel dikjarazzjoni solenni quddiemi fi ....................
illum ............................ ta’ .............. tas-sena .............
Grad .............................. Nomina ..........................................
Firma ta’ l-Uffiċjal ta’ l-Ingaġġ .............................................
P U L H E E M S
Għam/ilt/ilna eżami ta’ dan ir-
Rekluta skond l-istruzzjonijiet
korrenti u sibtu / sibnih kif ġej:
Data ......................................
Firma/Firem tat-Tabib/Tobba ..........................
...........................
..........................
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-FORZI 
TA’ EMERĠENZA TA’ RIŻERVA TA’ VOLUNTIERI ġ L.S.220.07 13
ĊERTIFIKAT TA’ L-UFFIĊJAL LI JAPPROVA
JIENA NIĊĊERTIFIKA li din il-karta tal-konferma tar-Rekluta
hawn fuq imsemmi ġiet mimlija sewwa u l-formalitajiet dwar l-
ingaġġ tiegħu jidhru li ġew imħarsa. Għaldaqshekk jiena
napprovah, u ninnominah għal FORZA TA’ EMERĠENZA TA’
RIŻERVA TA’ VOLUNTIERI.
Data .............. Firma ta’ l-Uffiċjal li Japprova .........................
Post ....................................
