NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAL-FORZA
TA’ RIŻERVA INDIVIDWALI ġ L.S.220.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 220.08
REGOLAMENTI DWAR IN-NOMINI U L-
KONDIZZJONIJIET TAL-FORZA TA’ RIŻERVA 
INDIVIDWALI
10 ta’ Marzu, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 81 ta’ l-1998.
Titolu.
Nomini u l-Kondizzjonijiet tal-Forza ta’ Riżerva Individwali.
Tifsir.
kliem ma teħtieġx xort’oħra -
Kap. 220.
L.S. 220.02
"Kmandant" tfisser il-Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta
nominat bis-saħħa ta’ l-Ordni dwar l-Isem, il-kmand u l-
Istabbiliment tal-Forzi Armati ta’ Malta, u fl-assenza jew
inkapaċità  tiegħu tinkludi d-Deputat Kmandant, jew kull uffiċjal
ieħor nominat biex jaġixxi bħala Kmandant, nominati bis-saħħa ta’
l-imsemmi Ordni;
"jistabbilixxi" dwar il-Ministru tfisser jistabbilixxi b’ordni jew
istruzzjoni (kemm jekk maħruġa minnu kemm jekk maħruġa bl-
awtorità  tieghu) jew dak il-mod ieħor, hekk kif il-Ministru jidhirlu
xieraq;
"forza" tfisser il-Forza ta’ Riżerva Individwali (IRF).
(2) Ħlief kif provdut fis-subregolament (1), f’dawn ir-
Regolamenti kliem u espressjonijiet għandu jkollhom l-istess tifsir
kif moghti lilhom fl-Att.
TAQSIMA I
Ġenerali
Ghoti ta’ 
kummissjoni lil 
uffiċjali.
L.S. 220.03
3. L-Uffiċjali u l-Irġiel għandhom isiru membri tal-Forza ta’
Riżerva Individwali skond id-disposizzjonijiet applikabbli tar-
Regolamenti dwar in-Nomini u l-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-
Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Il-ġuramenti u 
dikjarazzjonijiet 
jibqgħu validi.
4. Il-Ġurament ta’ fedeltà  li jittieħed minn uffiċjali u d-
dikjarazzjoni solenni ta’ suldati, ma’ l-għoti tal-kummissjoni jew
meta jiġu ingaġġati rispettivament fil-Forza Regolari, jibqgħu
validi u vinkolanti għal kemm idum is-servizz fil-Forza ta’ Riżerva
Individwali.
Nomini, 
promozzjonijiet u 
irtir.
L.S. 220.03
5. In-nomini, il-promozjonijet u l-irtir ta’ uffiċjali għandu jiġi
awtorizzat mill-Ministru wara li jikkonsulta lill-Kmandant, skond
ma hemm fir-Regolamenti dwar in-Nomini u l-Kondizzjonijiet tas-
Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Paga u Allowances
Paga u allowances.
għandhom ikunu dawk kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien
2 L.S.220.08 ħ
NOMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAL-FORZA
TA’ RIŻERVA INDIVIDWALI
jistabbilixxi u jippubblika.
TAQSIMA II
Sejħa tar-Riżervi
Sejħa. 7. Is-sejħa ta’ riżervi fil-każ ta’ xi perikolu nazzjonali tkun
skond l-artikoli 32 sa 35 ta’ l-Att.
Taħriġ
Taħriġ. 8. Bla ebda ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 36 ta’ l-
Att, il-membri tal-Forza ta’ Riżerva Individwali jkunu meħtieġa li
jagħmlu taħriġ minimu li mill-inqas ikun jikkonsisti f’erbat ijiem
fis-sena u li jkun jikkonsisti f’taħriġ ta’ ħila fl-użu ta’ armi bażiċi u
aġġornament fil-ħila special-to-arm.
Dixxiplina
Dixxiplina. 9. L-uffiċjali u l-irġiel tal-forza jkunu suġġetti għal dak li
hemm fit-Taqsimiet III, V, VI, VII u VIII ta’ l-Att f’kull waqt jew
żmien li matulu l-individwi jkunu qegħdin jaqdu d-dmirijiet
tagħhom ta’ taħriġ jew ikunu imsejħin fuq servizz permanenti
skond l-artikolu 32 ta’ l-Att.
Faċilitajiet Mediċi
Faċilitajiet mediċi 
għall-uffiċjali u l-
irġiel.
10. (1) Matul iż-żmien jew żminijiet li matulhom ikunu
qegħdin jagħmlu d-dmirijiet ta’ taħriġ tagħhom, l-uffiċjali u l-irġiel
ikollhom jedd għal kura medika b’xejn minn uffiċjal mediku li
jinħatar għal dak l-għan, f’ċentru mediku li jkun mgħammar
għaldaqshekk.
(2) L-uffiċjali u l-irġiel ikollhom jedd li jiġu rikoverati fi sptar
mingħajr ma huma jħallsu ebda spejjeż.
(3) Dawk l-uffiċjali u l-irġiel li ma jkunux jistgħu jidħlu għax-
xogħol minħabba f’xi mard jew feriment għandhom jiġu invistati
minn uffiċjal mediku matul il-ħinijiet tax-xogħol.
Kura medika. 11. Meta l-membri tal-forza jissejħu fuq servizz permanenti
skond l-artikolu 32 ta’ l-Att, huma jkunu eliġibbli għal kull kura
medika kif din tapplika għall-membri tal-Forza Regolari.
