IĠJENE TA’ L-IKEL ġ L.S.231.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.02
REGOLAMENTI DWAR L-IĠJENE TA’ L-IKEL
1 ta’ Lulju, 1969
L-AVVIŻ LEGALI 73 ta’ l-1969, kif emendat bl-Avviżi Legali 73 ta’ l-
1970, 77 ta’ l-1973, 135 ta’ l-1974, 25 ta’ l-1977, 52 ta’ l-1984, 50 ta’ l-
1988 u 179 ta’ l-2001.
Titolu.
Iġjene ta’ l-Ikel.
TAQSIMA I
Disposizzjonijiet Preliminari
Tifsir.
Emendat:
A.L. 73 ta’ l-1970.
2. (1) F’dawn ir-Regolamenti, kemm-il-darba r-rabta tal-
kliem ma tehtieġx xort’oħra -
"ħidma agrikola" tinkludi ortikoltura, tkabbir tal-frott, trobbija u
tiżmim ta’ bhejjem tal-ħalib, it-trobbija u t-tiżmim ta’ bhejjem,
inkluż il-pullam, u l-użu ta’ art bħala ġonna jew mixtla;
"għaqda ta’ persuni" tinkludi kull kumpannija, soċjetà  jew korp
ta’ persuni, kemm korporati kemm mhux korporati u kemm jekk
ikollhom personalità  ġuridika kemm jekk le;
"van tal-ħobż" tfisser kull vettura wżata għall-bejgħ, jew biex
jiġi offrut jew espost għall-bejgħ, jew għat-tqassim ta’ ħobż
(imgeżwer jew mhux imgeżwer), kemm jekk waħdu jew flimkien
ma’ ħelu magħmul mid-dqiq jew bakery goods li jkunu ikel
mgħotti;
"negozju" tinkludi impriża ta’ canteen, każin, skola, sptar jew
istituzzjoni, kemm jekk immexxija għall-qligħ kemm jekk le, u kull
impriża jew attività , pubblika jew mod ieħor;
"negozju li jipprovdi ikel" tfisser negozju ta’ l-ikel li jikkonsisti
għal kollox jew f’parti fil-provvista ta’ ikel maħsub għal konsum
immedjat;
"reċipjent" tinkludi kull basket, barmil, gabarrè , pakkett, kaxxa
jew reċipjent ieħor ta’ kull xorta, kemm jekk miftuħ jew magħluq;
"kontaminazzjoni" tinkludi kontaminazzjoni permezz ta’ riħa; u
"tikkontamina" u "li jikkontamina" għandhom jiftehmu skond
hekk;
"ikel mgħotti" tfisser ikel li ma jkunx ikel mikxuf;
"vettura tat-tqassim" tfisser vettura wżata għat-tqassim ta’ ikel
fil-kors ta’ kummerċ jew negozju, iżda ma tinkludi ebda vettura li
tkun qed tintuża għall-bejgħ ta’ l-ikel, u li taqa taħt it-tifsira ta’
posta;
"baċir" tinkludi kull port, irmiġġ, xatt, pont, bankina jew
xogħlijiet oħra li fihom jew fuqhom kwalunkwe ikel jista’ jiġi
mbarkat jew żbarkat, u kull maħżen, tinda għal merkanzija in
transit jew fond ieħor użat in konnessjoni magħhom għall-ħżin
2 L.S.231.02 ħ IĠJENE TA’ L-IKEL
temporanju jew tagħbija għall-ispedizzjoni ta’ ikel li jkun żbarkat
jew li jkun ser jiġi mbarkat;
"tagħmir" tinkludi apparat, għamara u utensili;
"ħut" tfisser ħut mhux misjur (inkluż ħut ippriservat jew
imnixxef), u, fir-regolament 32, tinkludi ħut li jkun ġie misjur jew
b’mod ieħor ippreparat għall-bejgħ b’xi proċess simili;
"ikel" tfisser ikel maħsub, għall-bejgħ, jew mibjugħ, għall-
konsum tal-bniedem u jinkludi xorb, chewing gum, u prodotti oħra
ta’ natura u użu simili, u ħwejjeġ u sustanzi wżati bħala ingredjenti
fil-preparazzjoni ta’ ikel jew xorb jew ta’ dawk il-prodotti, iżda ma
tinkludix -
(a) ħalib, krema jew ħalib separat, minbarra trab tal-ħalib
u ħalib ikkondensat,
(b) ilma, annimali jew tjur ħajjin, jew
(ċ) ħwejjeġ jew sustanzi wżati biss bħala mediċinali;
"negozju ta’ l-ikel" tfisser kull kummerċ jew negozju li għall-
iskop tiegħu xi persuna tkun taħdem fil-maniġġ ta’ l-ikel, iżda ma
tinkludi ebda ħidma agrikola jew (ħlief safejn il-maniġġ ta’ l-ikel
ikollu x’jaqsam fil-kors ta’ negozju bl-imnut jew negozju ta’
catering) dak f’kummerċ jew f’negozlu li jkun jikkonsisti fil-
maniġġ ta’ l-ikel fi, ġewwa jew fuq -
(a) xi baċir jew cold store,
(b) xi lokal jew post okkupat minn wieħed li jġorr l-ikel
għall-iskop tal-kummerċ jew negozju tiegħu bħala
wieħed li jġorr, ħlief safejn il-maniġġ ta’ l-ikel f’dak
il-lokal jew post ikun regolat mid-disposizzjonijiet tar-
regolamenti 25 u 28,
(ċ) xi biċċerija,
(d) xi lokal jew post okkupat minn bejjiegħ bl-ingrossa ta’
ħaxix nej u użat esklusivament għall-iskop tal-
kummerċ jew negozju tiegħu bħala bejjiegħ bl-
ingrossa,
(e) xi lokal użat esklużivament għall-ħżin ta’ ikel
manifatturat u ippakkjat mill-okkupant tal-lokal iżda li
jkun qiegħed barra l-art limitrofa tal-lokal użat għall-
manifattura jew ippakkjar ta’ dak l-ikel u ma jkunx
użat għall-ħżin ta’ xi ikel mikxuf, jew
(f) xi bastiment li fuqu l-ikel jkun maniġġat bil-ħsieb biss
li jiġi kkunsmat mill-ekwipaġġ tal-bastiment jew minn
persuni li jkunu residenti permanentement fuqu;
"lokal ta’ l-ikel" tfisser kull lokal li fih jew minnu jkun qed isir
xi negozju ta’ l-ikel;
"kamra ta’ l-ikel" tfisser kull kamra (li tkun lokal ta’ l-ikel jew
parti minn lokal ta’ l-ikel jew minn suq), jew kull kamra jew spazju
fuq bastiment, li fih xi persuna tkun taħdem fil-maniġġ ta’ l-ikel
għall-iskopijiet ta’ negozju ta’ l-ikel, imma ma tinkludix kamra
wżata jew kamra li tagħti għal kamra wżata, bħala post ta’ rqad
jekk l-uniku maniġġ ta’ l-ikel li jsir f’kamra bħal dik ikun biss s-
IĠJENE TA’ L-IKEL ġ L.S.231.02 3
servizz ta’ ikel fiha lil, jew fuq it-talba ta’, xi persuna li tkun
tokkupa l-kamra bħala post ta’ rqad;
"maniġġ ta’ l-ikel" tfisser it-tmexxija, jew għajnuna fit-tmexxija,
għall-iskopiliet ta’ negozju ta’ l-ikel, ta’ kull proċess jew ħidma fil-
bejgħ ta’ l-ikel jew fil-preparazzjoni, trasport, ħżin, ippakkjar,
tgeżwir, esposizzjoni għall-bejgħ, servizz jew tqassim ta’ ikel, u
tinkludi t-tindif ta’ oġġetti jew tagħmir li miegħu l-ikel jiġi
f’kuntatt;
"laħam" tfisser il-laħam (inkluż fdal li jittiekel u xaħam) ta’
annimali u tjur li jinbiegħ jew maħsub biex jinbiegħ għall-konsum
tal-bniedem u tinkludi bacon u perżut u, fir-regolament 32, tinkludi
wkoll kull laħam ieħor li jkun ġie misjur jew b’mod ieħor
ippreparat għall-bejgħ b’xi proċess bħal dak;
"ikel mikxuf" tfisser ikel li ma jkunx f’reċipjent ta’ dak il-
materjal u magħluq hekk li jeskludi r-riskju ta’ kontaminazzjoni,
iżda ma tinkludi ebda ikel imsemmi fl-ewwel kolonna ta’ l-Iskeda
liema ikel, qabel ma jittieħed f’xi lokal, suq, posta jew bastiment
għall-iskop ta’ bejgħ jew f’xi vettura tat-tqassim għall-iskop ta’
tqassim, ikun ġie imgeżwer jew magħluq bil-mod deskritt
relattivament għal kull partita tali fit-tieni kolonna ta’ l-imsemmija
Skeda;
"gradazzjoni ta’ temperatura permessa" tfisser kull gradazzjoni
ta’ temperatura taħt il-50º  Fahrenheit (10º  Ċentigradu) u kull
gradazzjoni ta’ mhux anqas minn 145º  Fahrenheit (62.7º
Ċentigradu);
"persuna" tinkludi għaqda ta’ persuni;
"pullam" tfisser tjur, dundjani, papri, wiżż, fargħuni, faġani,
perniċi, bċieċen u summien;
"lokal" tfisser bini jew parti minn bini, u kull forecourt, bitħa
jew post ta’ ħżin użat in konnessjoni mal-bini;
"preparazzjoni", dwar ikel, tinkludi l-manifattura u kull forma ta’
trattament, u "ippreparat" għandha tiftiehem skond hekk;
"konvenjenza sanitarja" tfisser W.C., urinali, closet tat-trab jew
tal-kimika, latrina jew konvenjenza simili;
"Awtorità  Sanitarja" tinkludi s-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika, l-Uffiċjal Mediku Prinċipali, l-Uffiċjal Mediku Anzjan,
l-Uffiċjal Mediku tas-Saħħa, l-Ispettur tas-Saħħa u kull uffiċjal
ieħor tad-Dipartiment tas-Saħħa li jkun awtorizzat kif imiss bil-
miktub mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika biex jiżgura t-tħaris
ta’ dawn ir-Regolamenti;
"bastiment" tfisser kull bastiment, dgħajsa jew inġenji li jaħdmu
biss fuq ibħra interni jew li jagħmlu eskursjonijiet mal-kosta jew
bejn gżira u oħra ta’ l-arċipelagu Malti, u kull bastiment ieħor,
dgħajsa jew inġenji oħra li jkunu irmiġġati jew ankrati f’xi post, li
fuqu jew li minn fuqu jsir negozju tal-catering jew negozju ieħor
ta’ l-ikel bl-imnut;
"posta" tfisser kull posta sew jekk tkun f’lokal ta’ suq sew jekk
f’post ieħor u tinkludi kull stand, kamp, tinda, mobile canteen,
vettura (sew jekk mobbli sew jekk le), makna tal-bejgħ, sit jew
4 L.S.231.02 ħ IĠJENE TA’ L-IKEL
pitch, li minnhom jmbiegħ ikel, li ma jkunux xi lokal ta’ l-ikel jew
xi kamra ta’ l-ikel;
"ħżin f’temperatura kontrollata" tinkludi cool storage taħt il-50º
Fahrenheit (10º  Ċentigradu), chill storage ta’ jew taħt it-37º
Fahrenheit (3º  Ċentigradu), cold storage ta’ jew taħt it-32º
Fahrenheit (0º  Ċentigradu) u deep freeze storage f’temperatura li
tinżel sa l-14º  Fahrenheit (-10º  Ċentigradu);
"makna tal-bejgħ" tfisser makna awtomatika li titħaddem
permezz ta’ munita maħsuba għall-bejgħ ta’ ikel.
(2) Għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, il-provdiment ta’
ikel ħlief bil-bejgħ f’kull post, ġo kull post jew minn kull post fejn
l-ikel ikun provdut fil-kors ta’ negozju għandu jitqies li jkun il-
bejgħ ta’ dak l-ikel, u, meta dwar xi negozju li fil-kors tiegħu ikel
huwa provdut il-post fejn l-ikel jiġi servut lill-klienti jkun
differenti mill-post fejn l-ikel ikun ikkunsmat, iż-żewġ postijiet
għandhom jitqiesu bħala postijiet li fihom jinbiegħ l-ikel.
TAQSIMA II
Ħtiġiet Ġenerali
Tħaris eċċ., ta’ 
lokal mar-
regolamenti.
3. Ebda persuna ma għandha tagħmel xi negozju ta’ l-ikel jew
tagħmel xi attività  li tagħmel parti minn, jew tkun ta’, xi negozju
ta’ l-ikel jew, għall-iskopijiet ta’ dak in-negozju, tagħti xi ikel jew
tħalli li xi ikel jingħata għall-preparazzjoni jew ippakkjar minn xi
persuna oħra jew, fil-kors ta’ dak in-negozju, tqassam xi ikel jekk
mhux fi, ġo jew minn xi lokal, posta, bastiment, post jew vettura,
skond il-każ, li tkun skond il-ħtiġiet ta’ dawn ir-Regolamenti.
Negozju ta’ l-ikel 
ma għandux isir 
f’lokal, eċċ., li ma 
jkunx sanitarju.
4. Ebda lokal, posta, bastiment jew post li fih, ġo fih jew
minnu jsir xi negozju ta’ l-ikel, u ebda vettura ta’ tqassim użata fil-
kors ta’ dak in-negozju, ma għandha tkun mhux sanitarja jew tkun
hekk sitwata jew mibnija, jew tkun f’dik il-kondizzjoni, skond il-
każ, li l-ikel ikun jew jista’ jiġi espost għar-riskju ta’
kontaminazzjoni.
Kondizzjoni tajba 
ta’ kmamar ta’ l-
ikel, eċċ.
5. Il-ħitan, l-art, il-bibien, it-twieqi, is-saqaf, ix-xogħol ta’ l-
injam u kull parti oħra ta’ l-istruttura ta’ kull kamra ta’ l-ikel, kif
ukoll kull posta wżata fit-tmexxija ta’, u kull vettura tat-tqassim
użata fil-kors ta’, kull negozju ta’ l-ikel għandhom jinżammu mid-
detentur tal-liċenza relattiva nodfa u f’dak l-istat tajjeb ta’ tiswija u
ta’ kondizzjoni hekk li jkunu jistgħu jitnaddfu tajjeb u li jiġi
impedut ir-riskju ta’ infestazzjoni minn annimali gerriema, jew
minn dubbien jew insetti oħra, kemm ikun raġonevolment
prattikabbli.
Indafa ta’ tagħmir, 
eċċ.
6. (1) Kull oġġett jew tagħmir li miegħu l-ikel jiġi, jew jista’
jiġi, f’kuntatt fil-kors ta’ xi negozju ta’ l-ikel għandu jinżamm
nadif u għandu jkun hekk mibni, magħmul minn dak il-materjal u
miżmum f’dak l-istat tajjeb ta’ tiswlja u ta’ kondizzjoni hekk li
jkun jista’ jitnaddaf sewwa u jiġi impedut, kemm ikun
raġonevolment prattikabbli, kull ħaġa li tista’ tiġi assorbita minnu u
kull riskju ta’ kontaminazzjoni ta’ l-ikel.
(2) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (1), ir-
reċipjenti kollha maħsuba biex iżommu ikel fihom fil-kors ta’ xi
IĠJENE TA’ L-IKEL ġ L.S.231.02 5
negozju ta’ l-ikel, sew jekk ikunu ser jittieħdu lura sew jekk le u
sew jekk jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel sew jekk le, għandhom, kemm
ikun raġonevolment prattikabbli, ikunu protetti minn
kontaminazzjoni u miżmuma ħielsa minnha.
Karti tat-tgeżwir, 
kartun u laned.
7.  (l) Meta jintużaw karti tat-tgeżwir, tikketti, kartun jew
reċipjenti kuluriti jew stampati li jiġu f’kuntatt dirett ma’ l-ikel,
ebda materjal ta’ kulur jew materjal ta’ stampa li jidher ma għandu
jerħi ma’ l-ikel matul il-ħżin.
(2) Meta laned bil-lakka jintużaw bħala reċipjenti ta’ xi ikel,
ebda kwantità  li tidher ta’ lakka ma għandha titqaxxar u titħallat
mal-kontenut tal-landa.
TAQSIMA III
Ħtiġiet dwar Lokal ta’ l-Ikel, Swieq, Bastimenti u Posti
Sistema tad-
drenaġġ.
8. Ebda mezz ta’ dħul ta’ arja friska ta’ xi kanna ta’
ventilazzjoni li ktun inkluża f’sistema ta’ drenaġġ ta’ lokal ta’ l-
ikel jew suq ma għandu jkun f’kamra ta’ l-ikel jew posta u kull
mezz ta’ dħul f’sistema bħal dik f’kamra tali għandu jkun magħluq
bi trabokk ta’ l-ilma.
Tankijiet.
posta ma għandu jissupplixxi konvenjenza sanitarja ħlief bil-mezz
ta’ tank tal-flushing effiċjenti jew bil-mezz ta’ xi apparat ieħor ta’
flushing effiċjenti daqsu u addattat għat-tħaris minn
kontaminazzjoni ta’ provvisti ta’ ilma.
Konvenjenzi 
sanitarji.
10. (1) Kull konvenjenza sanitarja li tkun fi, jew tkun użata in
konnessjoni ma’, xi lokal ta’ l-ikel, bastiment, suq jew posta, skond
il-każ, għandha tinżamm nadifa, fi stat tajjeb ta’ tiswija u fi stat
effiċjenti, għandu jkollha installazzjoni ta’ tank tal-flushing
effiċjenti jew apparat ieħor ta’ flushing effiċjenti li għandhom
jinżammu dejjem fi stat tajjeb ta’ ħdim u jkunu hekk mqegħdin li
ebda rwejjaħ jintnu minnhom ma jkunu jistgħu jidħlu f’xi kamra ta’
l-ikel jew f’posta.
(2) Kull kamra jew post ieħor li jkollu dik il-konvenjenza
sanitarja għandhom jinżammu mdawwla u ventilati b’mod xieraq u
suffiċjenti u għandhom jinżammu nodfa l-ħin kollu.
(3) Kull kamra jew post ieħor li jkollhom dik il-konvenjenza
sanitarja għandhom ikunu provduti bi friskatur għall-ħasil ta’ l-
idejn u d-disposizzjoniiiet tar-regolament 11(1)(b) u (ċ) għandhom
japplikaw għal dak il-friskatur.
(4) Għandu jitwaħħal u jinżamm f’post fejn jidher u xieraq
ħdejn id-dħul ta’ kull konvenjenza sanitarja bħal dik avviż li
jinqara sewwa jitlob il-ħasil ta’ l-idejn wara li tintuża l-
konvenjenza.
(5) Ebda kamra jew post ieħor li jkollu konvenjenza sanitarja
ma jista’ jintuża bħala kamra ta’ l-ikel jew bħala posta.
(6) Ebda kamra ta’ l-ikel jew posta li tagħti direttament għal
kamra jew post ieħor li jkollu konvenjenza sanitarja ma għandha
tintuża għall-maniġġ ta’ ikel mikxuf jew għat-tnaddif ta’ tagħmir li
jintuża f’xi negozju ta’ l-ikel li fil-kors tiegħu jiġi maniġġat ikel
6 L.S.231.02 ħ IĠJENE TA’ L-IKEL
mikxuf.
Provvista ta’ ilma, 
friskaturi, sinkijiet, 
eċċ.
11. (1) Għandu jkun provdut u miżmum f’kull fond ta’ l-ikel
jew bastiment u f’kull posta li fiha jew minnha jsir negozju ta l-ikel
-
(a) provvista ta’ ilma nadif u tajjeb fi kwantità  suffiċjenti
biex dawn ir-Regolamenti jkunu jistgħu jiġu mħarsa;
(b) friskaturi għall-ħasil ta’ l-idejn xierqa u suffiċjenti
għall-użu minn, u f’post li jkunu konvenjentement
jistgħu jintlaħqu minn, il-persuni kollha li jaħdmu fil-
maniġġ ta’ l-ikel, liema friskaturi u kull parti tagħhom
ta’ ħdim għandhom jinżammu nodfa u fi stat ta’ ħdim
effiċjenti;
(ċ) provvista xierqa ta’ misħun f’temperatura kontrollata
xierqa għal kull friskatur għall-ħasil ta’ l-idejn bħal
dawn u fuq jew ħdejn kull friskatur tali, provvista
xierqa ta’ sapun jew deterġent ieħor xieraq, xkupilji
tad-dwiefer u xugamani nodfa jew faċilitajiet oħra
xierqa għall-ixxuttar li għandhom jintużaw biss biex
tiġi żgurata l-indafa personali tal-persuni li jkunu
jaħdmu fil-maniġġ ta’ l-ikel:
Iżda, safejn għandha x’taqsam il-provvista ta’ l-
ilma, provvista ta’ ilma kiesaħ tkun suffiċjenti fi jew
fuq kull lokal, bastiment, jew posta tali li fuqhom ma
jkunx qed jiġi maniġġat ikel mikxuf;
(d) sinkijiet xierqa u suffiċjenti jew faċilitajiet oħra bħal
dawn, b’żieda mal-friskaturi għall-ħasil ta’ l-idejn li
hemm provdut għalihom fil-paragrafu (b), għall-ħasil
ta’ l-ikel u tat-tagħmir, liema sinkijiet u faċilitajiet
oħra u kull parti tagħhom ta’ ħdim għandhom
jinżammu fi stat ta’ ħdim effiċjenti;
(e) provvista xierqa ta’ ilma sħun jew kiesaħ jew ta’ ilma
sħun f’temperatura kontrollata xierqa għal kull sink
jew faċilità  oħra simili u, ma’ kull sink jew faċilità
oħra bħal dawk, provvista xierqa ta’ sapun jew
deterġent ieħor xieraq, ta’ ċraret indaf u ta’ faċilitajiet
ta’ tindif u ta’ xuttar suffiċjenti u xierqa:
Iżda, safejn għandha x’taqsam il-provvista ta’ l-
ilma, provvista ta’ ilma kiesaħ tkun suffiċjenti fejn il-
faċilità  tikkonsisti f’apparat maħsub għall-ħasil ta’
reċipjenti tax-xorb b’aġent batteriċidali xieraq u jkun
użat biss għal dak l-iskop jew meta s-sink jew faċilità
oħra tintuża biss għall-ħasil ta’ ħut, kirxa, qafas ta’ l-
annimali, frott jew ħaxix.
(2) (a) Ebda ħaġa fis-sub-regolament (l) ma għandha tapplika
għal makna tal-bejgħ, u ebda ħaġa fl-imsemmi sub-
regolament ma għandha tapplika għal xi posta li fiha
jitmexxa negozju ta’ l-ikel li jikkonsisti għal kollox
minn -
(i) dak ta’ bejjiegħ il-frott, bejjiegħ il-frott bl-
ingrossa, bejjiegħ il-ħaxix jew bejjiegħ il-ħaxix
IĠJENE TA’ L-IKEL ġ L.S.231.02 7
nej bl-ingrossa;
(ii) il-preparazzjoni u l-provvista ta’ qastan inkaljat,
patata sħuna jew imqaret;
(iii) il-bejgħ ta’ ikel mgħotti;
(iv) il-bejgħ ta’ pastizzi jew xi ħaġa oħra simili, jew
ta’ ġbejniet jew irkotta;
(v) il-bejgħ ta’ ful imnixxef, ċiċri jew karawett; jew
(vi) il-bejgħ ta’ ħelu magħmul bid-dqiq jew ta’ ħelu
ieħor jew ta’ bakery goods.
(b) Ebda ħaġa fis-sub-regolament (1)(d) u (e) ma għandha
tapplika għal lokal jew bastiment li fiha ma jkun
maniġġat ebda ikel mikxuf, jew ma tkun teħtieġ il-
provvista ta’ sinkijlet f’xi posta għall-ħasil ta’ freezers
ta’ ġelat artab jekk ikun hekk dawk il-faċilitajiet f’xi
lokal li minnu taħdem il-posta kemm- il darba dawk il-
freezers ma jinħattux fil-waqt li  jkunu fil-posta, ħlief
għal skopijiet ta’ tindif f’xi lokal bħal dak.
(3) Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’, taħt dawk il-
kondizzjonijiet li jidhirlu xieraq li jimponi, jeżenta mill-ħarsien
tad-disposizzjonijiet kollha jew xi waħda minnhom tas-sub-
regolament (1) dwar xi lokal, bastiment jew posta meta jkun
sodisfatt li l-ħarsien tagħhom ma jkunx jista jkun raġonevolment
mistenni minħabba nuqqas ta’ spazju jew minħabba ċirkostanzi
oħra speċjali li jeffettwaw dak il-lokal, bastiment jew posta:
Iżda s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’, f’kull
żmien, jirtira dik l-eżenzjoni jekk ma jibqax iktar hekk sodisfatt.
Ilma minn riżorsi li 
ma jkunux tal-
Gvern.
12. (1) Kull min, għall-iskop ta’ tmexxija ta’, jew fil-kors ta’
xi negozju ta’ l-ikel, jagħmel użu minn jew jakkwista ilma minn
riżorsi li ma jkunux tal-Gvern għandu jiżgura li dak l-ilma jkun
fiżikament, kimikament u batterjoloġikament bla ħsara u għandu
jħares kull kondizzjoni li l-Awtorità  Sanitarja jidhrilha meħtieġa
għat-tiżmim u kontroll tas-sigurezza ta’ l-ilma.
(2) Ħadd ma għandu juża, jew iħalli lil min juża, xi ilma jew
silġ fil-preparazzjoni ta’ xi ikel jew fil-kors ta’ xi negozju ta’ ikel,
u ħadd ma għandu jħalli xi ilma jew silġ li jiġi f’kuntatt ma’ xi ikel,
jekk dak l-ilma jew silġ ma jkunx il-ħin kollu nadif u ħieles minn
kull kontaminazzjoni dannuża u minn kull periklu ta’ hekk.
Materjal għall-
ewwel sokkors.
13. (1) Għandhom ikunu provduti u miżmuma f’dak il-post u
f’dik il-posizzjoni li jkunu jintlaħqu faċilment f’kull lokal ta’ l-
ikel, bastiment jew posta u fuq kull vettura ta’ tqassim faxex,
medikamenti (inklużi medikamenti li ma jgħaddix ilma minnhom)
u antisettiċi xierqa u suffiċjenti għal kura ta’ l-ewwel sokkors.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (1) ma għandhomx
japplikaw għal -
(a) posta li fiha jkun qed jitmexxa negozju ta’ l-ikel li
jkun jikkonsisti għal kollox minn -
(i) dak ta’ bejjiegħ il-frott, bejjiegħ il-frott bl-
ingrossa, bejjiegħ il-ħaxix jew bejjiegħ il-ħaxix
nej bl-ingrossa;
8 L.S.231.02 ħ IĠJENE TA’ L-IKEL
(ii) il-preparazzoni u l-provvista ta’ qastan inkaljat,
patata sħuna jew imqaret;
(iii) il-bejgħ ta’ ikel mgħotti;
(iv) il-bejgħ ta’ pastizzi jew xi ħaġa oħra simili, jew
ta’ ġbejniet jew irkotta;
(v) il-bejgħ ta’ ful imnixxef, ċiċri jew karawett; jew
(vi) il-bejgħ ta’ ħelu magħmul bid-dqiq jew ħelu
ieħor jew bakery goods; jew
(b) vettura tat-tqassim użata biss għat-tqassim ta’ ikel
mgħotti jew van tal-ħobż jew makna tal-bejgħ.
Dawl fil-kmamar 
ta’ l-ikel, eċċ.
14. Kull posta, li ma tkunx vettura mmexxija bl-idejn jew tal-
bejgħ, li minnha jitmexxa negozju ta’ l-ikel u kull kamra ta’ l-ikel
għandhom ikunu mdawlin b’mod xieraq u suffiċjenti.
Kmamar ta’ l-ikel, 
eċċ., u postijiet ta’ 
rqad.
15. (1) Ebda kamra ta’ l-ikel, posta jew vettura ta’ tqassim ma
għandha tintuża bħala post ta’ rqad; u ebda post ta’ rqad ma għandu
jintuża bħala kamra ta’ l-ikel jew posta.
(2) Ebda kamra ta’ l-ikel li tagħti direttament għal post ta’
rqad ma għandha tintuża għall-maniġġ ta’ ikel mikxuf.
Tiġmigħ ta’ żibel, 
eċċ.
16. Ebda żibel jew ħmieġ, sew jekk solidu kif ukoll jekk
likwidu, ma għandu jiġi depożitat jew jitħalla jinġema’ f’xi kamra
ta’ l-ikel, f’xi posta jew f’xi suq li fih jew li minnu jsir negozju ta’
l-ikel jew fuq xi vettura tat-tqassim.
Reċipjenti għal 
rimi.
17. (1) Kull lokal, bastiment jew posta li fihom, ġo fihom jew
minnhom jsir xi negozju ta’ l-ikel għandhom ikunu provduti
b’numru suffiċjenti ta’ reċipjenti mgħottija kif imiss għal skart ta’
fdal, żibel jew rimi.
(2) Dawk ir-reċipjenti għandhom ikunu magħmula minn
materjal li ma jinfidx u miżmuma f’kondizzjoni tajba u għandhom
jinbidlu kull meta jkun meħtieġ biex jiġi impedut il-ġmiegħ ta’
materjal offensiv; għandhom, ukoll, jinżammu ’l bogħod minn ikel
mikxuf.
(3) Kull min ikun qed jaħdem fil-maniġġ ta’ l-ikel fi, ġo jew
minn xi lokal, bastiment jew posta tali għandu jqiegħed l-iskart ta’
fdal, rimi u żibel kollu fir-reċipjenti provduti għal dak l-iskop.
(4) Dawk ir-reċipjenti għandhom jitqegħdu fil-post skond xi
direzzjonijiet li jingħataw mill-Awtorità  Sanitarja.
(5) Ebda ħaġa fis-sub-regolamenti ta’ qabel dan ma għandha
tapplika għal makni tal-bejgħ.
Post fejn jitqegħdu 
ħwejjeg.
18. (1) Ħlief meta jkun hemm provdut b’mod xieraq f’post li
ma jkunx kamra ta’ l-ikel, għandu jkun hemm provdut u miżmum
f’kull lokal ta’ l-ikel jew bastiment kumdità  ta’ armarju jew
kaxxarizz xieraq u suffiċjenti għall-ħwejjeġ u ż-żraben, li ma
jintlibsux matul il-ħin tax-xogħol, ta’ kull persuna li tkun taħdem
fil-maniġġ ta’ l-ikel f’dak il-post.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (l) ma għandhomx
japplikaw għal lokal ta’ l-ikel jew għal bastiment fejn ma jkun qed
jiġi maniġġat ebda ikel mikxuf.
IĠJENE TA’ L-IKEL ġ L.S.231.02 9
Ventilazzjoni ta’ 
kmamar ta’ l-ikel.
19. Ħlief fil-każ ta’ kamra li kollha umdità  kontrollata jew
temperatura kontrollata, għandu jkun hemm provdut u miżmum
f’kull kamra ta’ l-ikel mezzi xierqa u suffiċjenti ta’ ventilazzjoni u
għandha tinżamm ventilazzjoni xierqa u suffiċjenti.
Drenaġġ, eċċ., ta’ 
kmamar ta’ l-ikel.
20. Kull kamra ta’ l-ikel għandu jkollha drenaġġ xieraq, ħielsa
minn dbieben u ħielsa minn umdità , u l-art tagħha għandha tkun
iċċangata b’materjal li ma jinfidx.
Wiri ta’ isem, eċċ., 
ta’ persuna jew 
ditta  fuq posta, 
van tal-ħobż jew 
vettura.
21. Kull posta, van tal-ħobż jew vettura tat-tqassim , użati fit-
tmexxija ta’ xi negozju ta’ l-ikel għandu jkollhom muri f’post fejn
tidher fuqhom u li jinqara faċilment l-isem u l-indirizz tal-persuna
jew ditta li tkun qed tmexxi dak in-negozju.
Ħżin ta’ posta, van 
tal-ħobż jew 
vettura tat-tqassim.
22. Ebda posta, van tal-ħobż jew vettura ta’ tqassim ma
għandha, meta ma tkunx qed tintuża, tinħażen ma’ xi ikel ħlief taħt
arranġamenti fejn l-ikel ikun jista’ jinżamm nadif u ħieles minn
kontaminazzjoni, u ebda posta (sew jekk tkun żmuntata għal kollox
jew f’parti sew jekk ma tkunx), van tal-ħobż jew vettura tat-tqassim
ma għandha tinħażen f’xi post li jista’ jagħmilha mhux sanitarja
jew li ma tkunx tista’ titnaddaf sewwa.
Għotja ta’ posti.
jew frott ikun jinbiegħ jew ikun espost jew offert għall-bejgħ għall-
konsum mill-bniedem għandha, jekk ma tkunx f’suq magħluq u
imsaqqaf,  tkun mgħottija u jkollha ilqugħ b’mod xieraq fil-ġnub u
fid-dahar tagħha hekk illi ma jitħallix li tajn, trab, ħmieġ, żibel jew
sustanza oħra ta’ kontaminazzloni jiġi fuq xi ikel mikxuf li jkun
fiha:
Iżda dan ir-regolament ma japplikax għal xi posta li tkun
hekk disinjata, mibnija u mħaddma li l-ikel kollu li jkun fiha jkun
magħluq għal kollox sakemm jittieħed minn dak l-egħluq biex
jinbiegħ jew jissajjar għal konsum immedjat:
Iżda wkoll is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’, taħt
dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa li jimponi, jeżenta xi posta
mill-ħarsien ta’ kull waħda mill-ħtiġiet ta’ dan ir-regolament jekk
ikun soddisfatt illi, minħabba l-mod li bih l-ikel ikun qed jinbiegħ
jew qed jiġi espost jew offert għall-bejgħ f’dik jew minn dik il-
posta jkun imgeżwer jew mgħotti, jew minħabba xi ċirkostanza
oħra speċjali li tkun tolqot dik il-posta, ikun raġonevoli li jagħti dik
l-eżenzjoni dwarha, liema eżenzjoni tkun tista’ tiġi rtirata f’kull
żmien mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jekk hu ma jibqax
hekk soddisfatt.
TAQSIMA IV
Ħtiġiet dwar min jimmaniġġa l-lkel u dwar il-maniġġ u t-trasport 
ta’ Ikel
Ħarsien mir-riskju 
ta’ 
kontaminazzjoni.
24. Kull min ikun jaħdem fil-maniġġ ta’ l-ikel għandu, meta
ikun qed jagħmel dan ix-xogħol, jieħu dawk il-miżuri li jkunu
raġonevolment meħtieġa biex iħares l-ikel minn kull riskju ta’
kontaminazzjoni, u b’mod partikolari, iżda mingħajr ħsara tal-
ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel -
(a) ma għandux iqiegħed xi ikel hekk illi jinvolvi xi riskju
ta’ kontaminazzjoni;
10 L.S.231.02 ħ IĠJENE TA’ L-IKEL
(b) ma għandux iqiegħel xi ikel iktar ’l isfel minn ħamsa u
erbgħin punt sebgħa ċentimetri ogħla mill-art jekk dak
l-ikel ma jkunx imħares b’mod xieraq b’mezzi oħra
mir-riskju ta’ kontaminazzjoni;
(ċ) għandu jiżgura li ikel mikxuf jinżamm mgħotti, meta
jkun raġonevolment meħtieġ, b’għatu nadif fil-waqt li
jkun espost għall-bejgħ u waqt il-bejgħ jew it-tqassim;
(d) għandu jżomm nadifa kemm jista’ jkun raġonevolment
prattikabbli kull parti tal-persuna tiegħu, ħwejjġu,
ilbies ta’ fuq, bluża jew fardal li jistgħu jiġu f’kuntatt
ma’ dak l-ikel;
(e) għandu jżomm mgħotti b’faxxa xierqa u li minnha ma
jgħaddix ilma kull qatgħa miftuħa jew brix f’parti
mhux mgħottija tal-persuna tiegħu;
(f) ma għandux jobżoq; u
(g) ma għandux juża tabakk jew xi taħlita oħra ta’ tipjip
jew tabakk ta’ l-imnieħer fil-waqt li jkun qed
jimmaniġġa ikel mikxuf jew meta jkun f’xi kamra ta’
l-ikel jew f’posta fejn ikun hemm ikel mikxuf.
Ilbies ta’ bluża, 
eċċ.
25. Kull min ikun jaħdem fil-maniġġ ta’ ikel mikxuf minbarra
ħaxix nej jew frott, għandu, waqt li jkun qed jagħmel dan ix-
xogħol, jilbes għas-soddisfazzjon ta’ l-Awtorità  Sanitarja bluża
nadifa u li tinħasel jew ilbies protettiv ieħor u, meta fil-fehma ta’ l-
imsemmija Awtorità  jkun meħtieġ għata tar-ras, jilbes għata tar-ras
nadif u li jinħasel:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma
japplikawx għal  -
(a) waiters f’negozju ta’ catering;
(b) ebda persuna sakemm din tkun qed taħdem biss fil-
ġarr ta’ fniek lew liebri mhux imqaxxra, jew ta’ kaċċa
jew pullam mhux imnittef;
L.S. 231.04
(ċ) ebda suq pubbliku li għalih japplikaw id-
disposizzjonijiet tar-Regolamenti dwar is-Swieq
Pubbliċi.
Ġarr u tgeżwir ta’ 
ikel.
26. Ebda persuna li tkun taħdem fil-maniġġ ta’ l-ikel ma
għandha, fil-waqt li tkun qed tagħmel dak ix-xogħol -
(a) iġġorr xi ikel f’xi vettura jew f’xi reċipjent flimkien
ma’ xi oġġett li minnu jkun hemm riskju ta’
kontaminazzjoni ta’ l-ikel, jew ma’ xi annimal ħaj jew
pullam ħaj, mingħajr ma qabel tieħu dawk il-
prekawzjonijiet kollha li jkunu prattikalment
raġonevoli biex jiġi evitat ir-riskju ta’
kontaminazzjoni; jew
(b) tuża għat-tgeżwir jew għat-tiżmim ta’ xi ikel mikxuf,
xi karta jew materjal ieħor tat-tgeżwir jew reċipjent li
ma jkunx nadif jew li jista’ jikkontamina l-ikel, jew
tħalli xi materjal stampat, ħlief materjal stampat
magħmul esklużivament għat-tgeżwir jew biex fih
jinżamm l-ikel, jiġi f’kuntatt ma’ xi ikel minbarra
IĠJENE TA’ L-IKEL ġ L.S.231.02 11
ħaxix nej jew frott, fniek jew liebri mhux imqaxxra,
jew kaċċa jew pullam mhux imnittef.
Tgeżwir, 
ippakkjar, eċċ., ta’ 
ikel.
27. (1) Ebda persuna li tkun tmexxi negozju ta’ l-ikel ma
għandha tuża jew tħalli li jintuża xi ppakkjar jew reċipjent -
(a) li jerħi mal-kontenut tiegħu xi sustanza velenuża jew
dannuża; jew
(b) li jkun magħmul għal kollox jew f’parti minn landa
issaldata jekk is-saldatura ma tkunx fuq barra u ma
tkunx tista’ tiġi f’kuntatt ma’ xi kontenuti tiegħu jew
jekk il-wiċċ kollu ta’ ġewwa ma jkunx hekk lakkat illi
l-lakka tkun tgħatti għal kollox u kontinwament dik il-
parti tal-wiċċ ta’ ġewwa li tkun magħmula minn landa
jew saldatura.
(2) Ebda persuna tali ma għandha tuża jew tħalli li jintuża xi
reċipjent jew utensili għall-ħżin jew preparazzjoni ta’ ikel, jekk dak
ir-reċipjent jew utensili ma jkunx ħieles minn antimonja, ċomb,
arseniku, cadmium, jew xi sustanza oħra li tkun tista’ terħi xi
proprjetà  velenuża jew dannuża ma’ xi ikel preparat jew maħżun
fih, u, dwar xi reċipjent jew utensili ta’ l-enamel jekk dak ir-
reċipjent jew utensili ma jkunx jirreżisti l-aċidu.
Trasport ta’ laħam.
Emendat:
A.L. 25 ta’ l-1977.
28. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-sub-regolament
(2), ebda laħam (ħlief fniek jew liebri mhux imqaxxra, jew kaċċa
jew pullam mhux imnittef) ma għandu jinġarr fuq xi vettura jekk
mhux skond id-disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) kull vettura magħluqa għandha tkun ventilata, is-saqaf
u l-ġnub tagħha għandhom ikunu li ma jgħaddix ilma
minnhom minn naħa ta’ barra u minn naħa ta’ ġewwa
għandhom ikunu magħmulin minn materjal li jkun
jista’ jitnaddaf faċilment, u l-kantunieri ta’ ġewwa
kollha tagħha għandhom ikunu fit-tond;
(b) kull vettura minbarra vettura magħluqa għandha tkun
mgħottija b’kanvas jew xi materjal ieħor impermeabbli
u li jinħasel imqiegħed b’dak il-mod li jdawwar għal
kollox dik il-parti tal-vettura li fiha jkun tqiegħed il-
laħam u, kemm ikun reġonevolment prattikabbli, l-
għoti ma għandux jitħalla jmiss mal-laħam;
(ċ) l-art tal-vettura għandha tkun jew ta’ materjal imper-
meabbli u magħmula b’dak il-mod li jiffaċilita t-tbattil
mill-likwidu u t-tindif tiegħu, jew ikollha duckboards
li jistgħu jitneħħew użati b’dak il-mod li jimpedixxi li
l-laħam jew it-tgeżwir tiegħu jmiss ma’ dik l-art;
(d) kull duckboard jew reċipjent li fuqu jew li fih
jitqiegħed il-laħam u kull partijiet bħal dawk ta’ kull
ċnieg, bċejjeċ jew tagħmir ieħor użat għat-tagħbija jew
ħatt tal-laħam li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-laħam jew
mat-tgeżwir tiegħu għandhom jinżammu ndaf u fi stat
tajjeb ta’ tiswija u kondizzjoni biex ikunu jistgħu
jitnaddfu għal kollox;
(e) ħlief kif provdut fis-sub-regolament (2), ebda fdal ta’
laħam (ħlief irjus imqaxxra, irjus mismuta u fdal ta’
12 L.S.231.02 ħ IĠJENE TA’ L-IKEL
laħam li ma jkunx inqala’ minn mal-karkassa) ma
għandu jinġarr f’xi vettura jekk mhux f’reċipjenti
mgħottija li għandhom ikunu provduti għal dan l-iskop
fuq il-vettura u li għandhom ikunu magħmula minn
materjal impermeabbli u miżmuma ndaf u fi stat tajjeb
ta’ tiswija u kondizzjoni biex ikunu jistgħu jitnaddfu
għal kollox;
(f) partition għandu jissiġilla l-kabina tax-xufier minn dik
il-parti tal-vettura li fiha jkun qed jinġarr il-laħam;
(g) il-vettura għandha tkun ta’ lewn krema ċar bi strixxa
kaħla dijagonali ta’ ħmistax-il ċentimetru wisgħa.
(2) Ebda ħaġa fis-sub-regolament (1) ma teħtieġ il-provdiment
jew l-użu ta’ xi reċipjent għat-trasport ta’-
(a) fdal tal-laħam ippakkjat jew imġeżwer iffriżat sakemm
dak il-fdal jibqa’ iffriżat iebes;
(b) interjuri ta’ kaċċa jew pullam li jinġarru fil-karkassa
jew li jkunu mwaħħlin mal-karkassa li minnha jkunu
tneħħew;
(ċ) kirxa mhux imnaddfa, stonku mhux imnaddaf, imsaren
mhux imnaddfa jew saqajn mhux imnaddfa f’vettura li
fiha ma jkun qed jinġarr ebda laħam ħlief fdal ta’ dawn
ix-xorta;
(d) irjus mhux imqaxxra jew mhux mismuta f’vettura li
fiha ebda laħam ħlief fdal ta’ dawn ix-xorta jew saqajn
mhux imnaddfa jkunu qed jinġarru.
(3) Ebda vettura wżata għat-trasport ta’ laħam ma għandha
tintuża għal xi skop ieħor ikun liema jkun.
Ġarr ta’ ħobż, eċċ.
Emendat:
A.L. 135 ta’ l-
1974.
29. (l) Ebda ħobż, ħelu magħmul mid-dqiq jew bakery goods
ma għandhom jinġarru fuq xi vettura jekk mhux skond id-disposiz-
zjonijiet li ġejjin:
(a) il-vettura għandha tkun vettura magħluqa ta’ kulur
krema ċar bi strixxa ħamra dijagonali ħmistax-il
ċentimetru; dik il-vettura għandha tkun ventilata għas-
sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  Sanitarja, is-saqaf u l-ġnub
tagħha għandhom ikunu li ma jgħaddix ilma minnhom
u, minn naħa ta’ ġewwa, għandhom ikunu magħmula
minn materjal li jitnaddaf faċilment;
(b) l-art tal-vettura għandha tkun magħmula minn materjal
impermeabbli u mqiegħed b’dak il-mod biex jiġi
faċilitat it-tindif tiegħu, u għandu jkollha duckboards
li jistgħu jitneħħew u wżati b’dak il-mod li ma jitħallix
li ħobż, ħelu magħmul mid-dqiq jew bakery goods li
jmissu ma’ dik l-art;
(ċ) kull duckboard jew reċipjent għandu jinżamm f’dak l-
istat tajjeb ta’ tiswija u kondizzjoni li dik id-
duckboard jew reċipjent ikun jista’ jitnaddaf sewwa;
(d) partition għandu jissiġilla l-kabina tax-xufier minn dik
il-parti tal-vettura li fiha jkun qed jinġarr il-ħobż, ħelu
magħmul mid-dqiq jew il-bakery goods;
IĠJENE TA’ L-IKEL ġ L.S.231.02 13
(e) ma għandha tinġarr ebda persuna fuq il-vettura ħlief
fil-kompartiment tas-sewwieq.
(2) Ebda vettura wżata għall-ġarr ta’ ħobż, ħelu magħmul mid-
dqiq jew bakery goods ma għandha tintuża għal xi skop ieħor ikun
f’liema ħin ikun.
Trasport ta’ ħalib 
pasturizzat.
Miżjud:
A.L. 50 ta’ l-1988.
30. (1) Ebda ħalib pasturizzat u ebda rikotta, yoghurt jew
fresh cream li jkunu maħsubin għall-bejgħ jew bħala ingredjent fil-
preparazzjoni ta’ xi ikel li jkun maħsub għall-bejgħ, ma għandhom
jinġarru fuq xi vettura jekk mhux skond id-disposizzjonijiet li
ġejjin:
(a) il-vettura għandha tkun vettura magħluqa, miżbugħa
bajda, u li jkollha dawn is-sinjali fuq kull naħa laterali,
minbarra fuq quddiem u fuq wara: faxx djagonali ta’
lewn blu skur, li jkollu wisa’ ta’ ħmistax-il ċentimetru
u li jkun itwal minn metru, li jkun imiss mal-
komponenti linejari ta’ wara u ta’ fuq tan-naħa li tkun;
il-wiri b’mod ċar u li jispikka tal-kelma "ĦALIB" fl-
ispazju tan-nofs tan-naħa li tkun; u l-isem u l-indirizz
li jinqraw faċilment tal-persuna jew ditta li tkun qed
tmexxi dak in-negozju skond ir-regolament 21;
(b) il-ġewwieni tal-vettura għandu jkun kompost minn
materjal li ma jikkorrodix bi trufijiet ittundjati bejn in-
naħat ta’ fuq u l-qiegħa u jkollu dik l-għamla li jista’
jitnaddaf faċilment;
(ċ) il-vettura għandha tkun vettura refriġerata li fiha l-
ħażna f’temperatura kontrollata tal-ħalib jew tal-
prodott li jkun qed jinġarr, tkun tista’ tinżamm f’kull
ħin għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  Sanitarja;
(d) l-insulazzjoni tal-vettura għandha tkun tali li t-
temperatura ġewwa l-vettura ma għandhiex titla’
b’iktar minn 3º  Ċentigradu f’sitt sigħat meta s-sistema
refriġerattiva tkun mitfija;
(e) it-tagħmir u l-apparat kollu li jkun hemm fis-sistema
refriġerattiva għandu jkun ta’ materjal li ma
jikkorrodix u s-sistema refriġerattiva għandha minn
barra titgħammar b’mod tali li t-temperatura tkun tista’
tinqara faċilment.
(2) Ebda vettura użata għall-ġarr ta’ ħalib pasturizzat, rikotta,
yoghurt u fresh cream ma għandha tintuża għal xi skop ieħor ikun
liema jkun.
(3) Għall-fini ta’ dan ir-regolament, "il-ħażna f’temperatura
kontrollata" tfisser il-ħażna jew il-ġarr tal-ħalib jew tal-prodott
f’temperatura li ma tkunx taqbeż il-5º  Ċentigradu.
Persuni li jbagħtu 
b’xi infezzjonijiet.
31. Meta xi persuna li tkun qed taħdem fil-maniġġ ta’ l-ikel
tinduna li tkun qed tbagħti minn, jew tkun carrier ta’ tifojde,
paratifojde jew xi infezzjoni oħra, salmonella jew dissenterija jew
xi infezzjoni stafilokokka li x’aktarx tipproduċi avvelenament ta’ l-
ikel, għandha minnufih tavża b’dan lil min ikun qed imexxi n-
negozju li għandu, minnufih kif jirċievi dak l-avviż, javża lis-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika dwar hekk:
14 L.S.231.02 ħ IĠJENE TA’ L-IKEL
Iżda, meta l-persuna li tkun qed tbagħti minn, jew tkun
carrier ta’, dik il-marda, tkun il-persuna stess li tmexxi n-negozju
ta’ l-ikel, għandha tavża b’dan lis-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika minnufih.
Temperatura li fiha 
xi ikel għandu 
jinżamm.
Emendat:
A.L. 179 ta’ l-
2001.
32. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (3),
kull ikel li jikkonsisti minn laħam, ħut, gravy jew imitazzjoni ta’
krema, jew preparat minn jew ikollu xi waħda minn dawn is-
sustanzi jew xi bajda jew ħalib, għandu, jekk it-temperatura ma
tkunx diġà  fil-gradazzjoni ta’ temperatura permessa, tinġieb f’dik
il-gradazzjoni mingħajr telf ta’ żmien wara li jasal f’xi lokal, fejn
ikun hemm l-ikel, f’xi lokal ieħor, bastiment jew posta, li minnhom
jew minn fejn jitmexxa negozju ta’ l-ikel ujew negozju ta’ catering.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (3),
kull ikel li għalih japplika s-sub-regolamrnt (1) u kull ikel li jkun
ġie msajjar jew imsajjar f’parti fuq jew ġo xi lokal, bastiment jew
posta li fuqha jew minnha jitmexxa negozju ta’ catering għandu
jew jinżamm f’temperatura ta’ mhux inqas minn 145º  Fahrenheit
(62.7º  Ċentigradu) sakemm ikun meħtieġ biex jiġi servut għall-
konsum immedjat, jew, jekk it-temperatura tinġieb jew titħalla
tinżel taħt il-145º  Fahrenheit (62.7º  Ċentigaradu) jitberred għal
temperatura taħt il-50º  Fahrenheit (10º  Ċentigradu) taħt kondizzjo-
nijiet iġjeniċi malajr kemm ikun reġonevolment prattikabbli u wara
dan jinżamm taħt il-50º  Fahrenheit (10º  Ċentigradu) sakemm ikun
meħtieġ biex jiġi servut jew jitkompla jissajjar jew jissaħħan biex
jiġi servut.
(3) (a) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma
japplikawx għal -
(i) ħobż, gallettini, cake jew pastry minħabba biss
l-użu ta’ bajd jew ta’ ħalib bħala ingredjent
tagħhom imqegħda qabel il-ħami;
(ii) pastizzi jew oġġetti oħra bħalhom;
(iii) ċikkulata jew ħelu biz-zokkor;
(iv) ġelat li għalih japplikaw id-disposizzjonijiet tar-
regolamenti 34, 35, 36 u 37;
(v) ikel fil-laned, bottiljat jew ippreservat xort’oħra
f’reċipjent magħluq sewwa tal-metall, ħġieġ jew
materjal ieħor impermeabbli, sakemm ir-
reċipjent jibqa’ magħluq b’mod effettiv;
(vi) butir, marġerina, xaħam, shortening, xaħmijiet
tat-tisjir jew xaħam tal-kilwa taċ-ċanga;
(vii) ġobon, bacon nej, perżut nej, għaġin, taħlit xott
tal-pudina, taħlit xott tas-soppa jew taħlitiet
xotti għall-preparazzjoni ta’ xorb; jew
(viii) ebda fniek mhux imqaxxra jew kaċċa jew pullam
mhux imnittfa.
(b) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma
japplikawx relattivament għal ikel li t-temperatura
tiegħu tkun barra mill-gradazzjoni ta’ temperatura
permessa, sakemm dik it-temperatura tintlaħaq biss
matul xi waħda mill-proċessi li ġejjin, jiġifieri, l-
IĠJENE TA’ L-IKEL ġ L.S.231.02 15
egħmil ta’ xi proċess f’xi waqt tal-preparazzjoni,
ċaqliq minn parti ta’ lokal, bastiment jew posta għall-
oħra, jew tagħbija u ħatt, u sakemm, meta jispiċċa dak
il-proċess, jerġa’ jiġi mqiegħed fil-gradazzjoni ta’
temperatura permessa.
(4) F’dan ir-regolament, "bajda" tinkludi bajda sħiħa, isfar jew
l-abjad tal-bajda kemm jekk il-bajda, l-isfar jew l-abjad tal-bajda
jkun imnixxef, iffriżat jew presarvat xort’oħra jew le, u "ħalib"
tinkludi ħalib separat jew xkumat, trab tal-ħalib, ħalib kondensat
jew krema.
Faċilitajiet għall-
ħżin f’temperatura 
kontrollata.
33. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 37, kull
lokal, bastiment jew posta li fiha jew li minnha xi ikel,  li l-cold
storage tiegħu tkun meħtieġa mill-Awtorità  Sanitarja skond il-
prattika tajba, jinbiegħ, jinżamm, jiġi offert jew espost għall-bejgħ
għall-konsum mill-bniedem, għandu jkun provdut b’dawk il-
faċilitajiet għall-ħżin f’temperatura kontrollata ta’ dak l-ikel kif l-
Awtorità  Sanitarja tista’ tordna.
TAQSIMA V
Ħtiġiet dwar il-Manifattura u l-Bejgħ ta’ Ġelati
Ħtiġiet fil-
manifattura ta’ 
ġelati.
34. Il-ħtiġiet murija fiż-żewġ regolamenti li jiġu wara dan
għandhom jitħarsu fil-manifattura ta’ ġelati maħsuba għall-bejgħ
għall-konsum mill-bniedem: 
Iżda l-ħtiġiet murija fir-regolament 36 ma għandhomx
japplikaw għal xi taħlita (kemm jekk ikollha solidi tal-ħalib kemm
jekk ma jkollhiex) użata, jew waħedha jew ma’ taħlitiet oħra, fil-
manifattura ta’ silġ bl-ilma jew xi konfezzjoni oħra simili iffriżata
jekk it-taħlita jkollha valur ta’ pH ta’ 4.5 jew inqas.
Konverżjoni 
f’ġelati ta’ taħlita 
rikostitwita.
Emendat:
A.L. 52 ta’ l-1984.
35. Meta tintuża taħlita kompleta kiesħa li tkun rikostitwita
b’ilma tax-xorb tajjeb u li magħha xejn ma jiżdied ħlief zokkor,
kulur jew materjal ta’ flavouring, frott, ġewż, ċikkulata jew xi
sustanza oħra bħal dawn, it-taħlita rikostitwita għandha tiġi
konvertita f’ġelat fi żmien siegħa milli tiġi rikostitwita.
Trattament bi 
sħana ta’ ġelati.
36. F’kull każ ħlief dak imsemmi fl-aħħar regolament ta’ qabel
dan, wara li l-ingredjenti jitħalltu flimkien id-disposizzjonijiet li
ġejjin għandhom japplikaw:
(a) it-taħlita ma għandhiex tinżamm għal iktar minn
siegħa f’temperatura ta’ iktar minn 45º  Fahrenheit
(7.2º  Ċentigradu) qabel ma tiġi pastorizzata jew
sterilizzata skond il-paragrafu li jiġi wara dan;
(b) it-taħlita għandha tkun suġġettata għal wieħed jew
ieħor mill-metodi ta’ pastorizzazzjoni jew
sterilizzazzjoni murija hawn taħt:
Pastorizzazzjoni
Metodu I. It-taħlita għandha tittella’ u tinżamm
f’temperatura ta’ mhux inqas minn 150º
Fahrenheit (66º  Ċentigradu) għal mill-inqas 30
minuta.
Metodu II. It-taħlita għandha tittella’ u tinżamm
16 L.S.231.02 ħ IĠJENE TA’ L-IKEL
f’temperatura ta’ mhux inqas minn 160º
Fahrenheit (71º  Ċentigradu) għal mill-inqas 10
minuti.
Metodu III. It-taħlita għandha tittella’ u tinżamm
f’temperatura ta’ mhux inqas minn 175º
Fahrenheit (79.5º  Ċentigradu) għal mill-anqas
15-il sekonda.
Sterilizzazzjoni
It-taħlita għandha tittella’ u tinżamm f’temperatura
ta’ mhux inqas minn 300º  Fahrenheit (149º
Ċentigradu) għal mill-inqas 2 sekondi;
(ċ) l-apparat użat biex jissoġġetta t-taħlita għal
pastorizzazzjoni bil-Metodu III jew għal
sterilizzazzjoni għandu jkun kontrollat
termostatikament u għandu jkun mgħammar b’positive
displacement pump jew b’dak l-apparat ieħor kif jista’
jiġi approvat mill-Awtorità  Sanitarja biex tiġi żgurata
rata kostanti ta’ ħruġ tat-taħlita matul li tinżamm fit-
temperatura preskritta u wkoll b’apparat li, jekk xi
taħlita ma tkunx ittellgħet għat-temperatura preskritta,
awtomatikament jibdel il-kors ta’ ħruġ ta’ xi taħlita
bħal dik jew, bħala alternattiva fil-każ ta’
sterilizzazzjoni, iwaqqaf l-apparat;
(d) wara li t-taħlita tkun ġiet pasturizzata jew sterilizzata
kif intqal qabel hi għandha tiġi ridotta għal
temperatura ta’ mhux iżjed minn 45º  Fahrenheit (7.2º
Ċentigradu) fi żmien siegħa u nofs u għandha tinżamm
f’dik it-temperatura sakemm jibda l-proċess ta’ friżar:
Iżda -
(i) din il-ħtieġa ma tapplikax għal taħlita li tkun
ġiet sterilizzata skond il-ħtiġiet tal-paragrafu (b)
jekk minnufih wara li t-taħlita tkun ġiet hekk
sterilizzata titqiegħed f’reċipjenti sterilizzati u li
fihom ma tidħolx arja taħt kondizzjonijiet ta’
sterilizzazzjoni u r-reċipjent jibqa’ mhux miftuħ,
u
(ii) it-temperatura ta’ taħlita tista’ titħalla titla’ ’il
fuq mill-45º  Fahrenheit (7.2º  Ċentigradu) meta
miżjuda ma’ taħlita (li jkollha valur ta’ pH ta’
4.5 jew inqas) għall-preparazzjoni ta’ silġ ta’ l-
ilma jew konfezzjoni oħra simili ffriżata jekk it-
taħlita kombinata tiġi iffriżata fi żmien siegħa li
tkun kombinata;
(e) kull taħlita li għaliha japplika l-proviso (i) li hemm
ma’ l-aħħar paragrafu ta’ qabel dan, meta jinfetaħ ir-
reċipjent, għandha minnufih titniżżel għal temperatura
ta’ mhux iktar minn 15º  Fahrenheit (7.2º  Ċentigradu) u
għandha tinżamm f’dik it-temperatura sakemm jibda l-
proċess ta’ l-iffriżar;
(f) dawk it-termometri li juru u jirreġistraw għandhom
jintużaw kif l-Awtorità  Sanitarja tista’ raġonevolment
IĠJENE TA’ L-IKEL ġ L.S.231.02 17
teħtieġ biex tiżgura li d-disposizzjonijiet ta’ qabel dan
dwar it-temperatura li għaliha jew fiha t-taħlita
tittella’, tinżamm jew titniżżel ikunu ġew imħarsa;
(g) ir-reġistrazzjonijiet ta’ kull termometru wżat biex
jirreġistra temperaturi li għalihom jew fihom it-taħlita
tittella, tinżamm jew titniżżel għandhom jiġu
konservati għal perijodu ta’ mhux inqas minn xahar;
(h) l-apparat kollu wżat għall-fini ta’ dan il-paragrafu
għandu jitqiegħed, jinżamm u jiġi operat għas-
soddisfazzjon ta’ l-Awtorità  Sanitarja.
Bejgħ, eċċ., ta’ 
ġelati.
Emendat:
A.L. 73 ta’ l-1970.
37. Il-ġelati ma għandhomx jinbiegħu jew jiġu offerti għall-
bejgħ jekk -
(a) id-disposizzjonijiet relattivi tar-regolamenti 34, 35 u
36 ma jkunux ġew imħarsa dwar il-manifattura
tagħhom, u jew
(b) ikunu nżammu f’temperatura ta’ mhux iktar minn 28º
Fahrenheit (-2.2º  Ċentigradu) minn meta jkunu
iffriżati, jew
(ċ) jekk it-temperatura tagħhom tkun għoliet iktar minn
28º  Fahrenheit (-2.2º  Ċentigradu) f’xi ħin minn meta
jkunu iffriżati, ma jkunux suġġettati mill-ġdid għal
trattament (jekk ikun hemm) li għalih bħala taħlita
kien meħtieġ li tiġi suġġettata skond ir-regolament 36
jew kien ikun meħtieġ li tiġi suġġettata skond dak ir-
regolament li kieku ma kienx għar-regolament 35 u,
wara li jiġu iffriżati għal darb’oħra, ikunu nżammu
f’temperatura ta’ mhux iktar minn 28º  Fahrenheit
(-2.2º  Ċentigradu).
Avviż ta’ mard 
imxerred b’kawża 
ta’ ġelati.
38. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 31, kull
manifattur, jew negozjant, ta’ ġelati għandu, meta jkun hemm xi
marda msemmija fl-imsemmi regolament jew difterja, skarlatina,
infjammazzjoni akuta tal-grieżem jew gastroenterite fost persuni li
jgħixu jew jaħdmu fil-lokal jew madwar il-lokal, jew li jaħdmu f’xi
posta, jew f’xi jew madwar kamra jew spazju fuq bastiment, li fih,
fuqu jew minnu l-ġelati jiġu manifatturati, maħżuna jew mibjugħa,
skond il-każ, javża minnufih b’dan lis-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika.
Tifsiriet ta’ kliem 
f’din it-Taqsima.
Emendat:
A.L. 52 ta’ l-1984.
39. F’din it-Taqsima -
"karboidrat" tfisser sustanza li jkun fiha karbonju, idroġenu u
ossiġenu biss li fiha l-idroġenu u l-ossiġenu jinsabu fl-istess
proporzjon bħal fl-ilma;
"taħlita kompleta kiesħa" tfisser prodott li jkun jista’ jiġi
manifatturat f’taħlita biż-żieda ta’ ilma biss, jintbagħat mill-
manifattur f’reċipjenti li fihom ma tidħolx arja, u li jkun magħmul
bl-evaporizzazzjoni ta’ taħlita likwida li tkun diġà  ġiet sottomessa
għal trattament tas-sħana li jista’ jiġi paragunat ma dak preskritt
fir-regolament 36;
"ġelati" tinkludi kull oġġett ieħor simili;
"ingredjent" tinkludi zokkor u kull bajda sħiħa, l-isfar ta’ bajda
18 L.S.231.02 ħ IĠJENE TA’ L-IKEL
jew l-abjad ta’ bajda (kemm jekk trab, iffriżat jew priservat jew le)
imma ma tinkludix materjal ta’ kulur jew ta’ flavouring jew frott,
ġewż, ċikkulata jew sustanzi oħra simili;
"taħlita" tfisser prodott li jkun jista’ jiġi manifatturat f’ġelat bl-
iffriżar biss;
"zokkor" tfisser kull sustanza solvibbli ta’ karboidrat li tagħmel
ħelu.
SKEDA 
(Regolament 2)
Ikel li ma jitqiesx bħala ikel mikxuf
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Ikel Mod ta’ Tgeżwir jew Egħluq
Butir, marġerina u xaħam tat-
tisjir
Kull egħluq għal kollox
f’karta jew f’foil
greaseproof.
Laħam, ħlief laħam li jkun ġie
misjur jew b’mod ieħor
ippreparat għall-bejgħ b’xi
proċess simili
Kull tgeżwir għal kollox
b’mutton cloth, hessian jew
jute.
Ħut Kull egħluq għal kollox
f’karta jew f’foil
greaseproof.
Ħaxix u frott Kull kaxxa, borża, xkora,
reċipjent tal-qafla jew film
pack flessibbli.
Ħelu magħmul bid-dqiq u bakery
goods
Kull egħluq għal kollox.
Ġelat Kull egħluq għal kollox li
jkun grease-proof tal-karta,
foil, film, kartun, kartuna,
tazza, jew tgeżwir simili.
Ice lollies Kull egħluq għal kollox li
jkun grease-proof tal-karta,
foil, film, jew tgeżwir
simili, jew xi borża
magħmula minn dak il-
materjal li jkun ser ikollu
fih l-ice lolly u li jkun jew
ma jkunx siġillat fit-tarf li
minnu toħroġ l-istikketta
jew il-manku.
