PROJBIZZJONI TA’ L-IMPORTAZZJONI U 
L-UŻU TA’ ŻJUT VEĠETALI BROMATI ġ L.S.231.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.03
REGOLAMENTI DWAR IL-PROJBIZZJONI 
TA’ L-IMPORTAZZJONI U L-UŻU TA’ ŻJUT 
VEĠETALI BROMATI
15 ta’ Frar, 1972
L-AVVIŻ LEGALI 9 ta’ l-1972.
Titolu.
Projbizzjoni ta’ l-Importazzjoni u l-Użu ta’ Żjut Veġetali Bromati.
Tifsir.
Kap. 231.
"ħwejjeġ ta’ l-ikel" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha fl-
artikolu 2 ta’ l-Ordinanza dwar il-Ħwejjeġ ta’ l-Ikel, Mediċinali u
Ilma tax-Xorb;
"ħwejjeġ ta’ l-ikel projbiti" tfisser kull ħwejjeġ ta’ l-ikel li
jinkludu bħala wieħed mill-kostitwenti tagħhom, f’kull kwantità ,
żejt veġetali bromat jew li fil-preparazzjoni tagħhom ikun intuża
b’xi mod żejt veġetali bromat.
Projbizzjoni ta’ 
importazzjoni.
3. Ħadd ma jista’ jimporta f’dawn il-Gżejjer żejt veġetali
bromat jew ħwejjeġ ta’ l-ikel projbiti.
Projbizzjoni ta’ 
użu.
4. Ħadd ma jista’ juża żejt veġetali bromat fil-preparazzjoni
ta’ xi ħwejjeġ ta’ l-ikel, f’kull kwantità , għal kwalunkwe raġuni
tkun liema tkun.
Projbizzjoni ta’ 
tiżmim.
5. Ħadd ma jista’ jżomm f’xi post għal kwalunkwe skop żejt
veġetali bromat jew ħwejjeġ ta’ l-ikel projbiti.
