SWIEQ PUBBLIĊI ġ L.S.231.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.04
REGOLAMENTI DWAR IS-SWIEQ PUBBLIĊI
1 ta’ Mejju, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 141 ta’ l-1975, kif emendat bl-Avviż Legali 20 ta’ l-
1977.
Titolu.
Swieq Pubbliċi.
Tifsir.
"suq tal-ħut" tinkludi kull post fejn żewġ posti jew iktar ikunu
miġbura flimkien sew jekk f’bini jew xort’oħra, għall-għan biss li
jinbiegħ ħut nej jew ikel ieħor tal-baħar li jkun nej, bl-imnut;
"suq" u "suq pubbliku" ifissru kull suq li b’mod xieraq hekk
jissejjaħ fejn posti jkunu miġbura flimkien, sew jekk f’bini jew
xort’oħra, sabiex jinbiegħu ħwejjeġ ta’ l-ikel, magħdud suq tal-ħut,
iżda ma jinkludux -
L.S.117.20
(a) xi ċentru tas-swieq ta’ prodotti tal-biedja li jaqa’ taħt
ir-Regolamenti dwar iċ-Ċentri tas-Swieq ta’ Prodotti
tal-Biedja, jew xi regolamenti li jissostitwuhom; jew
(b) xi suq fejn in-negozju kollu tal-ħwejjeġ ta’ l-ikel
hemmhekk ikun immexxi minn persuna waħda
liċenzjata għal hekk;
L.S.231.02
"ikel mikxuf" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bir-
Regolamenti dwar l-Iġjene ta’ l-Ikel;
"tbiegħ" tinkludi toffri, turi jew tirreklama għall-bejgħ u
tipprovdi għal kumpens jew xort’oħra.
Ħinijiet ta’ ftuħ.
ħinijiet li l-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jistabbilixxi minn żmien
għal żmien, jew b’mod ġenerali jew speċifikament għal suq
partikolari:
Iżda l-Awtorità  Sanitarja tista’ tipprojbixxi li jidħlu
ħwejjeġ ta’ ikel f’suq matul ċerti ħinijiet speċifikati minnha:
Iżda wkoll l-imsemmi Kummissarju jista’, kull meta
jidhirlu meħtieġ fl-interess pubbliku, jissospendi x-xogħol fi, u
meta applikabbli jagħlaq, kull suq.
Xorta ta’ ħwejjeġ 
ta’ l-ikel li 
jinbiegħu.
4. L-Awtorità  Sanitarja għandha tistabbilixxi x-xorta ta’
ħwejjeġ ta’ l-ikel li tista’ tinbiegħ f’kull taqsima tas-suq u kull
posta tista’ tintuża biss għall-bejgħ tax-xorta ta’ ħwejjeġ ta’ l-ikel
hekk stabbilita.
Tagħmir, eċċ., ta’ 
posti.
5. (1) Il-posti għandhom ikunu mgħammra b’dak it-tagħmir
meħtieġ għall-kummerċ li jsir hemmhekk kif ikun meħtieġ minn
żmien għal żmien mill-Awtorità  Sanitarja.
(2) Kull meta jinbiegħu ħwejjeġ ta’ l-ikel mikxufin, barra
minn laħam, ħut nej jew ikel tal-baħar ieħor li jkun nej, dawn
għandhom jinżammu taħt għoti xieraq magħmul mill-ħġieġ jew xi
2 L.S.231.04 ħ SWIEQ PUBBLIĊI
materjal ieħor bħal dan għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  Sanitarja u
dak l-għoti għandu jifrex għal quddiem, fuq u l-ġnub tal-post fejn
jinżammu l-ħwejjeġ ta’ l-ikel.
(3) Ebda persuna barra minn bejjiegħ f’posta jew impjegat
tiegħu ma għandha f’xi ħin tibqa’ ġol-posta, jew wara l-posta,
skond il-każ.
Ilbies ta’ blużi, eċċ. 6. (l) Il-bejjiegħa f’posta, kull persuna mpjegata minnhom
jew mid-detentur tal-liċenza relattiva, u kull persuna oħra li, fuq id-
direttiva tal-bejjiegħ f’posta jew tad-detentur tal-liċenza relattiva,
tkun taħdem jew xort’oħra jkollha xogħol fil-kummerċ li jsir f’xi
posta għandha, fil-waqt li tkun hekk qed taħdem jew tagħmel
xogħol, tilbes għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  Sanitarja bluża
nadifa u li tista’ tinħasel ta’ materjal abjad u, meta fil-fehma ta’ l-
imsemmija Awtorità  jkun meħtieġ għoti tar-ras, għoti tar-ras nadif
u li jinħasel ta’ l-istess kulur:
Iżda, l-Awtorità  Sanitarja tista’ f’kull każ partikolari,
tawtorizza bil-miktub lil kull persuna biex tilbes fardal nadif u li
jinħasel għas-sodisfazzjon ta’ dik l-Awtorità  minflok l-imsemmija
bluża.
(2) Ebda waħda mill-persuni msemmija fis-sub-regolament (l)
ma għandha, matul il-ħinijiet ta’ l-egħluq, tibqa’ ġewwa s-suq
mingħajr il-permess ta’ l-Awtorità  Sanitarja.
Indafa tal-posti. 7. (1) Bejjiegħa f’posti għandhom jisbarazzaw il-posti u l-
kantini tagħhom kull meta jkunu hekk ordnati jagħmlu mill-
Awtorità  Sanitarja għat-tindif ġenerali tas-suq jew għal xi raġuni
oħra:
Iżda din id-disposizzjoni ma teħlisx lill-bejjiegħa f’posti
mill-obbligu li jżommu l-posti u l-kantini tagħhom u t-tagħmir
kollu ta’ ġo fihom nodfa u puliti l-ħin kollu għas-sodisfazzjon ta’ l-
Awtorità  Sanitarja.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  tas-sub-regolament (1), kull
posta għandha tiġi provduta mill-bejjiegħ tagħha b’reċipjent xieraq
biex fih jintefgħu r-rimi u ż-żibel.
Daqs, eċċ., ta’ 
refrigerator.
8. L-Awtorità  Sanitarja għandha tiddeċiedi fuq id-daqs, ix-
xorta u fejn titqiegħed fil-posta kull refrigerator.
Ingombru. 9. (1) Il-kurituri jew il-passaġġi ta’ kull suq għandhom
jinżammu f’kull ħin ħielsa minn ingombru.
(2) Ebda persuna ma għandha titfa’ fil-kurituri jew fil-
passaġġi jew f’xi parti oħra ta’ xi suq xi sustanza likwida jew xi
materjal ieħor ikun li jkun.
Ħażna ta’ ħwejjeġ 
ta’ l-ikel f’posti.
10. (1) II-posti f’kull suq ma għandhomx ikunu maħżuna iktar
minn kemm ikun raġonevolment meħtieġ minn ġurnata għal oħra
jew b’xi mod li tiġi mfixkla l-prattika bl-ordni jew iġjenika fil-
posta.
(2) L-Awtorità  Sanitarja tista’ tordna li kull oġġetti li
jinżammu bi ksur tas-sub-regolament (1) jitneħħew mis-suq
minnufih.
SWIEQ PUBBLIĊI ġ L.S.231.04 3
Projbizzjoni ta’ 
ċerti ħwejjeġ ta’ l-
ikel.
Sostitwit:
A.L. 20 ta’ l-1977.
11. Ebda persuna ma għandha żżomm -
(a) f’xi suq -
(i) karkassi minfuħin ta’ pullam jew annimali oħra,
jew
(ii) ħwejjeġ ta’ l-ikel ippriżervati li r-reċipjenti
tagħhom juru sinjali ta’ deterjorazzjoni jew ta’
qdumija, jew
(iii) xi ħut maqtul permezz ta’ narkotiċi jew xi
sustanza oħra ta’ ħsara, jew
L.S. 231.12
(iv) xi ħut, krustaċej jew molluski li jkun fihom xi
additiv kontra d-disposizzjonijiet tar-
Regolamenti dwar il-Ħut, jew
(b) fis-Suq tal-Belt Valletta, karkassi ta’ pullam jew fniek
kemm-il darba dawn ma jkunux ġew maqtula u
ttimbrati f’dik il-parti ta’ l-imsemmi suq maħsuba għal
hekk.
Żibel, eċċ.
deterjorazzjoni, ma għandhom jinżammu f’xi parti tas-suq ħlief fir-
reċipjent imsemmi fir-regolament 7(2).
Oġġetti fil-kantina.
oġġett barra minn dak kif approvat mill-Awtorità  Sanitarja, u kull
oġġett li jinżamm bi ksur ta’ din id-disposizzjoni jista’ jiġi ordnat li
jitneħħa mill-Awtorità  Sanitarja.
Kamra fis-Suq tal-
Belt Valletta għall-
qtil, eċċ., ta’ 
pullam u fniek.
14. (1) Kamra fis-Suq tal-Belt Valletta għandha titwarrab
sabiex jinqatlu, jiġu ppreparati u jiġu mbullati l-pullam u l-fniek
maħsuba li jinbiegħu f’xi suq, u, meta jkunu maħsuba għall-qatla,
dawn għandhom jinżammu f’dak il-post u taħt dawk il-
kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti mill-ispettur sanitarju
inkarigat mill-imsemmi suq.
(2) Il-pullam u l-fniek għandhom jinqaltu quddiem l-uffiċjal
inkarigat mill-imsemmija kamra u ma għandhomx jitneħħew minn
hemm wara l-qatla qabel ma jkunu mbullati minn dak l-uffiċjal.
(3) L-imsemmi uffiċjal jista’ jipprojbixxi l-qtil ta’ pullam jew
fniek li juru sinjali ta’ mard jew li jkunu jidhru li m’humiex tajbin
għall-konsum mill-bniedem qabel ma dawn ikunu spezzjonati u
mgħoddija mill-ispettur sanitarju inkarigat mill-imsemmi suq.
(4) Dawk il-persuni biss li jitħallew mill-Awtorità  Sanitarja
jistgħu jużaw il-kmamar tal-qatla, u dawk il-persuni għandhom
ikunu ndaf f’persunithom u lebsin b’mod xieraq, u l-għodod li
jużaw għandhom ikunu ndaf għas-sodisfazzjon ta’ l-uffiċjal
inkarigat mill-imsemijja kmamar.
Annimali ħajjin.
jinzammu f’xi suq, ħlief il-ħut, li ma jkunux ikel tal-baħar, jew
dawk l-annimali msemmija fi, u għall-għanijiet ta’, ir-regolament
14.
Facsimile tal-boll.
f’kull ħin, jew għandu jġiegħel li jintwera u jinżamm f’kull ħin,
f’parti tal-posta fejn tidher fejn jinbiegħ il-laħam facsimile (mogħti
mill-Gvern) tat-trmbru tal-Boll uffiċjali wżat fil-biċċerija tal-Gvern
4 L.S.231.04 ħ SWIEQ PUBBLIĊI
biex ikun ittimbrat il-laħam.
Spezzjonijiet ta’ 
posti u kantini.
17. L-Awtorità  Sanitarja, kif ukoll kull uffiċjal pubbliku,
jistgħu f’kull żmien, u mingħajr avviż bil-quddiem, jidħlu f’kull
posta jew kantina f’kull suq għall-fini ta’ spezzjon u sabiex jiġi
żgurat il-ħarsien tad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jew
ta’ xi liġi oħra dwar is-swieq, u l-bejjiegħa, f’dawk il-posti jew
kantini għandhom jagħtu l-faċilitajiet kollha meħtieġa lill-Awtorità
Sanitarja u lill-uffiċjali tal-pulizija għal dak id-dħul.
Imġieba ħażina. 18. Ebda persuna ma tista’ -
(a) tpejjep jew tobżoq jew issajjar ħwejjeġ ta’ l-ikel f’xi
parti tas-suq;
(b) iġġib xi klieb jew annimali oħra ħajjin (barra minn
dawk imsemmija fi, u għall-finijiet tar-regolament 14)
ġewwa, jew tħallihom jiġġerrew fi, xi parti tas-suq;
(ċ) tgħajjat b’xi oġġetti għall-bejgħ jew tittallab f’xi jew
ħdejn xi bieb ta’ suq; jew
(d) tħalli oġġetti għall-bejgħ joħorġu barra l-limiti tal-
post.
Provvediment ta’ 
akkomodazzjoni 
sanitarja.
19. Għandu jkun hemm provdut ġewwa, jew fil-konfini ta’,
kull suq tal-ħut akkomodazzjoni sanitarja xierqa għall-użu tal-
bejjiegħa tal-posti u tal-pubbliku.
Tagħrif li jingħata 
minn bejjiegħa 
f’posta, eċċ.
20. Il-bejjiegħa tal-posti jew id-detenturi tal-liċenzi relattivi
għandhom, meta hekk mitluba, jagħtu lill-Awtorità  Sanitarja u lil
kull uffiċjal tal-pulizija kull tagħrif dwar il-qbid, ħażna, u kull
partikolaritajiet oħra dwar ħut miżmum għall-bejgħ f’posta
partikolari.
Infurzar. 21. Kull persuna li b’xi mod tikser il-paċi u l-ordni pubbliku
jew ma tobdix l-ordnijiet leġittimi ta’ xi spettur sanitarju jew ta’
uffiċjal tal-pulizija tista’ titkeċċa minnufih mis-suq minn dak l-
ispettur jew l-uffiċjal, skond il-każ, u ma titħallix terġa’ tidħol fih
dak inhar.
Kopja tar-
regolamenti.
22. Kull bejjiegħ f’posta għandu jżomm fil-posta tiegħu kopja
ta’ dawn ir-regolamenti.
