IRZIEZET TAD-DAIRY ġ L.S.231.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.05
REGOLAMENTI DWAR L-IRZIEZET TAD-DAIRY
1 ta’ Mejju, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 28 ta’ l-1976, kif emendat bl-Avviż Legali 98 ta’ l-
1989.
Titolu.
Irziezet tad-Dairy.
TAQSIMA I
ĠENERALI
Tifsir.
Kap. 231.
tax-Xorb;
"tbiegħ" tinkludi toffri, turi jew tagħmel reklam għall-bejgħ u
tagħti bħala kumpens jew xort’oħra.
Ħruġ, eċċ., ta’ 
liċenza.
Emendat:
A.L. 98 ta’ l-1989.
3. (1) Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika ma għandux
jagħti jew iġedded liċenza skond l-artikolu 40 ta’ l-Att dwar razzett
tad-dairy jekk dak ir-razzett tad-dairy ma jkunx jaqbel f’kull dettal
mad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dawn ir-regolamenti.
(2) L-imsemmi Suprintendent jista’ wkoll, f’kull ħin waqt li
tkun fis-seħħ liċenza kif intqal qabel, iħassar dik il-liċenza jekk isib
li r-razzett tad-dairy u x-xogħol li jkun isir fih ma jkunux baqgħu
jaqblu ma’ l-imsemmija disposizzjonijiet.
(3) Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’, qabel ma
joħroġ, jew f’kull żmien waqt li tkun fis-seħħ liċenza mogħtija
skond dawn ir-regolamenti, jeħtieġ lill-liċenzjat jew lil xi membru
tal-familja tiegħu jew lil kull min ikun jaħdem fir-razzett tad-dairy,
li jersaq għal dak l-eżami mediku jew investigazzjonijiet mediċi li
jistgħu jidhrulu xierqa, u jkun id-dmir ta’ kull min issirlu din il-
ħtieġa, illi jersaq għal dan l-eżami jew investigazzjonijiet.
(4) Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’ jirrifjuta li
jagħti jew iġedded dik il-liċenza, u jista’ wkoll iħassar dik il-
liċenza jekk xi ħadd milli ssirlu dik it-talba jirrifjuta milli jersaq
għal dak l-eżami jew dawk l-investigazzjonijiet, jew jekk jirriżulta
li xi wieħed minn dawk il-persuni ikollu jew jista’ jkollu xi marda
li tista’ tittieħed jew mill-annimali li jkun hemm f’dak ir-razzett,
jew mill-bnedmin.
Irziezet użati 
f’parti għall-
abitazzjoni u 
f’parti bħala rziezet 
tad-dairy.
4. Meta xi razzett ikun użat f’parti għall-għanijiet ta’
abitazzjoni u f’parti bħala razzett tad-dairy, il-parti wżata għall-
għanijiet ta’ abitazzjoni ma għandhiex tkun tinfed direttament mal-
parti jew mal-partijiet l-oħra tar-razzett.
2 L.S.231.05 ħ IRZIEZET TAD-DAIRY
TAQSIMA II
KOSTRUZZJONI
Ħtiġiet fil-
kostruzzjoni ta’ 
rziezet tad-dairy.
5. Kull post użat bħala razzett tad-dairy għandu jkun skond xi
waħda minn dawn is-sistemi li ġejjin:
I. Sistema ta’ stalla tal-baqar (baqar, mogħoż, nagħaġ)
(a) għandu jkun hemm spazju ta’ l-art ta’ mhux inqas
mimm 366 ċm b’137 ċm (12-il pied b’4½  piedi) għal
kull baqra u mhux inqas minm 122 ċm b’92 ċm (4
piedi bi 3 piedi) għal kull mogħża jew nagħġa, liema
spazju ta’ l-art għandu jitqassam u jintuża b’dak il-
mod li s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika japprova
f’kull każ; l-għoli mill-art għas-saqaf ma għandu jkun
f’ebda post inqas minn 366 ċm (12-il pied);
(b) għandu jkun hemm spazju ta’ tieqa ta’ mhux inqas
minn parti waħda minn tnax ta’ l-area superfiċjali ta’ l-
art u għall-anqas żewġ fetħiet ta’ ventilazzjoni li jkunu
ta’ 1-area totali ta’ 15-il ċentimetru kwadru għal kull
metru kubu (pulzier kwadru għal kull 15-il pied kubu)
ta’ l-ispazju tal-post; it-twieqi u l-fetħiet ta’
ventilazzjoni għandhom ikunu hekk qegħdin kif jiġi
approvat mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika;
(ċ) il-ħitan interni, magħduda dawk tal-kamra tal-ħalib, il-
maqjel għat-twelid ta’ l-għoġiela u l-maqjel tal-
għoġiela għandhom ikunu mkaħħlin tajjeb u miksija
b’materjal li ma jinfidx sa għoli ta’ mhux anqas minn
244 ċentimetru (8 piedi). L-uċuħ tal-ħitan l-oħra
kollha u tas-soqfa għandhom ikunu mbajjda jew
miżbugħa kull meta jkun hemm bżonn biex il-post
jinżamm f’kondizzjoni nadifa;
(d) l-art għandha tkun ta’ materjal sħiħ li ma jinfidx u
b’pendil tajjeb għal ġo kanali miftuħa li jagħtu ġo
sprall konnessi kif imiss mad-drenaġġ sabiex tiġi
evitata ġemgħa ta’ likwidi;
(e) għandu jkum hemm postijiet għall-ikel u ħlib meta is-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jidhirlu li dawna
huma meħtieġa;
(f) fil-post għandu jkun hemm ilma tal-vit u elettriku u
għandu jkun hemm tank ta’ l-ilma li jesgħa mhux inqas
minn 909 litru (200 gallun);
(g) il-post għandu jkollu kamra tal-ħlib separata biex tiġi
wżata għal ħażna u tkessiħ ta’ ħalib u li jkollha l-qies
minimu li ġej:
11-il metru kwadru (118.4 pied kwadru) għal
kull numru ta’ mogħoż jew nagħaġ jew għal sa
40 baqra;
14-il metru kwadru (150 pied kwadru) għal
merħliet ta’ bejn 41 u s-70 baqra;
17-il metru kwadru (183 pied kwadru) għal
merħliet ’il fuq minn 70 baqra;
IRZIEZET TAD-DAIRY ġ L.S.231.05 3
u dik il-kamra għandha tkun hekk li fiha ma jidħlux
dbieben u l-art tagħha għandha tkun mgħoddija
b’kanali regolari;
(h) il-post għandu jkollu wkoll -
(i) fil-każ ta’ baqar, kamra separata, biex tintuża
bħala maqjel għat-twelid ta’ l-għoġiela, ta’
mhux imqas minn 305 ċm b’366 ċm (10 piedi bi
12-il pied), u kamra oħra separata ta’ l-istess
qisien biex tintuża bħala maqjel għall-għoġiela,
bi spazji separati ta’ mhux inqas minn 122 ċm
b’152 ċm (4 piedi b’5 piedi) b’152 ċm (5 piedi)
għoli għal kull għoġol, u kull spazju bħal dak
għandu jkollu għall-anqas tliet ħitan solidi; u
(ii) fil-każ ta’ mogħoż u/jew nagħaġ, kamra separata
biex tintuża għat-twelid tal-gidjien, ta’ mhux
inqas minm 305 ċm b’305 ċm (10 piedi b’10
piedi) u kamra oħra separata ta’ l-istess qisien,
biex tintuża bħala maqjel għall-gidjien, bi spazji
separati ta’ mhux inqas minn 92 ċm b’61 ċm (3
piedi b’2 piedi) bi 92 ċm (3 piedi) għoli, għal
kull gidi, u kull spazju bħal dak għandu jkollu
għall-anqas tliet ħitan solidi: 
Iżda s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’ jagħti
eżenzjoni mit-tħaris għal kollox jew f’parti tad-disposizzjonijiet
tal-paragrafu (f) u/jew (h) meta fil-fehma tiegħu dak it-tħaris ma
jkunx prattikabbli, bla ħsara għal dawk l-kondizzjonijiet li jidhirlu
xierqa li jimponi.
     II. Sistema tal-Parlour (baqar biss)
(a) għandu jkun hemm bitħa għall-eżerċizzju (li l-għamla
tagħha tkun f’kull każ għas-sodisfazzjon tas-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika) ta’ mhux inqas
minm 6.25 metri kwadri (67.3 pied kwadru) għal kull
baqra tal-ħalib mingħajr qrun, u 10 metri kwadri
(107.6 piedi kwadri) għal kull baqra tal-ħalib bil-qrun;
iżda bitħa bħal dik ma għandha f’ebda każ tkun inqas
minn 50 metru kwadru (538.2 pied kwadru);
(b) għandu jkun hemm bitħa mgħottija ta’ mhux inqas
minn 457 ċm (15-il pied) wiesgħa u 92 ċm (3 piedi)
kull baqra fit-tul u b’saqaf, b’għoli minimu ta’ 300 ċm
(9.84 piedi) mill-art, bi qlib li jagħti għal-drejnijiet li
qegħdin fit-tarf li jitfgħu l-ilma għal ġol-ġiebja;
(ċ) il-post għandu jkollu -
(i) bitħa għall-ġbir tal-kejl ta’ 1.5 metru kwadru
(15-il pied) kull baqra, u li ma għandhiex tkun
ikbar minn 52 metru kwadru (560 pied kwadru)
kemm-il darba s-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika ma jordnax xort’oħra;
(ii) parlour għall-ħlib ta’ l-inqas qisien li ġejjin:
għoli 300 ċm (9 piedi u 10 pulzieri)
tul 600 ċm (19-il pied u 8 pulzieri)
4 L.S.231.05 ħ IRZIEZET TAD-DAIRY
wiesgħa 320 ċm (10 piedi u 6 pulzieri)
fond tal-pit 68 ċm (2 piedi u 3 pulzieri)
wiesgħa tal-pit 122 ċm (4 piedi)
L-ispazju ta’ l-imsemmi parlour tal-ħlib għandu
jkun maqsum f’diviżjonijiet għall-ħlib waħda
għal kull baqra li tkun qed tinħaleb, u l-art ta’ l-
imsemmija diviżjonijiet għandha tkun imżerżqa
mill-pit ta’ min ikun qed jaħleb għan-naħa 1-
oħra u għandu jkollha bankina l0 ċm (4 pulzieri)
għolja u 8 ċm (3 pulzieri) wiesgħa.
L-imsemmi parlour tal-ħlib għandu jkollu wkoll
mhux inqas minn .5 metru kwadru (5.4 piedi
kwadri) ta’ dawl li jgħaddi mit-tieqa jew mis-
saqaf għal kull diviżjoni tal-ħlib. Għandu jkun
hemm ukoll dawl artifiċjali biżżejjed;
(iii) kamra tal-ħalib, kamra għat-twelid ta’ l-għoġiela
u maqjel għall-għoġiela ta’ l-istess qisien kif
speċifikati fil-paragrafu (g) u fil-paragrafu (h)(i)
tat-Taqsima I ta’ dan ir-regolament;
(d) il-bitħa għall-ġbir u l-parlour għall-ħlib għandu
jkollhom aċċess xieraq mill-bitħa jew mill-btieħi ta’ 1-
eżerċizzju;
(e) il-kamra tal-ħalib għandu jkollha aċċess xieraq mit-
triq u għandha tkun ħdejn il-parlour għall-ħlib;
(f) l-artijiet tal-btieħi kollha, tal-parlour għall-ħlib, tal-
kamra tal-ħalib, tal-kamra għat-twelid ta’ l-għoġiela,
tal-maqjel għall-għoġiela u r-rampi u 1-isqaqien li
jkun hemm fil-post għandu jkollhom konkrit ta’ ħxuna
ta’ mhux inqas minn 10 ċm (3.9 pulzieri):
Iżda s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’
jagħti permess għal art xort’oħra għall-bitħa ta’ l-
eżerċizzju, għar-rampi u għall-isqaqien;
(g) l-artijiet kollha għandu jkollhom pendil ta’ 3% li jagħti
għal kanali miftuħin li minnhom ma jgħaddix ilma li
jkollhom pendil ta’ 2% u kemm l-artijiet kif ukoll il-
kanali għandu jkollhom drenaġġ regolari;
(h) il-parlour għall-ħlib u l-kamra tal-ħalib għandhom
ikunu hekk li fihom ma jidħlux dbieben u l-ħitan
interni tagħhom għandhom jinksew b’materjal li
minnu ma jgħaddix ilma sa 244 ċm (8 piedi) għoli; il-
ħitan l-oħra kollha, is-saqaf u l-uċuh l-oħra tagħhom
għandhom ikunu imbajjda jew miżbugħa kif jixraq
biex il-post jinżamm fi stat nadif;
(i) il-post ikun provdut b’ilma tal-vit u bl-elettriku u
għandu jkollu tank ta’ l-ilma ta’ mhux inqas minn 909
litri (200 gallun).
Munzell tad-
demel.
6. (1) Kull razzett tad-dairy għandu jkollu, jew ikollu faċilità
biex juża, clamp tad-demel mgħotti ddisinjat sewwa mibni fil-
forma ta’ Baber’s trap, ta’ daqs approvat f’kull każ mis-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, biex fih jintefa’ l-ħmieġ ta’ l-
IRZIEZET TAD-DAIRY ġ L.S.231.05 5
annimali u demel ieħor.
(2) Il-clamp tad-demel għandu jitnaddaf kull tant żmien għas-
sodisfazzjon tas-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
     TAQSIMA III 
TIŻMIM U PRATTIKA
 Ventilazzjoni,  
eċċ.
7. Kull razzett tad-dairy għandu jinżamm ventilat tajjeb u
nadif.
 Użu ta’ tiben,  eċċ.
jew annimal li jkun ibati minn, jew li jkun miet bi, tuberkulożi,
ġidri jew xi marda oħra li tittieħed ma għandu jintuża għal ebda
għan f’xi razzett tad-dairy.
 Mard li jittieħed.
kien hemm każ ta’ marda li tittieħed, u ebda ħalib miżmum f’xi
post bħal dak, ma għandu jinbiegħ kemm-il darba dak il-bejgħ ma
jkunx awtorizzat mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
(2) Ebda persuna ma għandha xjentement tuża, jew iġġiegħel
jew tħalli li jiġi wżat, għal xi għan li għandu x’jaqsam mal-ħalib
jew mal-produzzjoni tiegħu xi utensili li kienu fil-pussess ta’ xi
persuna milquta b’marda li tittieħed u li ma jkunux ġew diżinfettati.
Ilbies nadif, eċċ.
produzzjoni, tqassim jew ħażna tal-ħalib għall-bejgħ għandha
żżomm persunitha u lbiesha fi stat nadif.
Tindif ta’ 
reċipjenti, eċċ.
11. (1) Kull reċipjent, għatu jew apparat li jiġi f’kuntatt mal-
ħalib għandu jinħasel tajjeb minnufih wara li jintuża, u għandu
jitnaddaf, u wara jiġi mismut bl-ilma jagħli jew bil-fwar, jew
xort’oħra sterilizzat, qabel ma jerġa’ jintuża.
(2) Kull reċipjent, għatu jew apparat ieħor bħal dawk għandu,
fil-waqt li ma jkunx qed jintuża, jinżamm f’post nadif u mħares
mit-trab u l-ħmieġ.
(3) Ebda reċipjent, għatu jew apparat ieħor bħal dak ma
għandu jintuża biex fih jinżamm, jitkejjel jew jiġi applikat xi
proċess għat-trattament għal xi oġġett barra minn ħalib jew prodotti
tal-ħalib.
Tħaris minn 
kontaminazzjoni.
12. Kull reċipjenti li jkun fihom ħalib għall-bejgħ għandhom
f’kull żmien jinżammu mgħottijin u mħarsa sewwa minn
kontaminazzjoni u deterjorazzjoni, u ma għandhomx jitqegħdu jew
jinżammu f’xi post fejn il-ħalib jista’ jiġi kontaminat jew infettat.
Reċipjenti eċċ., 
mhux tajbin.
13. Ebda persuna ma għandha tuża, jew iġġiegħel jew tħalli li
jintuża, għat-tqegħid, kejl, ħażna jew tqassim ta’ ħalib għall-bejgħ
xi reċipjent li l-wiċċ intern tiegħu ma jkunx jista’ jitnaddaf b’mod
faċli, jew li jkun magħmul minn dak il-materjal li jista’
jikkontamina l-ħalib.
Marka biex 
jingħaraf u għatu.
14. (1) Kull reċipjent użat  għall-ġarr tal-ħalib għall-bejgħ
għandu jkun immarkat b’mod ċar bl-isem u l-indirizz tas-sid jew
tal-bejjiegħ jew b’xi marka oħra magħrufa mis-Suprintendent tas-
Saħħa Pubblika.
6 L.S.231.05 ħ IRZIEZET TAD-DAIRY
(2) Kull reċipjent bħal dak għandu jkun provdut b’għoti jew
b’għatu mingħajr ċappetti, li jkun magħmul b’mod u li joqgħod
hekk li ma jidħolx ħmieġ, trab jew ilma tax-xita għall-ħalib.
Tneħħija ta’ 
bagħar.
15. Kull kamra tal-ħlib għandha tinżamm kemm jista’ jkun
ħielsa minn bagħar li għandu jitneħħa minn hemm minnufih wara l-
ħlib u għall-anqas darba kull jum u li għandu jinżamm ’il bogħod
mill-kamra tal-ħlib u mill-kamra tal-ħalib kif is-Suprintendent tas-
Saħħa Pubblika jista’, f’kull każ, jordna.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ ta’ ċertu 
ħalib.
16. Ebda persuna ma għandha tbiegħ - 
(a) il-ħalib ta’ annimali mitmugħa għalf velenuż jew
deterjorat jew għalf li jista’ jagħti lill-ħalib riħa tinten
jew togħma ħażina, jew il-ħalib ta’ xi annimali
ikkurati b’xi sustanza velenuża li taħdem fuq is-
sistema ġenerali ta’ annimali tal-ħalib;
(b) xi ħalib ikħal, aħmar, morr, viskuż jew putridu jew xi
ħalib li jkollu kulur, riħa jew togħma mhux normali,
jew xi ħalib li jkollu traċċi evidenti ta’ ħmieġ jew li
jkun xort’oħra maħmuġ;
(ċ) xi ħalib qares jew xi ħalib li jaqgħad meta jitgħalla;
jew
(d) xi ħalib li jkun fih inqas minn tlieta fil-mija ta’ grass
tal-ħalib kemm-il darba, meta jinbiegħ, ma jkunx
dikjarat li hu ħalib skimmed jew separat.
Projbizzjoni ta’ 
ċerti annimali minn 
irziezet tad-dairy.
17. Ebda annimal jew pullam, barra minn baqar, mogħoż jew
nagħaġ, ma għandu jinżamm f’xi razzett tad-dairy jew f’xi kamra li
tagħti direttament għalih.
Faċilitajiet għal 
tkessiħ ta’ ħalib.
18. Ir-razzett tad-dairy għandu jkun mgħammar b’faċilitajiet
xierqa għat-tkessiħ tal-ħalib: 
Iżda s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’, wara
konsultazzjoni mal-Manager tal-Malta Dairy Products, jagħti
eżenzjoni minn dan ir-regolament għal żmien speċifikat.
