SPEZZJON TA’ BHEJJEM TAL-ĦALIB ġ L.S.231.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.07
REGOLAMENTI DWAR L-ISPEZZJON TA’ 
BHEJJEM TAL-ĦALIB
1 ta’ Mejju, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 92 ta’ l-1976.
Titolu.
Ispezzjon ta’ Bhejjem tal-Ħalib.
Setgħa għal 
spezzjon.
2. Spettur u/jew l-Awtorità  Sanitarja jkunu jistgħu
jispezzjonaw kull razzett, fejn ikunu qed jinżammu bhejjem tal-
ħalib, sabiex -
(a) jaċċertaw l-istat tas-saħħa ta’ l-imsemmija bhejjem;
(b) joħorġu istruzzjonijiet dwar il-kura ta’ l-imsemmija
bhejjem, jekk meħtieġ; u
(ċ) jieħdu dawk il-passi kollha biex iħarsu milli tinxtered
marda għall-bhejjem jew għall-bniedem.
Tagħrif mis-sid u 
minn veterinarju.
Kap. 231.
3. (1) Is-sid ta’ bhejjem tal-ħalib għandu, meta jkollu suspett
li xi waħda mill-bhejjem tiegħu tkun marida, jiżgura mingħajr
dewmien ir-raġuni tal-marda u għandu, jekk ir-raġuni tkun
minħabba xi waħda mill-mard muri fl-artikolu 46(1)(b) ta’ l-Att
dwar Ħwejjeġ ta’ l-Ikel, Mediċinali u Ilma tax-Xorb, jew muri f’xi
ordni magħmul bis-saħħa tiegħu mill-Ministru, jgħarraf lis-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa
minn meta jkun hekk żgura ruħu.
(2) Kull veterinarju li jsir jaf li xi bhima tal-ħalib ikollha xi
waħda mill-mard imsemmi fis-sub-regolament (1) għandu minnufih
jgħarraf lis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika dwar dan.
Passi mis-
Suprintendent tas-
Saħħa Pubblika.
4. Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, meta jirċievi t-tagħrif
imsemmi fir-regolament 3, għandu jieħu kull passi li jidhirlu
meħtieġa.
 
