KONTROLL TA’ DIETHYL PYROCARBONATE ġ L.S.231.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.10
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL
TA’ DIETHYL PYROCARBONATE
1 ta’ Mejju, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 9 ta’ l-1977.
Titolu.
Kontroll ta’ Diethyl Pyrocarbonate.
Tifsir.
"ħwejjeġ ta’ l-ikel projbiti" tfisser kull ħwejjeġ ta’ l-ikel -
(a) li jinkludu diethyl pyrocarbonate bħala wieħed mill-
kostitwenti tagħhom, jew
(b) li fil-preparazzjoni tagħhom, jew fil-preparazzjoni ta’
xi wieħed mill-kostitwenti tagħhom, ikun intuża
diethyl pyrocarbonate;
"tbiegħ" tinkludi toffri, turi, tirreklama jew iżżomm għall-bejgħ,
u tipprovdi bħala kumpens jew xort’oħra.
Projbizzjoni ta’ 
importazzjoni ta’ 
ħwejjeġ ta’ 1-ikel 
projbiti.
3. Ebda persuna m’għandha timporta ħwejjeġ ta’ l-ikel
projbiti. 
Projbizzjoni ta’ 
użu ta’ diethyl 
pyrocarbonate fil-
preparazzjoni ta’ 
ħwejjeġ ta’ l-ikel.
4. Ebda persuna m’għandha tuża diethyl pyrocarbonate fil-
preparazzjoni ta’ xi ħwejjeġ ta’ 1-ikel jew ta’ xi oġġett maħsub li
jiġi użat bħala kostitwent ta’ xi ħwejjeġ ta’ l-ikel.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ ta’ ħwejjeġ 
ta’ l-ikel projbiti.
5. Ebda persuna m’għandha tbiegħ xi ħwejjeġ ta’ l-ikel
projbiti. 
Kontroll ta’ 
importazzjoni u 
bejgħ ta’ diethyl 
pyrocarbonate.
6. Ebda persuna m’għandha timporta jew tbiegħ xi diethyl
pyrocarbonate għal xi użu jkun li jkun dwar ħwejjeġ ta’ l-ikel
għall-konsum mill-bniedem. 
