LAĦAM ġ L.S.231.11 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.11
REGOLAMENTI DWAR IL-LAĦAM
1 ta’ Mejju, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 15 ta’ l-1977.
Titolu.
Laħam.
Tifsir.
tirreklama jew iżżomm għall-bejgħ u tagħti b’kumpens jew
xort’oħra.
Spezzjon ta’ 
annimali.
3. (1) (a)  Spettur ikollu s-setgħa waqt spezzjon ta’
annimal qabel il-qatla, li jordna l-qatla ta’ l-annimal u jikkundanna
l-karkassa tiegħu jekk jissospetta li l-imsemmi annimal ikun ibati
b’xi waħda mill-mard jew mill-kondizzjonijiet imniżżlin fl-Iskeda
li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
(b)  Il-qatla ta’ kull annimal bħal dak għandha ssir
f’dik it-taqsima tal-biċċerija riżervata għall-qtil ta’ annimali
morda, jew f’dak il-post l-ieħor u b’dak il-mod li jista’ jiġi ordnat
mill-ispettur f’kull każ partikolari.
(2) Spettur ikollu s-setgħa, wara li jkun eżamina annimal qabel
il-qatla, jekk l-annimal jinsab li jkun ibati minn xi marda jew
kondizzjoni li m’hijiex imniżżla fl-Iskeda, li jżomm l-imsemmi
annimal taħt osservazzjoni f’dak il-post u taħt dawk il-
kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
(3) Spettur għandu, wara li jispezzjona l-karkassa ta’ annimal,
iqis il-karkassa sħiħa u fdal u d-demm bħala mhux tajbin għall-
konsum mill-bniedem jekk l-annimal ikun ibati minn xi mard jew
kondizzjonijiet imniżżla fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-
regolamenti.
(4) Spettur għandu jqis bħala mhux tajjeb għall-konsum mill-
bniedem -
(a) kull karkassa mwielda mejta jew mhux imwielda u kull
karkassa mhux matura li tkun oedematous jew
f’kondizzjoni fiżika nieqsa kif ukoll kull fdal jew
demm imneħħi jew miġbur minn kull karkassa bħal
dik;
(b) kull annimal li jkun xiħ wisq;
(ċ) (i) id-demm ta’ kull annimal li jkun milqut b’marda
jew b’kondizzjoni infettuża;
(ii) id-demm ta’ kull annimal jekk id-demm ikun
ikkontaminat b’kontenuti ta’ l-istonku jew b’xi
materja oħra barranija, jew bid-demm ta’ xi
annimal ieħor milqut b’xi marda jew
kondizzjoni infettuża.
Karkassa milquta 
b’tuberkulożi.
4. (1) Spettur għandu jqis, jekk ikun sodisfatt li l-karkassa
jew il-fdal ikunu milquta b’tuberkulożi, barra minn tuberkulożi
2 L.S.231.11 ħ LAĦAM
ġeneralizzata jew tuberkulożi b’emaċjazzjoni, il-partijiet li ġejjin
tal-karkassa u fdal bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem:
(a) kull parti tal-karkassa milquta b’tuberkulożi
lokalizzata u kull parti oħra li tmiss magħha;
(b) ir-ras, magħdud l-ilsien, meta jkun hemm tuberkulożi
f’xi glandola limfatika li jkollha x’taqsam mar-ras jew
ma’ l-ilsien;
(ċ) kull organu jew vixxera meta jkun hemm tuberkulożi
fis-sustanza, jew fuq il-wiċċ tagħha, jew f’xi glandola
limfatika li jkollha x’taqsam magħhom.
(2) Spettur għandu jqis kull parti ta’ karkassa u kull fdal jew
demm kontaminat b’materjal tuberkulu bħala mhux tajba għall-
konsum mill-bniedem.
Karkassa milquta 
b’cysticercus bovis 
lokalizzata.
5. Spettur, jekk ikun sodisfatt li xi parti ta’ karkassa jew fdal
tkun milquta b’cysticercus bovis lokalizzata għandu jqis, wara li
jikkundanna l-parti miilquta, bħala tajba għall-konsum mill-
bniedem il-parti li tibqa’ minn dik il-karkassa jew fdal bil-
kondizzjoni li tinżamm maħżuna fil-kesħa b’temperatura ta’ mhux
iżjed minn -7º C (20º F) għal żmien ta’ mhux inqas minn tliet
ġimgħat jew f’temperatura ta’ mhux iżjed minn -10º C (14º F) għal
żmien ta’ mhux inqas minn ġimgħatejn, u m’għandux joħroġha
bħala tajba qabel ma jgħaddi l-imsemmi żmien.
Karkassa milquta 
b’mard ieħor.
6. Spettur jista’, meta jkun sodisfatt li l-karkassa kollha jew
parti minnha jew xi fdal tkun milquta b’xi marda jew kondizzjoni
mhux imsemmija f’dawn ir-regolamenti, iqis bħala mhux tajba
għall-konsum mill-bniedem il-karkassa kollha u l-fdal jew dik il-
parti inqas minnhom, kif jidhirlu xieraq fiċ-ċirkostanzi.
Laħam ieħor mhux 
tajjeb.
7. Laħam dikjarat li m’huwiex tajjeb għall-konsum mill-
bniedem u 1-karkassa ta’ annimal li jkun ibati minn rabbja,
glanders jew anthrax għandhom jiġu distrutti bis-sħana taħt id-
direzzjoni u s-superviżjoni ta’ spettur:
Iżda s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’ jagħti
permess li xi laħam li ma jkunx tajjeb għall-konsum mill-bniedem
jintuża għal għanijiet industrjali taħt dawk il-kondizzjonijiet li
jidhirlu xierqa li jimponi.
Annimali trattati 
ħażin.
8. (1) Annimali li jkunu ġew suġġettati għal trattament ħażin
m’għandhomx jiġu maqtula għall-konsum mill-bniedem qabel ma
jkunu ġew f’tagħhom minn dak it-trattament ħażin.
(2) Għall-fini ta’ dan ir-regolament, l-għejja minħabba l-vjaġġ,
xi mod ħażin ta’ ġarr, tħollija bil-ġuħ, kull eżerċizzju vjolenti u
kull sfurzar brutali jitqiesu bħala trattament ħażin.
Bovini żgħar, eċċ., 
ma jiġux maqtula.
9. Ma jista’ jinqatel ebda annimal ta’ l-ispeċi tal-bovini,
kaprini, ovini jew ekwini jew tal-majjal, jekk dan ma jkunx laħaq
età  jew żvilupp fiżiku biżżejjed biex jigi żgurat grad xieraq ta’
nutrizzjoni fil-laħam tiegħu.
Imbullar.
Kap. 231.
10. (1) It-timbru wżat għall-imbullar ta’ laħam kif meħtieġ bl-
artikolu 34 ta’ l-Att dwar Ħwejjeġ ta’ l-Ikel, Mediċinali u Ilma tax-
Xorb għandu jkun -
(a) timbru b’kulur methyl violet fil-każ ta’ laħam,
LAĦAM ġ L.S.231.11 3
(b) branding fil-każ ta’ vixxera
 li jkollhom id-data tal-qtil u ittra li tikkorrispondi għall-ispeċi li
minnu l-annimal ikun jagħmel parti.
(2) Kull bejjiegħ il-laħam għandu kontinwament juri f’post
fejn jidher sewwa tal-ħanut tiegħu fejn ibiegħ il-laħam xbiha
(mogħtija mill-Gvern) ta’ kif ikunu t-timbri uffiċjali wżati fl-
imbullar ta’ laħam jew vixxera fil-biċċerija.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ ta’ ċertu 
laħam.
Sostitwit:
A.L. 37 ta’ l-1984.
11. Ebda persuna ma għandha, mingħajr il-permess tas-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika li jaġixxi fuq il-parir tal-
Veterinarju Prinċipali tal-Gvern, tbiegħ għall-konsum mill-
bniedem xi laħam jew interjuri li ma jinkisbux minn annimali ta’ l-
ispeċi li f’Malta huma komunement użati bħala ikel.
Fniek jew pullam li 
jkunu jbatu minn 
mard.
12. (1) Spettur, wara li jissodisfa ruħu li xi fniek jew pullam
ikunu qed ibatu minn xi marda meta ġew maqtula, jew li b’xi mod
ieħor ma jkunux tajbin jew ikunu deterjorati, jista’ jiddikjarahom
bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem.
(2) Id-disposizzjonijiet tar-regolament 7 għandhom japplikaw,
mutatis mutandis, għal kull fniek jew pullam dikjarati mhux tajbin
skond is-sub-regolament (1).
Mod ta’ qtil.
l-annimal jinqatel fil-pront, jew li jsir fi stat li ma jħossx l-uġigħ
sakemm imut, skond id-direttivi tal-Veterinarju Prinċipali tal-
Gvern.
Impjegati fil-
biċċerija.
14. Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata fil-biċċerija mingħajr
permess tas-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika li jista jirtira jew
jissospendi dak il-permess fil-każ ta’ mġieba ħażina jew
irregolarità  oħra.
Ilbies protettiv.
xi xogħol ikun li jkun f’biċċerija għandha, fil-waqt li tkun qegħda
f’xi parti tal-biċċerija fejn l-annimali jiġu maqtula, jew fejn
jinżamm, jinħażen, jew jiġi offert għall-bejgħ il-laħam, tilbes ilbies
protettiv għas-sodisfazzjon ta’ l-ispettur.
Tneħħija ta’ laħam 
mill-biċċerija.
16. (l) Ebda laħam ma għandu jitneħħa minn xi biċċerija
mingħajr il-permess ta’ l-ispettur.
L.S. 231.02
(2) Ebda laħam ma għandu jinġarr minn xi biċċerija fuq xi
vettura li ma tkunx taqbel għal kollox mad-disposizzjonijiet
relattivi tar-Regolamenti dwar 1-Iġjene ta’ l-Ikel.
Imġieba ħażina fil-
biċċerija.
17. (1) Kull persuna li ġġib ruħha ħażin jew li toħloq xi
storbju jkun li jkun f’biċċerija tista’ tiġi mitluba, fid-diskrezzjoni
ta’ l-ispettur, li titlaq mill-biċċerija u/jew tkun ipprojbita milli
tidħol fil-biċċerija matul xi żmien li ma jkunx iktar minn xahar.
(2) It-tipjip ikun ipprojbit f’kull parti tal-biċċerija hekk kif
imsemmija fir-regolament 15.
Setgħa għal 
tfittxija.
18. Kull persuna li tidħol jew toħroġ minn biċċerija tkun tista’
ssirilha tfittxija.
Ħinijiet ta’ xogħol.
tagħhom jiġi spezzjonat u/jew jitneħħa minn hemm f’dawk il-
ħinijiet li jkunu jidhru f’avviż imwaħħal fid-dħul prinċipali tal-
4 L.S.231.11 ħ LAĦAM
biċċerija.
SKEDA
RIĦA MHUX NORMALI, ASSOĊJATA MA’ MARD JEW
KONDIZZJONIJIET OĦRA, TA’ PREĠUDIZZJU GĦAS-SAĦĦA
ACTINOMYCOSIS (ġeneralizzata)
ANEMIJA (avvanzata jew infettuża)
ANTHRAX
ACTINOBACILLOSIS (ġeneralizzata)
AZOTURJA
BLACKLEG
TBENĠIL (estensiv u sever)
CASEOUS LYMPHADENITIS B’EMAĊJAZZJONI
CASEOUS LYMPHADENITIS (ġeneralizzata)
CYSTICERCUS BOVIS (ġeneralizzata)
CYSTICERCUS CELLULOSAE
CYSTICERCUS OVIS (ġeneralizzata)
DIKOMPOŻIZZJONI (ġeneralizzata)
DOURINE
EMAĊJAZZJONI (patoloġika)
FISTULA ESTENSIVA
MARDA TA’ L-ILSIEN U D-DWIEFER
ENTERITE JEW GASTRITE KANKRUŻA JEW
EMORRAĠIKA SEVERA
DEPOŻITI PIGMENTARI ĠENERALIZZATA
OSTEOPOROSI ĠENERALIZZATA
GLANDERS
ENKEFALOMIJELITE EKWINA INFETTUŻA
INFLUENZA (akuta)
SUFFEJRA
DENI KATARRALI MALINN
MASTITE (akuta settika)
METRITE (akuta settika)
EDEMA (ġeneralizzata)
PERIKARDITE (akuta, settika)
PERITONITE (akuta, diffuża, settika)
PLEWRITE (akuta, diffuża, settika)
LAĦAM ġ L.S.231.11 5
PULMONITE (akuta, settika)
PURPURA EMORRAĠIKA
PYAEMIA (inkluża l-joint-ill) 
RABBJA
SARCOCYSTS
SETTIĊEMIJA JEW TOXAEMIA
STRANGLES
IRSIPLA TAL-MAJJALI (akuta)
SWINE FEVER (klassiku jew Afrikan)
TETNU
ENKEFALOMIJELITE TOSSIKA (avvelenar foraċi)
TRIKINOŻI
TUBERKULOŻI (ġeneralizzata)
TUBERKULOŻI B’EMAĊJAZZJONI
TUMURI  (a)MALINJI BI GROWTHS SEKONDARJI
(b)MULTIPLI
UREMIJA
