BEJGĦ TA’ BIRRA ġ L.S.231.13 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.13
REGOLAMENTI DWAR IL-BEJGĦ TA’ BIRRA
1 ta’ Mejju, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 26 ta’ l-1977.
Titolu.
Bejgħ ta’ Birra.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"birra" tinkludi ale, stout, porter u birra ħafifa;
"tbiegħ" tinkludi toffri, turi, tirreklama jew iżżomm għall-bejgħ
u tipprovdi għal kumpens jew xort’oħra.
Konsistenza ta’ 
birra.
3. Ebda persuna ma għandha tbiegħ xi birra kemm-il darba
ma tkunx tikkonsisti f’dik is-sustanza prodotta mill-fermentazzjoni
alkolika tal-qamħ tax-xgħir biż-żieda ta’ hop jew estratt tal-hop, fl-
ilma u iffermentata b’mod li jkollha t-togħma, riħa u karatteristiċi
li soltu jkollha l-birra.
Additivi ta’ birra.
jew preparazzjoni waħda jew kull waħda mis-sustanzi li ġejjin biss:
(l) karboidrat
(2) melħ
(3) ħmira
(4) żejt tal-hop
(5) dijossidu tal-karbonju
(6) karamella
(7) dessitrin
(8) enżemi ta’ l-ikel
(9) ikel tal-ħmira
(10) dawn l-additivi li ġejjin:
(i) fosfat tas-sodju jew tal-kalċju jew ta’ l-ammonju
(ii) aċetat tal-kalċju
(iii) klorid tal-kalċju
(iv) idrossidu tal-kalċju
(v) ossidu tal-kalċju
(vi) sulfat tal-potassju jew tal-magnesju jew tal-
kalċju
(vii) aċidu ċitriku
(viii) aċidu laktiku
(ix) klorid tal-potassju
(x) aċidu tartariku
(xi) aċidu askorbiku u askorbat tal-kalċju
(xii) aċidu sulferuż
2 L.S.231.13 ħ BEJGĦ TA’ BIRRA
(xiii) metabisulfit tas-sodju jew tal-potassju
(xiv) sulfit tas-sodju
(xv) sulfit ta’ l-idroġenu u sodju
(xvi) sulfit tal-kalċju
(xvii) sulfit ta’ 1-idroġenu u kalċju:
Iżda ebda prodott lest ma għandu jkollu iktar minn 70 parti
kull miljun, kalkolat bħala SO2, ta’ xi waħda mill-partiti minn (xii)
sa (xvii) jew ta’ xi kombinazzjoni tagħhom.
