IMPORTAZZJONI TAL-LAĦAM ġ L.S.231.14 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.14
REGOLAMENTI DWAR L-IMPORTAZZJONI
TAL-LAĦAM
1 ta’ Mejju, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 28 ta’ l-1977.
Titolu.
Importazzjoni ta’ Laħam.
Tifsir.
Projbizzjoni ta’ 
importazzjoni ta’ 
ċertu laħam.
3. Ebda persuna ma tista’ timporta xi laħam barra minn laħam
imkessaħ, iffriżat jew ipproċessat.
Importazzjoni ta’ 
laħam iffriżat 
flimkien ma’ 
dokumenti.
4. Ebda persuna ma tista’ timporta xi laħam imkessaħ, iffriżat
jew proċessat jekk kull konsenja ta’ laħam bħal dak ma jkollhiex
magħha dokument jew dokumenti għas-sodisfazzjon tas-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, liema dokument jew dokumenti
għandhom juru b’mod partikolari -
(a) li l-laħam 1i għalih id-dokument, jew id-dokumenti,
jirreferu kien miksub minn annimali li ġew
spezzjonati, fil-pajjiż ta’ 1-oriġini tal-laħam, qabel u
wara 1-qatla u li nstabu ħielsa minn kull mard fil-ħin
tal-qatla; u
(b) li kull dressing, preparazzjoni, proċessar, ippakkjar u
titkettjar tal-laħam ikunu saru b’dawk il-
prekawzjonijiet u b’dawk il-materjali u tagħmir u
b’dak il-mod li ma jkunx hemm xi periklu għas-saħħa.
Imbullar ta’ laħam 
importat.
5. Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’ jordna li kull
laħam importat jiġi mbullat b’dak il-mod li jidhirlu xieraq.
