XAĦMIJIET U ŻJUT TA’ L-IKEL ġ L.S.231.15 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.15
REGOLAMENTI DWAR XAĦMIJIET
U ŻJUT TA’ L-IKEL
1 ta’ Mejju, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 42 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviż Legali 61 ta’ l-
1978.
Titolu.
Xaħmijiet u Żjut ta’ l-Ikel.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"xaħmijiet u żjut ta’ l-ikel" tfisser ikel kompost minn gliċeridi ta’
fatty acids ta’ oriġini veġetali, ta’ l-annimali jew tal-baħar,
irrispettivament jekk l-imsemmi ikel ikunx fih jew le ammonti
żgħar ta’ -
(a) lipids oħra inklużi fosfatidi;
(b) kostitwenti mhux saponifikabbli, jew
(ċ) fatty acids ħielsa li jkunu jinsabu b’mod naturali fl-
imsemmi ikel,
iżda ma tinkludix butir jew marġerina;
"ikel" tfisser ħwejjeġ ta’ l-ikel għall-konsum mill-bniedem; 
"tbiegħ" tinkludi toffri, turi, tirreklama jew iżżomm għall-bejgħ
u tipprovdi b’kumpens jew xort’oħra;
"xaħmijiet u żjut puri" tfisser xaħmijiet u żjut ta’ l-ikel li
jinkisbu bi proċeduri mekkaniċi u/jew bl-applikazzjoni ta’ sħana
biss, u li jistgħu jkunu ġew purifikati bil-ħasil, sedimentazzjoni,
filtrazzjani u/jew ċentrifugazzjoni biss.
Użu, importazzjoni 
u bejgħ ta’ 
xaħmijiet u żjut.
Emendat:
A.L. 61 ta’ l-1978.
3. (1) Ebda persuna ma tista’, fil-manifattura jew
preparazzjoni ta’ xi ikel għall-bejgħ, tuża xi xaħam jew żejt kemm-
il darba dak ix-xaħam jew żejt ma jkunx xaħam jew żejt ta’ l-ikel, u
jekk ma jkunx jaqbel għal kollox ma’ dawn ir-regolamenti, jew
jekk ma jkunx butir jew marġerina.
(2) Ebda persuna ma tista’ tbiegħ xi ikel manifatturat jew
ippreparat bi ksur tas-sub-regolament (1).
(3) Ebda persuna ma tista’ timporta jew tbiegħ xi xaħam jew
żejt ta’ l-ikel li ma jkunx jaqbel ma’ dawn ir-regolamenti.
Xaħam jew żejt ta’ 
l-ikel miksub minn 
annimali maqtula.
4. (1) Ebda persuna ma tista’ timporta, timmanifattura jew
tipprepara xi xaħam jew żejt ta’ l-ikel miksub minn xi annimal
maqtul li jkun instab mill-awtorità  kompetenti li ma jkunx tajjeb
għall-konsum mill-bniedem.
(2) Ebda persuna ma tista’ timporta xi ardu, dripping, tallow
ta’ l-ikel jew xaħmijiet oħra bħal dawn li jinkisbu mill-annimali
kemm-il darba kull konsenja minnhom ma jkollhiex magħha
dokument jew dokumenti għas-sodisfazzjon tas-Suprintendent tas-
Saħħa Pubblika li juru b’mod partikolari -
2 L.S.231.15 ħ XAĦMIJIET U ŻJUT TA’ L-IKEL
(a) li l-kontenut tal-konsenja li għaliha d-dokument jew
id-dokumenti jirreferu kien miksub minn annimali li
ġew spezzjonati fil-pajjiż ta’ l-oriġini qabel u wara l-
qatla u nstabu ħielsa minn mard fil-ħin tal-qatla, u
(b) li l-preparazzjoni, proċessar, ippakkjar u tikkettjar ta’
dak il-kontenut kien sar b’dawk il-prekawzjonijiet u
b’dawk il-materjali u tagħmir u b’dak il-mod li ma
jkunx hemm periklu għas-saħħa.
Xaħam jew żejt ta’ 
l-ikel li ma jistax 
jinbiegħ, eċċ.
5. Ebda persuna ma tista’ tbiegħ, jew tuża fil-manifattura jew
preparazzjoni ta’ xi ikel għall-bejgħ, xi xaħam jew żejt ta’ l-ikel li -
(a) ikollu riħa jew togħma ta’ tranġid;
(b) ikun fih xi sustanza barranija ħlief kif imniżżel fl-
Iskeda A, B jew Ċ li jinsabu ma’ dawn ir-regolamenti,
u bi qbil magħhom;
L.S. 231.31
(ċ) ikun fih sustanza koloranti li ma tkunx taqbel mar-
Regolamenti dwar Kuluri għall-Użu fi Ħwejjeġ ta’ l-
Ikel;
(d) ikollu valur ta’ aċidu ta’ iktar minn 4 mg KOH kull gr
ta’ xaħam jew żejt fil-każ ta’ xaħmijiet jew żjut puri, u
0.6 mg KOH kull gr ta’ xaħam jew żejt fil-każ ta’
xaħmijiet jew żjut oħra ta’ l-ikel;
(e) ikollu valur tal-perossidu ta’ iktar minn 10
milliekwivalenti ta’ ossiġenu tal-perossidu kull Kg
xaħam jew żejt;
(f) ikun fih kombinazzjoni ta’ iżjed minn 2% bil-piż ta’
lipids (barra minn gliċeridi), kostitwenti mhux
saponifikabbli jew fatty acids ħielsa li jkunu preżenti
b’mod naturali fix-xaħam jew żejt, jew kombinazzjoni
tagħhom; jew
(g) ikun ġie suġġettat għal proċess li jwassal għal bidla fl-
istruttura gliċeridali li oriġinarjament kienet preżenti
fih.
Analisi u teħid ta’ 
kampjuni.
6. Il-metodi ta’ l-analisi u teħid ta’ kampjuni jkunu skond l-
edizzjoni tal-Methods of Analysis of Oils and Fats tal-British
Standards Institution li tkun isseħħ dak iż-żmien.
SKEDI
SKEDA A
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Antiossidanti Livell massimu ta’ użu
Propyl, octyl u dodecyl gallates 100 mg kull Kg individwal-
ment jew kombinati
Butylated hydroxytalueme
(BHT) Ħ 200 mg kull Kg individwal-ment jew kombinati
Butylated hydroxyanisole (BHA)
XAĦMIJIET U ŻJUT TA’ L-IKEL ġ L.S.231.15 3
Kull kombinazzjoni ta’ gallates
ma’ BHA jew BHT, jew mat-
tnejn
200 mg kull Kg, iżda l-gallates
m’għandhomx ikunu iżjed
minn 100 mg kull Kg
Tocopherols naturali u sintetiċi Mhux limitati
Ascobyl palmitate  Ħ 500 mg kull Kg individwal-
ment jew kombinatiAscorbyl stearate
Dilauryl thiodipropionate 200 mg kull Kg 
SKEDA B 
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Antiossidanti Synergists Livell massimu ta’ użu
Aċidu ċitriku u s-sodium salt
tiegħu
Mhux limitati
Taħlita ta’ ċitrat isopropyl Ħ 100 mg kull Kg individwal-
ment jew kombinatiAċidu fosforiku
SKEDA Ċ
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Kontaminanti Livell Massimu
Sustanza volatili f’105º Ċ 0.2% mass in mass
Impuritajiet li ma jdubux 0.05% mass in mass
Kontenut ta’ sapun 0.005% mass in mass
Ħadid (Fe) (Żejt pur) 5 mg kull Kg
(Żejt mhux pur) 1.5 mg kull Kg 
Ram (Cu) (Żejt pur) 0.4 mg kull Kg 
(Żejt mhux pur) 0.1 mg kull Kg 
Ċomb (Pb) 0.1 mg kull Kg 
Arseniku (As) 0.1 mg kull Kg
