DQIQ, ĦOBŻ U GĦAĠIN ġ L.S.231.16 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.16
REGOLAMENTI DWAR DQIQ, ĦOBŻ U GĦAĠIN
1 ta’ Mejju, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 92 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviż Legali 32 ta’ l-
1978.
Titolu.
Dqiq, Ħobż u Għaġin.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 231.
tax-Xorb;
"ħobż" tinkludi ħobż f’kull forma maħsub għall-konsum mill-
bniedem, u tinkludi bziezen, ħobżiet fancy u speċjalitajiet ta’ ħobż;
"karboidrat" tfisser sustanza li jkun fiha biss karbonju, idroġenu
u ossiġenu, li fiha l-idroġenu u l-ossiġenu jkunu jinsabu fl-istess
proporzjon kif jinsabu fl-ilma;
"preparati attivi ta’ enzyme" tinkludi estratt tax-xgħir, dqiq tax-
xgħir, amplases, proteinases u lipoxidases;
"fibra" tfisser is-sustanza organika li tkun tinsab fir-residwu
mnixxef li minnu jkun tneħħa x-xaħam li jinkiseb bid-diġestjoni ta’
kampjun ta’ dqiq jew ta’ ħobż suċċessivament ma’ aċidi u alkali
jagħlu;
"dqiq" tfisser il-prodott mitħun fin u mgħarbel maħsub għall-
bejgħ għall-konsum mill-bniedem u li jinkiseb jew jiġi separat
minn gradi mnaddfa ta’ tħin ta’ qamħ, u sew jekk il-qamħ ikun ġie
malted sew jekk le u sew jekk ikun fih preparati attivi ta’ enzyme u
sew jekk le;
"ħalib" tinkludi krema, ħalib separat, ħalib ikkondensat u trab
tal-ħalib;
"sustanza koloranti permessa" tfisser karamella u tartrazine;
"tbiegħ" tinkludi toffri, turi, tirreklama, jew iżżomm għall-bejgħ
u tipprovdi b’kumpens jew xort’oħra;
"zokkor" tfisser kull sustanza li tinħall ta’ karboidrat li tagħti
ħlewwa;
"preparati stimulanti tal-ħmira" tfisser sustanza jew taħlita ta’
sustanzi li jkunu jistgħu jkomplu jew jaċċeleraw l-attività  tal-
ħmira.
Liċenza.
jagħmel il-ħobż jew l-għaġin jew wieħed li jitħan id-dqiq mingħajr
liċenza mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
Spezzjon ta’ 
mtieħen, fornijiet, 
eċċ.
4. L-Awtorità  Sanitarja, jew kull uffiċjal tal-pulizija meta
meħtieġ mill-imsemmja awtorità , jkun jista’ jidħol u jispezzjona
kull mitħna, forn, jew xi post ieħor fejn il-ħobż jew l-għaġin ikun
qed isir jew ikun qed jinbiegħ lill-pubbliku, sabiex jieħu kampjuni
2 L.S.231.16 ħ DQIQ, ĦOBŻ U GĦAĠIN
jew biex jiżgura li d-disposizzjonijiet rilevanti kollha ta’ l-Att u ta’
xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu jkunu qed jiġu mħarsa.
Dqiq minn ċereali 
deterjorati, eċċ.
5. Ebda persuna ma għandha tbiegħ xi dqiq -
(a) prodott minn qmuħ li jkunu żejtnija jew niedja jew li
jkunu mħallta ma’ xi sustanza barranija;
(b) li jkun fih xi xorta ta’ żrieragħ jew sustanza oħra li
tagħti lid-dqiq xi riħa jew togħma ħażina;
(ċ) li jkun milqut b’xi marda tal-fungi;
(d) li jkun fih annimali jew dud jew insetti parassiti sħaħ
jew partijiet minnhom;
(e) li jkun fih kontenut ta’ tixrib ta’ aktar minn 14.5%;
(f) li jkun fih xi additivi ta’ l-ikel ta’ xi xorta barra minn
dawk permessi b’dawn ir-regolamenti;
(g) li jkun ġie mbajjad b’xi mezzi kimiċi;
(h) li jkun fih xi sustanza jew materjal ieħor mhux
imsemmi fil-paragrafi ta’ hawn fuq u liema sustanza
jew materjal ikun barrani għall-qamħ.
Kompożizzjoni ta’ 
dqiq abjad.
6. Dqiq abjad ikun ħieles minn qoxra tan-nuħħala u germ
hekk li l-perċentaġġ tal-kontenut ta’ l-irmid kalkolat fuq bażi ta’
tixrib ta’ 14.5%  ma jkunx iżjed minn 0.52%.
Dqiq għal 
gallettini.
7. Dqiq, barra minn dqiq wholemeal, maħsub għall-użu fil-
manifattura ta’ gallettini jista’ jkun fih dijossidu tal-kubrit li ma
jkunx iżjed minn 200 parti kull miljun, kalkolat bil-piż.
Dqiq għall-ħelu. 8. Dqiq, barra minn dqiq wholemeal, maħsub biex jintuża
għall-ħelu jista’ jkun fih aċidu propjoniku jew aċidu sorbiku fi
proporzjon ta’ mhux iżjed minn 1000 parti kull miljun.
Wheatmeal, jew 
dqiq ismar, u 
wholemeal.
9. Ebda persuna ma għandha tbiegħ xi wheatmeal, jew dqiq
ismar, jew xi wholemeal, kemm-il darba ma jkunx jaqbel mal-
kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) wheatmeal, jew dqiq ismar, għandu jkun fih mhux
inqas minn 0.6% ta’ fibra, kalkulat bil-piż fuq is-
sustanza niexfa;
(b) wholemeal għandu jkun fih -
(i) l-interità  tal-prodott miksub minn gradi mnaddfa
ta’ tħin ta’ qamħ;
(ii) in-nutrienti li ġejjin li għandhom ikunu preżenti
fl-imsemmi prodott (u mhux magħdudin
miegħu), jiġifieri:
ħadid - mhux inqas minn 1.65 milligrammi
vitamina B - mhux inqas minn 0.24 milligrammi
aċidu nikotiniku jew nikethamide - mhux inqas
minn 1.60 milligrammi
kull 100 gramm ta’ dqiq;
(iii) kontenut ta’ rmid, kalkulat fuq bażi ħieles minn
tixrib ta’ mhux inqas minn 1.25% u mhux iktar
minn 2.25%.
DQIQ, ĦOBŻ U GĦAĠIN ġ L.S.231.16 3
Additivi ma’ dqiq.
Emendat:
A.L. 32 ta’ l-1978.
10. (1) Ebda persuna ma għandha tbiegħ xi dqiq li jkun fih xi
sustanza koloranti miżjuda barra minn karamella. 
(2) Ebda persuna ma għandha tbiegħ xi dqiq li jkun fih xi
aġent ta’ bleaching jew aġent li jtejjeb:
Iżda kull dqiq, li ma jkunx dqiq wholemeal, jista’ jkun fih
aċidu askorbiku u/jew aċetiku.
Kompożizzjoni ta’ 
ħobż.
11. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolamenti 13, 14 u
15, il-ħobż ikun dak il-prodott li jkun magħmul minn dqiq, ħmira u
ilma u li jkun ġie fermentat jew tħalla joqgħod jew misjur kif imiss,
u moħmi.
Proprjetajiet tal-
ħobż.
12. Ebda persuna ma għandha tbiegħ xi ħobż li -
(a) ma jkunx jaqbel mad-disposizzjonijiet tar-regolamenti
11, 12, 13, 14 u 15;
(b) ma jkunx ġie fermentat, imħolli joqgħod jew misjur kif
imiss;
(ċ) ma jkunx ġie moħmi kif imiss jew li ma jkunx moħmi
biżżejjed, jew li jkun fih iktar minn 45% ta’ ilma bl-
użin;
(d) ikun qiesu għaġina;
(e) ikun ropy, jiġifieri, jkun ġie attakkat bil-bacillus
mesentericus;
(f) ikun magħmul minn dqiq milqut b’xi waħda mill-
kondizzjonijiet imsemmija fir-regolament 5; jew
(g) ikun fih xi additivi ta’ l-ikel barra minn dawk permessi
b’dawn ir-regolamenti.
Ħobż abjad.
mad-disposizzjoni li tinsab fir-regolament 6, ħmira u ilma, u jista’
jkun fih ukoll wieħed jew iktar mill-ingredjenti addizzjonali li
ġejjin biss:
(a) melħ
(b) żjut u xaħmijiet ta’ l-ikel
(ċ) ħalib u prodotti tal-ħalib
(d) zokkor
(e) preparati attivi ta’ enzyme
(f) preparati stimulanti ta’ ħmira
(g) preparati li ma jagħmlux ħsara ta’ alpha amylase
(h) aċidu askorbiku
(i) aċidu aċetiku
(j) ħall
(k) aċidu laktiku
(l) lecithin
(m) stearyl tartrate
(n) glycerol esters parzjali
(o) glycerol esters kompleti
4 L.S.231.16 ħ DQIQ, ĦOBŻ U GĦAĠIN
(p) polyglycerol esters parzjali
(q) żerriegħa tal-ġulġlien jew tal-peprin jew abjad tal-
bajd, fuq barra tal-ħobża biss
(r) dqiq tas-soya bean, b’dan li l-proporzjon tad-dqiq tas-
soya bean ma jkunx iktar minn żerġ partijiet kull mitt
parti ta’ dqiq kalkulat bil-piż
(s) kull sustanza użata bħala eċċipjent jew dilwent ta’ xi
wieħed mill-ingredjenti addizzjonali msemmija f’dan
ir-regolament, b’dan li l-proporzjon totali ta’ kull
sustanza jew sustanzi bħal dik li jkunu preżenti fil-
ħobż ma jkunx iżjed minn 225 parti kull miljun ta’
dqiq, kalkolat bil-piż.
Ħobż ismar. 14. Ħobż ismar, jew ħobż wheatmeal, għandu jkun magħmul
minn dqiq ismar li jkun jaqbel mad-disposizzjoni li tinsab fir-
regolament 9, flimkien ma ħmira u ilma, u jista’ jkun fih l-
ingredjenti kollha jew uħud minnhom li huma msemmija fir-
regolament 13 kif ukoll karamella:
Iżda l-proporzjon ta’ dqiq tas-soya bean, jekk ikun hemm,
fil-ħobż ma għandux ikun iżjed minn ħames partijiet kull mitt parti
ta’ dqiq, kalkolat bil-piż.
Ħobż wholemeal. 15. Ħobż wholemeal ikun magħmul minn dqiq wholemeal li
jkun jaqbel mad-disposizzjoni li tinsab fir-regolament 9, flimkien
ma’ ħmira u ilma, u jista’ jkun fih karamella u l-ingredjenti
addizzjonali kollha jew uħud minnhom li hemm imsemmija fir-
regolament 13 bl-eċċezzjoni ta’ dqiq tas-soya bean u aċidu
askorbiku.
Għaġin alimentari. 16. Għaġin alimentari għandu jkun magħmul miinn dqiq abjad
li jkun jaqbel mad-disposizzjoni li tinsab fir-regolament 6 u mill-
ilma, u jista’ jkun fih dawn kollha li ġejjin jew uħud minnhom:
(a) dqiq tas-soya bean
(b) proteina tas-soya bean
(ċ) lecithin
(d) xgħir
(e) estratt tax-xgħir
(f) dqiq tax-xgħir
(g) gomma, Għarbija
(h) stearyl tartrate
(i) glycerol esters parzjali
(j) glycerol esters kompleti
(k) polyglcerol esters parzjali
(l) aċidu askorbiku
(m) aċidu aċetiku
(n) ħall
(o) melħ
(p) żjut u xaħmijiet ta’ l-ikel
DQIQ, ĦOBŻ U GĦAĠIN ġ L.S.231.16 5
(q) ħalib u prodotti tal-ħalib
(r) ħmira
(s) sustanza kaloranti permessa:
Iżda, meta jintuża d-dqiq tas-soya bean jew l-proteina tas-
soya bean, il-perċentaġġ ta’ dak id-dqiq jew dik il-proteina għandu
jkun dikjarat b’mod ċar fuq tikketta li titwaħħal mar-reċipjent.
Għaġin alimentari 
li jkun fih dqiq 
deterjorat.
17. Ebda persuna ma għandha timmanifattura, tipprepara jew
tbiegħ xi għaġin alimentari li jkun magħmul minn dqiq milqut b’xi
waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija fir-regolament 5.
Għaġin alimentari 
speċjali.
18. Għaġin speċjali li jkun fih wieħed jew iktar mill-
ingredjenti addizzjonali li ġejjin jista’ jiġi manifatturat u jinbiegħ:
(a) spinaċi - frisk jew xort’oħra
(b) laħam
(ċ) bajd jew prodotti tal-bajd
(d) ħwawar:
Iżda l-perċentaġġ ta’ l-ingredjenti ta’ hawn fuq għandu jiġi
dikjarat b’mod ċar fuq tikketta li titwaħħal mar-reċipjent.
Ħobż jew għaġin 
għad-dijabetiċi, 
eċċ.
19. Minkejja kull ħaġa li tinsab f’dawn ir-regolamenti, jkun
skond il-liġi li jiġi manifatturat, ippreparat jew mibjugħ xi dqiq,
ħobż jew għaġin alimentari maħsub għad-dijabetiċi jew għas-
slimming jew għad-dijabetiċi, għal għanijiet ta’ dieta, sakemm dak
id-dqiq, ħabż jew għaġin ikun fih indikazzjoni ċara f’dak is-sens.
