ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL FIL-LANED ġ L.S.231.17 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.17
REGOLAMENTI DWAR ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
FIL-LANED
1 ta’ Mejju, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 142 ta’ l-1977.
Titolu.
Ħwejjeġ ta’ l-Ikel fil-Laned.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 231.
tax-Xorb;
"annimali" tinkludi pullam u fniek;
"ħwejjeġ ta’ l-ikel fil-laned" tfisser ħwejjeġ ta’ l-ikel li jkunu
jinsabu f’reċipjent magħluq ermetikament sew jekk ir-reċipjent
ikun magħmul minn metall, ħġieġ jew xi materjal ieħor;
"karboidrat" tfisser sustanza li jkun fiha karbonju, idroġenu u
ossiġenu biss, li fiha l-idroġenu u l-ossiġenu jkunu jinsabu fl-istess
proporzjon kif jinsabu fl-ilma;
L.S. 231.30
"sustanza li tagħti kulur permessa" għandha l-istess tifsira kif
mogħti lilha bir-Regolamenti dwar Kuluri għall-Użu fi Ħwejjeġ ta’
l-Ikel;
"aġent li jagħti ħlewwa permess" tfisser -
(i) sakkarina kif imfissra fl-edizzjoni li fiż-żmien
tkun kurrenti tal-British Pharmacopoeia, u
(ii) sorbitol li għandu l-formula C6H14O6(+½  sa 1
H2O);
Kap. 192.
Kontroll ta’ lmportazzjoni, Bejgħ u Użu ta’ Pestiċidi;
"tbiegħ" tinkludi toffri, turi, tirreklama jew iżżomm għall-bejgħ
u tipprovdi bħala kumpens jew xort’oħra.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ ta’ ċerti 
ħwejjeġ ta’ l-ikel 
fil-laned.
3. Ebda persuna ma għandha tbiegħ xi prodott fil-laned
ippreparat jew fabbrikat minn xi ħaġa ta l-ikel - 
(a) li tkun deterjorata jew ħażina jew tossika;
(b) li tkun mikula minn xi annimal marid;
(ċ) li tkun mikula minn annimal jew prodott ta’ annimal
deterjorat, minn ħut jew prodott tal-ħut deterjorat, jew
minn frott, ligumi, ħaxix jew prodott ieħor bħal dawn
deterjorat;
(d) li magħha tkun żdiedet xi sustanza li tagħti kulur barra
minn sustanza li tagħti kulur permessa;
(e) li jkun fiha xi priżervattiv jew xi additiv ta’ ħwejjeġ
ta’ l-ikel li mhux permess bl-Att jew b’xi regolamenti
magħmulin bis-saħha tiegħu;
2 L.S.231.17 ħ ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL FIL-LANED
(f) li jkun fiha xi aġent li jagħti ħlewwa barra minn
karboidrat, kemm-il darba -
(i) il-prodott fil-laned ma jkunx ġie ippreparat taħt
liċenza mogħtija mis-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika għall-preparazzjoni, importazzjoni jew
bejgħ ta’ ħwejjeġ ta’ l-ikel għal dijabetiċi jew
għal għanijiet ta’ dieta;
(ii) l-aġent li jagħti ħlewwa ma jkunx aġent li jagħti
ħlewwa permessa, u
(iii) il-prodott fil-laned ma jkollux tikketta bil-kliem
"Għad-dijabetiċi" jew "Għal għanijiet ta’ dieta";
jew
(g) li jkun fiha xi pestiċidju jew xi kontaminant ieħor jew
xi sustanza estranja ħlief kif permess bl-Att jew skond
l-Att jew xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu.
Projbizzjoni ta’ 
importazzjoni u 
bejgħ.
4. Ebda persuna m’għandha timporta jew tbiegħ xi ħwejjeġ
ta’ l-ikel fil-laned, jew xi ħwejjeġ ta’ l-ikel maħsuba biex jinbiegħu
bħala ħwejjeġ ta’ l-ikel fil-laned, jekk dak l-ikel ma jkunx jaqbel
għal kollox mad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Kontenuti ta’ 
ħwejjeġ ta’ l-ikel 
fil-laned.
5. Il-ħwejjeġ ta’ l-ikel fil-laned jista’ jkun fihom ukoll xi
wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(i) karboidrat,
(ii) ħall,
(iii) alkohol,
(iv) ħwawar u kondimenti,
(v) żejt ta’ l-ikel,
(vi) aċidu ċitriku,
(vii) meraq tal-lumi,
(viii) aċidu askorbiku,
(ix) melħ, u
(x) dqiq, magħdud dqiq tas-soya.
Ħwejjeġ ta’ l-ikel 
fil-laned bi proċess 
tas-sħana.
6. Meta ħwejjeġ ta’ l-ikel fil-laned ikunu ġew ipproċessati
bis-sħana, jew qabel jew wara li jiġu issiġillati, il-proċess għandu
jsir f’temperatura u għal żmien biżżejjed -
(a) biex ma jibqgħux ħajjin xi mikro-organiżmi li jistgħu
jipproduċu tossini;
(b) biex jiġu inattivati mikro-organiżmi li jistgħu
jiżviluppaw taħt kondizzjonijiet ta’ ħażna mhux
refriġerata (normali);
(ċ) fil-każ ta’ prodotti b’ekwilibrju pH ’il fuq minn 4.5,
biex jiġu distrutti kull spori ta’ Clostridium botulinum.
Projbizzjoni ta’ 
ċertu kontenut fi 
ħwejjeġ ta’ l-ikel 
fil-laned.
7. Ebda persuna ma għandha timporta jew tbiegħ xi ħwejjeġ
ta’ l-ikel li jkun fihom -
(a) insetti, frak ta’ l-insetti, larvea ta’ l-insetti jew bajd ta’
l-insetti, jew
(b) moffa, jew
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL FIL-LANED ġ L.S.231.17 3
(ċ) ċisti jew parassiti oħra.
Records.
tmexxija ta’, fabbrika wżata għat-tqegħid fil-laned ta’ ħwejjeġ ta’ l-
ikel kif ukoll kull persuna li timporta ħwejjeġ ta’ l-ikel fil-laned
għandha żżomm, jew iġġiegħel li jinżammu, records ta’ sistema
jew sistemi ta’ kodiċi xierqa biex jingħarfu l-prodotti fil-laned li
jkunu prodotti jew importati minnha, skond il-każ, u, fil-każ ta’
ħwejjeġ ta’ l-ikel fil-laned prodotti minnha u li jkunu ġew
proċessati bis-sħana, dawk ir-records għandu jkollhom dettalji
dwar il-proċess tas-sħana.
(2) Kull wieħed minn dawk ir-records kif imsemmi fis-sub-
regolament (1) għandu jinżamm għal perijodu ta’ tliet snin u
għandu jkun disponibbli għal spezzjon mill-Awtorità  Sanitarja.
Importazzjoni ta’ 
laħam fil-laned, 
eċċ.
9. Ebda persuna ma tista’ timporta laħam fil-laned, prodotti
tal-laħam fil-laned jew ħwejjeġ ta’ l-ikel fil-laned li jkun fihom
laħam kemm-il darba -
(a) kull konsenja ta’ dawk il-ħwejjeġ ta’ l-ikel ma
jkollhiex magħha dokument jew dokumenti għas-
sodisfazzjon tas-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika,
liema dokument jew dokumenti juru b’mod
partikolari-
(i) li l-laħam li minnu kien ippreparat il-prodott fil-
laned li għalih jirreferi d-dokument jew id-
dokumenti, kien miksub minn annimali li kienu
spezzjonati, fil-pajjiż ta’ l-oriġini tal-laħam,
qabel u wara l-mewt u nstabu ħielsa minn mard
fil-ħin tal-qatla;
(ii) li d-dressing, il-preparazzjoni, il-proċessar, l-
ippakkjar u t-tikkettjar kollu tal-laħam ikun sar
b’dawk il-prekawzjonijiet u b’dawk il-materjali
u tagħmir u b’dak il-mod li ma jkun hemm ebda
periklu għas-saħħa; u
(b) il-laħam ma kienx ippreparat f’impjant jew
stabbiliment li jkun aċċettabbli għas-Suprintendent
tas-Saħħa Pubblika.
