BEJGĦ TA’ ĦALIB PASTORIZZAT ġ L.S.231.18 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.18
REGOLAMENTI DWAR IL-BEJGĦ TA’ ĦALIB 
PASTORIZZAT
1 ta’ Mejju, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 148 ta’ l-1977.
Titolu.
Bejgħ ta’ Ħalib Pastorizzat.
Tifsir.
tirreklama jew iżżomm għall-bejgħ u tagħti bħala kumpens jew
xort’oħra.
Limitazzjoni ta’ 
bejgħ ta’ ħalib nej.
3. Ebda persuna ma tista’ tbiegħ għall-konsum mill-bniedem
xi ħalib nej ħlief lill-Manager tal-Malta Dairy Products. 
Bejgħ ta’ ħalib 
jitqies li hu 
pastorizzat.
4. Bla ħsara għad-disposizzjoni tar-regolament 3, ebda
persuna ma tista’ tbiegħ xi ħalib barra minn ħalib pastorizzat:
Iżda din il-projbizzjoni m’għandhiex tapplika għall-bejgħ
ta’ ħalib priżervat f’reċipjenti siġillati u li jkollhom tikketta xierqa.
Meta l-ħalib jitqies 
li hu pastorizzat.
5. Għall-finijiet ta’ pastorizzazzjoni, il-ħalib jitqies li ġie
hekk trattat meta jkun ġie msaħħan -
(a) għal temperatura ta’ mhux inqas minn 71.7º  ta’ l-
Iskala Celsius (161º  F) u miżmum f’dik it-temperatura
għal ħin ta’ mhux inqas minn ħmistax-il sekonda u
wara mkessaħ għal temperatura ta’ mhux iżjed minn
10 gradi ta’ l-Iskala Celsius (50º  F) minnufih wara t-
trattament tas-sħana; jew
(b) għal temperatura ta’ mhux inqas minn 62.8º  ta’ l-
Iskala Celsius (145º  F) u miżmum f’dik it-temperatura
għal ħin ta’ mhux inqas minn tletin minuta, u wara
mkessaħ għal temperatura ta’ mhux iżjed minn 10º  ta’
l-Iskala Celsius (50º  F) minnufih wara t-trattament tas-
sħana u li ma jkunx ġie hekk trattat iktar minn darba.
Regolamenti ma 
japplikawx.
6. Ebda ħaġa f’dawn ir-regolamenti ma tapplika għal ħalib ta’
l-ovini.
