ZALZETT, LAĦAM IMMELLAĦ U 
LAĦAM IEĦOR IPPREPARAT ġ L.S.231.19 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.19
REGOLAMENTI DWAR ZALZETT, LAĦAM 
IMMELLAĦ U LAĦAM IEĦOR IPPREPARAT
1 ta’ Mejju, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 156 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviż Legali 209 ta’ l-
1998.
Titolu.
Zalzett, Laħam Immellaħ u Laħam ieħor Ippreparat.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"fabbrika" tfisser kull post użat biex fih isir iz-zalzett,
hamburgers, beefburgers u laħam ippreparat b’mod simili u laħam
immellaħ u laħam ippreparat xort’oħra;
"tbiegħ" tinkludi toffri, turi, tirreklama jew iżżomm għall-bejgħ
u tipprovdi bħala kumpens jew xort’oħra.
Applikazzjoni tar-
regolamenti.
3. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għal zalzett u
prodotti oħra ippreparati tal-laħam, biss meta dawn ikunu
ippreparati lokalment.
Zalzett, eċċ., isir 
fil-fabbrika
4. Ebda persuna ma tista’ tagħmel xi laħam f’zalzett,
beefburgers, hamburgers u laħam ippreparat b’mod simili, laħam
immellaħ jew laħam ippreparat xort’oħra ħlief f’fabbrika.
Min iħaddem 
fabbrika għandu 
jkollu liċenza.
Sostitwit:
A.L. 209 ta’ l-
1998.
5. (1) Ħadd ma jista’ juża xi fond bħala fabbrika jew
stabbiliment ieħor simili, ikun kif ikun imsejjaħ, kemm-il darba ma
jkunx hemm dwar dak il-fond liċenza valida għal dak l-għan
maħruġa mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, u ħadd ma jista’
jiftaħ jew jiġġestixxi xi stabbiliment bħal dak kemm-il darba ma
jkollux liċenza valida għal dak l-għan mis-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika. 
(2) Ma tingħata jew tiġġedded ebda liċenza skond is-sub-
regolament (1) jekk il-fond, it-tagħmir, il-faċilitajiet kif ukoll il-
persunal ma jkunx tali li jipprovdu dak l-istandard ta’ zalzett,
hamburgers, beefburgers, u laħam ippreparat b’mod simili, laħam
immellaħ jew laħam ippreparat xort’oħra, hekk kif is-Suprintendent
tas-Saħħa Pubblika iqis li jkun sodisfaċenti.
(3) Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’, meta jagħti jew
iġedded liċenza skond is-sub-regolament (1), jimponi kull
kondizzjoni li huwa jqis li tkun xierqa u jista’ jirrestrinġi dawk l-
attivitajiet li jistgħu jiġu ġestiti fil-fond.
(4) Meta jintuża xi fond jew isir xi għemil bi ksur ta’ xi
kondizzjoni jew restrizzjoni li tkun tinsab f’xi liċenza li tkun
inħarġet jew iġġeddet skond is-sub-regolament (1), dak il-fond
hekk użat u dak il-għemil hekk magħmul għandhom jitqiesu bħala
li ġew hekk użati jew magħmulin mingħajr il-liċenza meħtieġa
b’dan ir-regolament.
(5) Liċenza maħruġa bis-saħħa tas-sub-regolament (1)
għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha tkun inħarġet,
2 L.S.231.19 ħ
ZALZETT, LAĦAM IMMELLAĦ U 
LAĦAM IEĦOR IPPREPARAT
iżda dik il-liċenza tista’ tiġġedded mis-Superintendent tas-Saħħa
Pubblika minn sena għal sena.
Xorta u kwalità  ta’ 
laħam li għandu 
jintuża.
6. (1) Il-laħam kollu li jidħol f’kull fabbrika għandu jkun
perfettament bnin u tajjeb biex jiġi ippreparat f’zalzett,
hamburgers, beefburgers, u laħam ippreparat b’mod simili, laħam
immellaħ u laħam ippraparat xort’oħra, u ebda persuna ma għandha
ddaħħal jew tipprova ddaħħal f’xi fabbrika xi laħam li ma jkunx
f’kondizzjoni tajba u imbullat skond il-liġi.
(2) Ebda persuna ma għandha -
(a) mingħajr il-permess tas-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika, tħawwad waqt li tkun qed tagħmel zalzett,
hamburgers, beefburgers u laħam ippreparat b’mod
simili, il-laħam ta’ annimali ta’ speċi differenti, jew
tuża xi intestini li fil-fehma ta’ l-imsemmi
Suprintendent, ma jkunux bnini jew li ma jkunux
tnaddfu biżżejjed, jew
(b) tuża fil-preparazzjoni ta’ mazzit, zalzett, hamburgers,
beefburgers jew laħam ippreparat b’mod simili, xi
interjuri, demm jew laħam li jkun fi stat ta’
putrifikazzjoni jew li xort’oħra ma jkunx tajjeb għal
dak l-użu.
(3) ll-ġilda, qarquċa, tendini, ligamenti, interjuri u kull
partijiet oħra ta’ l-annimali li ma jkunux biss tissue muskolari jew
xaħam għandhom jitqiesu li m’humiex tajbin għal dak l-użu.
Persuni tista’ 
ssirilhom tfittxija.
7. Il-persuni kollha li jidħlu jew joħorġu minn xi fabbrika
tista’ ssirilhom tfittxija minn xi uffiċjal tad-Dipartiment tas-Saħħa
kull meta jidhirlu meħtieġ.
Bejgħ ta’ zalzett, 
eċċ.
Sostitwit:
A.L. 209 ta’ l-
1998.
8. Ħadd ma għandu jbiegħ xi zalzett, hamburgers,
beefburgers, laħam immellaħ jew laħam ippreparat xort’oħra,
kemm-il darba l-prodott ma jkunx jaqbel għal kollox mad-
disposizzjonijiet tar-regolamenti 5 u 6, u kemm-il darba l-prodott
ma jkunx ġie proċessat ġewwa fond li jkollu liċenza skond ma
hemm f’dawk ir-regolamenti.
