CORNED BEEF ġ L.S.231.21 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.21
REGOLAMENTI DWAR IL-CORNED BEEF
8 ta’ Settembru, 1981
L-AVVIŻ LEGALI 100 ta’ l-1981.
Titolu.
Corned Beef.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra, "reċipjent issiġillat ermetikament" tfisser
reċipjent li hu issiġillat għal kollox, riġidu u li ma jinfidx minn ġo
fih u li hu magħmul minn materjal xieraq adattat għal corned beef.
Applikabbiltà  u 
deskrizzjoni.
3. (1) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għal
prodotti msejjħa "corned beef". 
(2) Il-corned beef għandu jkun magħmul minn laħam tal-
karkassa mingħajr għadam li jkun mqatta’, cured, li jkun inkiseb
minn annimali ta’ l-ispeċi tal-bovini u jista’ jinkludi l-laħam tar-
ras, il-laħam tal-qalb u l-laħam ta’ barra.
(3) Il-corned beef għandu jkun ippreparat minn ċanga mqatta’
ħoxna li tkun ġiet misjura qabel, jew minn ċanga misjura qabel li
magħha jiżdied sa 5% ċanga nejja, kemm-il darba f’kull każ il-
laħam jkun ġie cured, qabel jew wara li jimtela fir-reċipjent.
Kompożizzjoni.
ingredjenti ta’ curing li jikkonsistu f’melħ (sodium chloride) u
nitrit tas-sodju jew tal-potassju.
(2) Il-corned beef jista’ jkun fih ukoll sucrose, zokkor invers,
dextrose (glucose), lactose, maltose, xiropp tal-glucose (inkluż
xiropp tal-qamħ).
(3) Il-kontenut totali ta’ protejini fil-prodott finali ma għandux
ikun inqas minn 21% m/m.
(4) Il-corned beef għandu jkun skond l-istandards stabbiliti fl-
Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti dwar additivi.
Kwalità  u iġjene.
jkun ħieles minn irwejjaħ u togħmiet oġġezzjonabbli.
(2) Ebda laħam jew prodotti tal-laħam ma għandhom jiġu
aċċettati minn stabbiliment fejn jiġi ppreparat jew manifatturat il-
corned beef kemm-il darba l-annimali li minnhom il-laħam jew il-
prodotti tal-laħam ikunu inkisbu ma jkunux ġew eżaminati qabel u
wara l-qatla u nstabu ħielsa minn mard meta nqatlu u tajbin biex
jittieklu mill-bniedem. Dawk l-annimali ma għandhomx, wara dak
l-eżami jew eżamijiet, jiġu jew ikunu ġew esposti għal
kontaminazzjoni jew proċessati jew maniġġati jew ġew suġġettati
għal żieda ta’ xi sustanzi li jagħmlu ħsara li jagħmilhom mhux
tajbin biex jittieklu mill-bniedem.
(3) Il-laħam u l-prodotti tal-laħam imsemmija fis-sub-
regolament (2) għandhom ikunu maniġġati, maħżuna jew
trasportati f’dak l-istabbiliment b’dak il-mod li jħares il-laħam u l-
2 L.S.231.21 ħ CORNED BEEF
prodotti tal-laħam mill-kontaminazzjoni u deterjorazzjoni.
(4) Il-prodott finali għandu jkun nadif u sostanzjalment ħieles
minn tbajja u kontaminazzjoni mir-reċipjent. Il-laħam għandu jkun
cured kollu u sewwa, u l-prodott jkun jista’ jiġi mqatta’ sliced meta
jkun mkessaħ.
Ippakkjar. 6. (1) Il-corned beef għandu jkun ippakkjat f’reċipjenti
ssiġillati ermetikamemt li ma jħallux li jkun hemm
kontaminazzjoni u li jkunu nodfa u li jidhru li jkunu reċipjenti
fermi u juru li jkollhom vakwu. Ir-reċipjenti għandu jsirilhom
trattament bis-sħana wara li jiġu ssiġillati sabiex il-prodott ikun
shelf-stable u hekk li ma jkun ta’ ebda periklu għas-saħħa pubblika.
(2) Meta reċipjenti pproċessati jitkessħu fl-ilma, l-ilma għandu
jkun ta’ kwalità  li jista’ jinxtorob jew ittrattat b’mod xieraq sabiex
ma jkunx ta’ periklu għas-saħħa pubblika. Wara l-ipproċessar, ir-
reċipjenti għandhom jiġu maniġġati b’dak il-mod li l-prodott ma
jiġix ikkontaminat.
Tikketti. 7. (1) It-tikketta fuq ir-reċipjent għandha issemmi x-xorta tal-
prodott bħala "corned beef". Dik it-tikketta għandha wkoll turi
dikjarazzjoni tal-lista kompleta ta’ l-ingredjenti, f’ordni mill-kbir
għaż-żgħir tal-proporzjon u għandu jintuża isem speċifiku għall-
ingredjenti kollha.
(2) II-kontenut nett ikun dikjarat skond il-piż f’unitajiet
metriċi. L-isem tal-fabbrikant, ta’ min jippakkja, tad-distributur, ta’
l-importatur, ta’ l-esportatur u tal-bejjiegħ tal-prodott għandu jiġi
dikjarat, kif ukoll il-pajjiż ta’ l-oriġini tal-prodott. Il-pajjiż fejn isir
l-ipproċessar għandu jitqies li hu l-pajjiż ta’ l-oriġini. Kull
reċipjent għandu jkun stampat ibbuzzat jew xort’oħra permanente-
ment immarkat biex jiġi identifikat l-istabbiliment li jipproduċi l-
corned beef kif ukoll sabiex jiġi identifikat n-numru tal-partita.
Il-corned beef ikun 
skond ir-
regolamenti, eċċ.
Kap. 231.
8. (1) Ebda persuna ma tista’ timporta, timmanifattura,
tesporta jew tbiegħ xi corned beef li ma jkunx iħares il-ħtiġiet ta’
dawn ir-regolamenti jew li ma kienx prodott skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jew ma’ l-Att dwar
Ħwejjeġ ta’ l-Ikel, Mediċinali u Ilma tax-Xorb, jew ta’ xi
regolamenti magħmula taħtu.
L.S.231.17
(2) Kull corned beef li jitħalla jiġi mportat skond id-
disposizzjoni tas-sub-regolament (l) għandu, malli jiġi mportat,
jkollu miegħu d-dokument jew id-dokumenti kif imsemmija fir-
regolament 9 tar-Regolamenti dwar Ħwejjeġ ta’ l-Ikel fil-Laned.
CORNED BEEF ġ L.S.231.21 3
SKEDA
(Regolament 4(4))
ADDITIVI TA’ L-IKEL
Additivi Livell massimu kalkolat 
fuq il-kontenut nett totali 
tal-prodott finali
Nitrit, salts tal-potassju jew tas-sodju 50 mg/kg nitrit totali
espress bħala nitrit tas-
sodju
Aċidu askorbiku u s-salt tas-sodju
tiegħu
500 mg/kg espress bħala
aċidu askorbiku.
