LUNCHEON MEAT ġ L.S.231.22 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.22
REGOLAMENTI DWAR IL-LUNCHEON MEAT
25 ta’ Settembru, 1981
L-AVVIŻ LEGALI 103 ta’ l-1981.
Titolu.
Luncheon Meat.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"fdal tal-laħam li jittiekel" tfisser kull fdal tal-laħam li jkun
għadda bħala tajjeb għal konsum mill-bniedem u tinkludi pulmuni
(iżda mhux jekk l-annimal li minnu jittieħdu l-pulmuni jkun
instamat billi ġie mgħaddas f’ilma sħun) iżda ma tinkludix widnejn,
qurriegħa, l-imnieħer (inklużi x-xufftejn u l-ħalq), membrana tal-
mucous, nervituri, s-sistema ġenitali, l-isdra, l-intestini u l-
bużżieqa ta’ l-awrina;
"laħam" tfisser l-parti li tittiekel ta’ kull mammal maqtul
f’biċċerija;
"ippakkjat" tfisser ippakkjat f’reċipjent maħdum minn materjali
li bihom ma jkunx hemm kontaminazzjoni taħt kondizzjonijiet ta’
maniġġ normali;
"laħam tal-pullam" tfisser il-parti li tittiekel ta’ kull tajra
domestikata inkluża t-tiġieġa, id-dundjan, il-papra, il-wiżża, il-
farawni jew ħamiem maqtula f’postijiet awtorizzati kif imiss.
Applikabbilità  
u kompożizzjoni.
3. (1) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għal
prodotti msejħa bħala luncheon meat u li jkunu ppakkjati f’xi
materjal adattat. 
(2) Il-luncheon meat għandu jkun ippreparat minn laħam li
jkun ġie mqatta’ u kkurat u li jista’ jkun ġie smoked. Barra minn
laħam, fdal tal-laħam li jittiekel u laħam tat-tjur jistgħu jintużaw
fil-preparazzjoni tal-prodott. Il-prodott jista’ jew ma jistax ikollu
binders.
(3) Il-luncheon meat għandu jkollu l-ingredjenti li ġejjin:
laħam, ilma, ingredjenti ta’ curing li jikkonsistu
f’melħ (sodium chloride) u nitrit tas-sodju jew tal-
potassju.
(4) Il-luncheon meat jista’ jkun fih dan li gej:
fdal tal-laħam li jittiekel, xaħam waħdu, majjal cured
jew mhux cured, qoxra waħedha, laħam tal-pullam;
carbohydrate u binders tal-protejini;
meal, dqiq jew starch ippreparat mill-qamħ, jew patata
jew patata ħelwa;
ħobż, gallettini jew prodotti tal-furnar;
trab tal-ħalib, trab tal-ħalib xkumat, trab tal-ħalib, tal-
butir, caseinate, trab tax-xorrox, protejini tal-bajd,
2 L.S.231.22 ħ LUNCHEON MEAT
serum tad-demm imnixxef, dqiq tas-soya, potejini tas-
soya, protejini veġetali textured, protejini tal-
groundnut, gluten tax-xgħir, dqiq tal-lupin, dqiq tal
ġirsaol;
sucrose, zokkor invers, dextrose (glucose), lactose,
maltose, xiropp tal-glucose (inkluż xiropp tal-qamħ);
ħwawar, seasonings u kondimenti;
protejini idrolizzati.
(5) Il-luncheon meat għandu jkun skond il-ħtiġiet mniżżla fl-
Ewwel Skeda dwar kontenut tal-laħam u xaħam.
Kwalità  u iġjene. 4. (1) L-ingredjenti li minnhom ikun preparat il-prodott
ikunu ta’ kwalità  tajba biex jittieklu mill-bniedem u ħielsa minn
irwejjaħ u togħma oġġezzjonabbli.
(2) Ebda laħam, inkluż il-laħam tal-pullam u l-prodotti
tagħhom, ma jiġi aċċettat mimn stabbiliment fejn jiġi preparat jew
manifatturat luncheon meat kemm-il darba l-annimali (inkluż il-
pullam) li minnhom jinkiseb dak il-laħam jew dawk il-prodotti ma
jkunux ġew eżaminati qabel u wara l-mewt u nstabu ħielsa minn
mard meta nqatlu u tajbin biex jittieklu mill-bniedem. Dawn l-
annimali m’għandhomx wara dak l-eżami jew dawk l-eżamijiet jiġu
jew ikunu ġew esposti għal kontaminazzjoni jew proċessati jew
maniġġati jew ġew suġġetti għal żieda ta’ xi sustanza li tagħmel
ħsara li jagħmilhom mhux tajbin biex jittieklu mill-bniedem.
(3) Il-laħam, inkluż il-laħam tal-pullam u l-prodotti tagħhom,
imsemmija fis-sub-regolament (2), għandu jiġi maniġġat, maħżun
jew trasportat f’dak l-istabbiliment, b’dak il-mod li jħares dak il-
laħam u dawk il-prodotti mill-kontaminazzjoni u deterjorazzjoni.
(4) Il-prodott finali għandu jkun nadif u sostanzjalment ħieles
minn tbajja’ u kontaminazzjoni mir-reċipjent. Il-laħam u l-laħam
tal-pullam għandu jkun cured kollu u sewwa u l-prodott għandu
jkun jista’ jitqatta’ sliced.
Addittivi ta’ l-ikel. (5) L-addittivi ta’ l-ikel fil-luncheon meat għandhom ikunu
skond il-htiġiet imsemmija fit-Tieni Skeda.
Trattament tas-
sħana.
5. It-trattament tas-sħana li għalih ikun suġġettat il-prodott u
x-xorta ta’ cure u ippakkjar għandu jkun biżżejjed biex jiġi żgurat
li l-prodott ma jkunx ta’ periklu għas-saħħa pubblika u jibqa’ bnin
taħt kondizzjonijiet ta’ ħażna, trasport u bejgħ.
Ippakkjar. 6. (1) Il-prodotti tal-luncheon meat li jkunu ġew trattati bis-
sħana, wara li jiġu ppakkjati għandhom ikunu ppakkjati f’reċipjenti
siġillati ermetikament li ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa jew li
minnhom ikun hemm kontaminazzjoni taħt il-kondizzjoni ta’
maniġġ, ħażna, trasport u bejgħ kif muri fuq it-tikketta. Ir-
reċipjenti għandhom ikunu nodfa u li jidhru li jkunu reċipjenti
fermi u meta x-xorta tar-reċipjenti hekk teħtieġ juru li jkollhom
vakwu.
(2) Il-prodotti tal-luncheon meat li jkunu ġew trattati bis-sħana
qabel ma jiġu ppakkjati għandhom ikunu ppakkjati b’dak il-mod li
l-prodott ma jitħassarx u ma jkunx ta’ periklu għas-saħħa pubblika
taħt il-kondizzjonijiet ta’ maniġg, ħażna, trasport u bejgħ kif muri
fuq it-tikketta. Ir-reċipjenti ma għandhomx ikunu ta’ periklu għas-
LUNCHEON MEAT ġ L.S.231.22 3
saħħa jew iħallu li jkun hemm kontaminazzjoni taħt kondizzjonijiet
normali ta’ maniġġ. Għandhom ikunu nodfa u, meta x-xorta tar-
reċipjent hekk teħtieġ, juru li jkollhom vakwu.
(3) Meta reċipjenti pproċessati jitkessħu fl-ilma, l-ilma għandu
jkun ta’ kwalità  li jista’ jinxtorob jew ittrattat b’mod xieraq sabiex
ma jkunx ta’ periklu għas-saħħa pubblika.
(4) Il-prodott finali għandu jkun maniġġat u maħżun b’dak il-
mod li ma jkunx hemm kontaminazzjoni tal-prodott.
Tikketti.
prodott bħala "luncheon meat". Dik it-tikketta għandha ukoll turi
dikjarazzjoni li jkun hemm binders u fdal tal-laħam li jittiekel u
dikjarazzjoni li turi l-ispeċji ta’ l-annimal li minnhom ittieħed il-
laħam għandha ssir dwar l-isem tal-prodott jekk in-nuqqas tagħha
jista’ jqarraq bil-konsumatur.
(2) Għandha tigi dikjarata fuq it-tikketta lista kompleta ta’ l-
ingredjenti, f’ordni mill-kbir għaż-żgħir tal-proporzjon. L-ismijiet
speċifiċi għandhom jintużaw għal aċidu askorbiku, isoascorbic
acid u s-salts tas-sodju tagħhom, u nitriti (potassju u sodju). Fosfati
miżjuda jistgħu jiġu dikjarati bit-titolu tal-klassi "fosfati". Il-lista
ta’ l-ingredjenti għandha turi l-ispeċji ta’ l-annimali li minnhom
ttieħed il-laħam.
(3) Il-kontenut nett għandu jkun dikjarat skond il-piż metriku.
(4) L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant, ta’ min jippakkja, tad-
distributur, ta’ l-importatur, ta’ l-esportatur jew tal-bejjiegħ tal-
prodott għandu jiġi dikjarat fuq it-tikketta, kif ukoll il-pajjiż ta’ l-
oriġini tal-prodott. Il-pajjiż fejn isir l-ipproċessar għandu jitqies li
hu l-pajliż ta’ l-oriġini għall-finijiet ta’ tikkettjar. Kull reċipjent
għandu jkun stampat, ibbuzzat jew xort’oħra permanentement
immarkat biex jiġi identifikat l-istabbiliment li jipproduċi l-
luncheon meat kif ukoll n-numru tal-partita tal-lot.
(5) Għal prodotti li ma jkunux shelf-stable kompletament
jiġifieri li ma jkunux mistennija li jżommu għal mill-inqas minn
sena taħt kondizzjonijiet normali ta’ ħażna u bejgħ, għandhom
jingħataw istruzzjonijiet għall-ħażna biżżejjed fuq it-tikketta.
Dawn l-istruzzjonijiet għandhom jagħtu t-temperatura massima li
tkun rakkomandata jew il-kondizzjonijiet ta’ ħażna u, fil-każ ta’
prodotti mibjugħa lill-konsumatur, indikazzjoni tal-perijodu ta’
ħażna massimu li jkun rakkomandat f’kondizzjonijiet speċifikati.
Il-luncheon meat 
ikun skond 
regolamenti, eċċ.
Kap. 231.
8. (1) Ebda persuna ma tista’ timporta, timmanifattura,
tesporta jew tbiegħ xi luncheon meat li ma jkunx iħares il-ħtiġiet
ta’ dawn ir-regolamenti jew li ma jkunx ġie prodott skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jew ta’ l-Att dwar
Ħwejjeġ ta’ l-Ikel, Mediċinali u Ilma tax-Xorb, jew ta’ xi
regolamenti magħmula taħtu.
L.S.231.17
(2) Kull luncheon meat li jitħalla jiġi mportat skond id-
disposizzjoni tas-sub-regolament (1) għandu, malli jiġi mportat,
ikollu miegħu d-dokument jew id-dokumenti kif imsemmi fir-
regolament 9 tar-Regolamenti dwar Ħwejjeġ ta’ l-Ikel fil-Laned.
4 L.S.231.22 ħ LUNCHEON MEAT
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 3(5))
IT-TIENI SKEDA
Regolament 4(5)
Prodott bil-
binder
Prodott mingħajr binder u fdal 
tal-laħam li jittiekel (iżda jista’ 
jinkludi qalb, ilsien u laħam 
tar-ras ta’ mammali)
 - L-anqas kontenut ta’ laħam
ingoing
80% * 90%
- L-ogħla kontenut ta’ xaħam 35% 30%
* Il-kontenut tal-laħam jinkludi laħam, fdal ta’ laħam li jittiekel u laħam tal-pullam.
Additiv Livell massimu kalkolat fuq il-
kontenut nett totali tal-prodott finali
Aċidu askorbiku u sodium salt Ħ 500 mg/kg (espress bħala ascorbic acid)
waħdu jew imħallat.Isoascorbic acid u sodium salt
Flavourings naturali kif imfisser fil-
Codex Alimentarius u l-
ekwivalenti sintetiċi identiċi
tagħhom Limitati bil-Good Manufacturing Practice.
Sodium citrate Limitat bil-Good Manufacturing Practice.
5’-Guanylate, disodium 500 mg/kg espress bħala guanylic acid.
5’-Inosinate, disodium 500 mg/kg espress bħala inosinic acid.
Monosidum glutamate 5000 mg/kg espress bħala glutamic acid.
Nitrit, potassju u/jew sodium salts 125 mg/kg total tan-nitrit espress bħala
nitrit tas-sodju.
Fosfati miżjuda (mono-, di- u poly-
salts tas-sodju u tal-potassju
3000 mg/kg (espress bħal P2O5) waħedhom
jew imħallta.
Glucono-delta-lactone 3000 mg/kg.
Erythrosine (CI 45430) biex
jikkompensa għal telf ta’ kulur
(għall-prodott bil-binder biss) 15 mg/kg.
