STANDARDS TA’ ZALZETT U LAĦAM 
TAZ-ZALZETT TIP INGLIŻ ġ L.S.231.23 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.23
REGOLAMENTI DWAR STANDARDS TA’ ZALZETT 
U LAĦAM TAZ-ZALZETT TIP INGLIŻ
11 ta’ Settembru, 1984
L-AVVIŻ LEGALI 44 ta’ l-1984.
Titolu.
Standards ta’ Zalzett u Laħam taz-Zalzett Tip Ingliż.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"ċereali" tinkludi dqiq u lamtu tar-ross;
"zalzett tip Ingliż" tfisser kull taħlita ta’ laħam taċ-ċanga jew tal-
majjal mhux misjur, imqatta’ jew ikkappuljat biċ-ċereali u bil-
ħwawar jew mingħajrhom u sew jekk mimlija f’milwa trasparenti u
sew jekk le u magħrufa b’mod popolari bħala zalzett tat-tip Ingliż;
"laħam taz-zalzett tip Ingliż" tfisser kull taħlita ta’ laħam taċ-
ċanga jew tal-majjal mhux misjur, imqatta’ jew ikkappuljat biċ-
ċereali, u bil-ħwawar jew mingħajrhom;
"laħam" tfisser il-laħam bix-xaħam.
Zalzett u laħam 
taz-zalzett tat-tip 
Ingliż ikunu skond 
l-istandard.
3. Ebda zalzett jew laħam taz-zalzett tip Ingliż ma jista’ jiġi
mportat, manifatturat, ippreparat jew jiġi servut f’xi stabbiliment li
jipprovdi ikel jew jinbiegħ bħala ikel take away jew xort’oħra
kemm-il darba dak iz-zalzett jew laħam ma jkunx skond l-
istandards stabbiliti fil-kolonni 2 u 3 ta’ l-Iskeda li tinsab ma’
dawn ir-regolamenti dwar l-oġġett imniżżel fil-kolonna 1 ta’ l-
Iskeda.
Tikketjar.
b’dak il-mod li l-prodott ikun jidher li hu zalzett jew laħam taz-
zalzett tat-tip Ingliż.
(2) It-tikketta fuq il-pakkett jew fuq ir-reċipjent ta’ zalzett jew
laħam taz-zalzett tat-tip Ingliż għandu jkollha -
(a) l-isem tal-marka jew kummerċjali, jekk ikollu, u
deskrizzjoni tal-prodott;
(b) l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tal-persuna
responsabbbli għall-prodott;
(ċ) it-tip jew it-tipi ta’ laħam użat;
(d) dikjarazzjoni korretta tal-kontenut nett bħala piż;
(e) l-isem jew in-numru, jekk ikun hemm, ta’ xi kulur jew
priżervattiv użat;
(f) il-fatt li jkun fih ċereali jew xi ħwawar, jekk jintużaw.
2 L.S.231.23 ħ
STANDARDS TA’ ZALZETT U LAĦAM 
TAZ-ZALZETT TIP INGLIŻ
SKEDA
(Regolament 3)
Kolonna 1 Kolonna 2 Kolonna 3
Deskrizzjoni tal-
Prodott
L-inqas kontenut ta’ 
laħam
L-inqas laħam 
mingħajr xaħam
Zalzett jew laħam taz-
zalzett taċ-ċanga
50% li minnu 80% 
irid ikun laħam taċ-
ċanga
60% tal-kontenut 
tal-laħam
Zalzett jew laħam taz-
zalzett tal-majjal
50% li minnu 80% 
irid ikun laħam tal-
majjal
72% tal-kontenut 
tal-laħam
