STANDARDS TA’ BURGERS TAL-LAĦAM ġ L.S.231.24 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.24
REGOLAMENTI DWAR STANDARDS TA’ BURGERS 
TAL-LAĦAM
13 ta’ Novembru, 1984
L-AVVIŻ LEGALI 53 ta’ l-1984.
Titolu.
Standards ta’ Burgers tal-Laħam.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"ċereali" tinkludi dqiq u lamtu tar-ross;
"laħam" tfisser id-dejf tal-laħam flimkien max-xaħam;
"burger tal-laħam" tfisser kull xorta ta’ pulpetta tal-laħam, sew
jekk imsajjra sew jekk le, u tinkludi beefburger u hamburger.
Burgers tal-laħam 
ikunu skond l-
istandards.
3. Ebda burger tal-laħam ma jkun importat, manifatturat,
ippreparat, miżmum għall-bejgħ, espost jew xort’oħra muri għall-
bejgħ, servut f’xi stabbiliment li jipprovdi ikel, mibjugħ bħala ikel
take away jew mibjugħ xort’oħra (sew jekk bl-ingrossa sew jekk bl-
imnut), kemm-il darba dak il-burger tal-laħam ma jkunx skond l-
istandards stabbiliti fit-tieni kolonna ta’ l-Iskeda li tinsab ma’
dawn ir-regolamenti dwar l-oġġett imniżżel fl-ewwel kolonna ta’
dik l-Iskeda.
Tikkettjar.
tesponi jew xort’oħra turi għall-bejgħ, jew tbiegħ (sew jekk bl-
ingrossa jew bl-imnut) xi burgers tal-laħam f’pakkett jew
f’reċipjent kemm-il darba ma jkunx hemm miegħu jew imwaħħal
ma’ jew stampat fuq jew inkluż fir-reċipjent tikketta xierqa li turi-
(a) l-isem tal-marka jew kummerċjali, jekk ikollu, u
deskrizzjoni tal-prodott;
(b) l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tal-persuna
responsabbli għall-prodott;
(ċ) it-tip jew it-tipi ta’ laħam użat;
(d) dikjarazzjoni korretta tal-kontenut nett bħala piż u n-
numru ta’ unitajiet;
(e) l-isem jew in-numru, jekk ikun hemm, ta’ xi kulur jew
priżervattiv użat;
(f) il-fatt li jkun fih ħwawar jew ċereali, jekk jintużaw.
(2) Tikketta li ma tkunx tista’ tinqara sewwa sakemm ma
tiftaħx il-pakkett jew ir-reċipjent (jekk dawn ma jkunux miftuħa)
jew xort’oħra ma jkunx maniġġat il-kontenut tagħhom ma titqiesx
li tkun tikketta xierqa għall-fini tas-sub-regolament (1).
2 L.S.231.24 ħ STANDARDS TA’ BURGERS TAL-LAĦAM
SKEDA
(Regolament 3)
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Deskrizzjoni tal-Prodott L-inqas kontenut ta’ Laħam
Beefburgers 80% laħam li jinkiseb minn 
speċji tal-bovini biss, li minnu 
80% irid ikun dejf
Burgers tal-laħam barra minn 
beefburgers
80% laħam li jinkiseb minn 
taħlitiet ta’ porku u ċanga, li 
minnu 80% irid ikun dejf
