STANDARDS TA’ LAĦAM MITĦUN, 
IKKAPULJAT U MQATTA’ ġ L.S.231.25 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.25
REGOLAMENTI DWAR STANDARDS TA’ LAĦAM 
MITĦUN, IKKAPULJAT U MQATTA’
23 ta’ Novembru, 1984
L-AVVIŻ LEGALI 59 ta’ l-1984.
Titolu.
Standards ta’ Laħam Mitħun, Ikkapuljat n Mqatta’.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra, "laħam" tfisser id-dejf flimkien max-xaħam.
Standards għal 
laħam mitħun, 
ikkapuljat u 
mqatta.
3. Ebda laħam mitħun, ikkapuljat u mqatta’ ma jista’ jiġi
mportat, manifatturat, ippreparat, miżmum għall-bejgħ, espost jew
xort’oħra muri għall-bejgħ, servut f’xi stabbilimemt li jipprovdi
ikel, mibjugħ bħala ikel take-away jew mibjugħ xort’oħra (sew
jekk bl-ingrossa sew jekk bl-imnut), kemm-il darba dak il-laħam
ma jkunx skond l-istandards stabbiliti fit-Tieni Kolonna ta’ l-
Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti dwar l-oġġett imniżżel fl-
Ewwel Kolonna ta’ dik l-Iskeda.
Tikkettjar.
bħala ikel ippakkjat minn qabel, dan il-laħam għandu jitgeżwer
f’reċipjent trasparenti u ssiġillat bis-sħana jew magħluq bil-makna
tal-clips, u għandu jkun hemm miegħu, jew imwaħħal ma’ jew
stampat fuq, l-imsemmi reċipjent tikketta xierqa li turi -
(a) l-isem tal-marka jew kummerċjali, jekk ikollu, u
deskrizzjoni tal-prodott;
(b) l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tal-persuna
responsabbli għall-prodott;
(ċ) it-tip jew tipi ta’ laħam użat; u
(d) dikjarazzjoni korretta tal-piż nett.
SKEDA
(Regolament 3)
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Deskrizzjoni tal-Prodott L-inqas Kontenut ta’ Laħam
1. Ċanga mitħuna, ikkapuljata 
jew imqatta’
100% laħam li jinkiseb minn 
speċji tal-bovini biss, li minnu 
mhux inqas minn 75% irid ikun 
dejf
2. Porku mitħun, ikkapuljat jew 
imqatta’
100% laħam li jinkiseb minn 
porku biss, li minnu mhux inqas 
minn 75%  irid ikun dejf
2 L.S.231.25 ħ
STANDARDS TA’ LAĦAM MITĦUN, 
IKKAPULJAT U MQATTA’
3. Ċanga u porku, mitħunin, 
ikkapuljati jew imqattgħin
100% laħam li jinkiseb, 50% 
minn speċji tal-bovini u 50% 
minn porku u li minnu mhux 
inqas minn 75%  li jinkiseb 
minn kull speċji jrid ikun dejf
