UŻU TA’ MATERJAL KOMBUSTIBBLI FL-IFRAN ġ L.S.231.26 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.26
REGOLAMENTI DWAR L-UŻU TA’ MATERJAL 
KOMBUSTIBBLI FL-IFRAN
8 ta’ Awissu, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 109 ta’ l-1989.
Titolu.
Użu ta’ Materjal Kombustibbli fl-Ifran.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra, il-kelma "forn" tinkludi kull stabbiliment fejn
ikun hemm forn jew kull stabbiliment ieħor bħalu minkejja kif dan
jista’ jissejjaħ.
Materjal 
kombustibbli li 
jista’ jintuża.
3. Ħadd ma jista’, fit-tħejjija ta’ ikel għall-bejgħ għall-
konsum tal-bniedem, permezz ta’ tisjir, ħami jew billi tiġi applikata
xi għamla oħra ta’ trattament bis-sħana f’xi forn - 
(a) juża xi materjal kombustibbli li ma jkunx materjal
kombustibbli mingħajr kontenut ta’ ċomb, fornut mill-
Korporazzjoni Enemalta jew minn xi aġent ieħor
approvat għal dak l-iskop; jew
(b) juża xi materjal kombustibbli bħal dak li hemm
imsemmi fil-paragrafu (a) wara li dan ikun diġà  intuża
għal xi għan ieħor li ma jkunx ta’ tisjir jew ta’ ħami
jew ta’ trattament bis-sħana ġewwa forn; jew
(ċ) juża xi materjal ta’ l-injam li jkun miżbugħ.
Żamma ta’ 
materjal projbit.
4. (1) Ebda detentur ta’ liċenza ta’ forn u ebda furnar ma
għandhom iżommu jew jippermettu li jinżammu ġewwa forn, jew
fl-inħawi ta’ barra li jiġu minnufih biswitu, xi materjal ta’ l-injam
mormi li jkun ipprojbit jew xi materjal kombustibbli li jkun intuża
għal għanijiet li ma jkunux ta’ tisjir jew ħami, jew xi materjal
kombustibbli ieħor li jkun mod ieħor projbit skond dawn ir-
regolamenti.
(2) Is-sejba ta’ xi materjal ta’ l-injam jew materjal
kombustibbli projbit ġewwa forn jew fl-inħawi ta’ barra li jiġu
minnufih biswitu għandha titqies daqslikieku l-injam jew il-
materjal kombustibbli kien qiegħed jinżamm mid-detemtur ta’
liċenza jew minn furnar għall-użu bħala materjal kombustibbli
għat-tisjir, ħami jew xi għamla oħra ta’ trattament bis-sħana, ħlief
jekk huwa jista’ jipprova illi jkun ħa l-passi neċessarji biex
jinforma lill-pubbliku li ma kienx aktar jeħtieġ provvista ta’ dak l-
injam jew materjal kombustibbli, illi ma jkunx fil-fatt daħħal jew
uża dak l-injam jew materjal kombustibbli fil-forn tiegħu, u illi
kien minnufih informa l-awtoritajiet tal-Pulizija bis-sejba tiegħu ta’
dak l-injam jew materjal kombustibbli fl-inħawi ta’ barra li jiġu
minnufih biswit il-forn tiegħu.
Bejgħ projbit.
bejgħ, jew jagħti bħala kumpens jew xort’oħra xi ikel li jkun
issajjar, inħema jew li kellu xi għamla oħra ta’ trattament bis-sħana
applikat kontra d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
