TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.27
REGOLAMENTI DWAR TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, 
PREŻENTAZZJONI U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI 
TA’ L-IKEL
1 ta’ Frar, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 5 ta’ l-2002.
Titolu u bidu fis-
seħħ.
1. It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar
Twaħħil ta’ Tikketti, Preżentazzjoni u Riklamar ta’ Oġġetti ta’ l-
Ikel, u għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2002, b’dan iżda li:
1.1.1 Prodotti impurtati f’Malta u ordnati qabel l-1 ta’
Frar 2002 u li ma jikkonformawx mad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jistgħu
jinbiegħu sakemm jispiċċaw il-ħażniet, b’dan iżda li
dawn il-prodotti jkunu jikkonformaw mar-
Regolamenti dwar it-Tikkettjar u l-Preżentazzjoni
ta’ Ħwejjeġ ta’ l-Ikel*.
1.1.2 Dawn ir-regolamenti m’għandhomx japplikaw fil-
każ ta’ prodotti manifatturati jew prodotti Malta u
ppakkjati minn qabel l-1 ta’ Jannar 2003 b’dan iżda
li dawn il-prodotti jikkonformaw mad-
disposizzjonijiet tar-Regolamenti dwar it-
Tikkettjar u l-Preżentazzjoni ta’ Ħwejjeġ ta’ l-Ikel.
1.1.3 Prodotti manifatturati jew prodotti Malta u
ppakkjati minn qabel qabel l-1 ta’ Jannar 2003 u li
ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet ta’ dawn
ir-regolamenti jistgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw
il-ħażniet, b’dan iżda li dawn il-prodotti
jikkonformaw mal-provvedimenti tar-Regolamenti
dwar it-Tikkettjar u l-Preżentazzjoni ta’ Ħwejjeġ ta’
l-Ikel.
1.1.4 Kull materjal għat-twaħħil ta’ tikketti u ppakkjar li
jaqa’ fl-ambitu ta’ l-iskop ta’ dawn ir-regolamenti u
li hu ordnat jew stampat wara l-1 ta’ Frar 2002
għandu jikkonforma ma’ dak li jitolbu dawn ir-
regolamenti.
Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti fir-rigward ta’
pretensjonijiet magħmulin fir-riklamar u fir-rigward ta’ oġġetti ta’
l-ikel għal użijiet ta’ nutriment partikolari għandhom japplikaw
għall-oġġetti ta’ l-ikel kollha mill-1 ta’ Frar 2002, bl-eċċezzjoni
tar-regolamenti 19.19 sa 19.25, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’
April 2004. 
Skop u 
applikabilità .
2.1 Dawn ir-regolamenti għandhom x’jaqsmu mat-twaħħil ta’
tikketti fuq oġġetti ta’ l-ikel li jgħaddu bħala tali lill-konsumatur
aħħari u ma’ ċerti aspetti li għandhom x’jaqsmu mal-preżentazzjoni
*Revokati b’dawn ir-Regolamenti.
2 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
u r-riklamar tagħhom. 
2.2 Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw ukoll għal
oġġetti ta’ l-ikel maħsubin biex ikunu pprovduti lil lukandi,
ristoranti, sptarijiet, canteens u fornituri tal-massa simili (minn issa
’l quddiem imsejjħin "fornituri tal-massa").
Definizzjonijiet u 
tifsir.
3.1 F’dawn ir-regolamenti, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod
ieħor, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) "twaħħil ta’ tikketti" tfisser kull xorta ta’ kliem,
partikolarijiet, marki tad-ditta, isem tal-marka,
materjal bi stampi jew simbolu li għandu x’jaqsam ma’
oġġett ta’ l-ikel u jitqiegħed fuq kull xorta ta’
ppakkjar, dokument, avviż, tikketta, ċirku jew kullar li
jkun ma’oġġett ta’ l-ikel jew li jkun jirreferi għalih;
(b) "oġġett ta’ l-ikel ippakkjat minn qabel" tfisser kull
oġġett singolu maħsub biex ikun ippreżentat lill-
konsumatur aħħari u lill-fornituri tal-massa, li jkun
jikkonsisti minn oġġett ta’ l-ikel u l-ippakkjar li jkun
tqiegħed fih qabel ma kien offrut għall-bejgħ, kemm
jekk dan l-ippakkjar jagħlaq ġo fih l-oġġett ta’ l-ikel
kollu jew parzjalment biss, imma f’kull każ b’mod li l-
kontenut ma jistax jinbidel jekk l-ippakkjar ma
jinfetaħx jew ma jinbidilx;
(ċ) "ingredjent" tfisser kull sustanza, inklużi addittivi,
użata fil-manifattura jew preparazzjoni ta’ oġġett ta’ l-
ikel u li jkun għadu preżenti fil-prodott lest, anki jekk
f’forma mibdula;
(d) "silġ li jista’ jittiekel" tinkludi ġelati, silġ ta’ l-ilma u
silġ tal-frott, kemm jekk waħedhom u kemm jekk
f’taħlita, u kull ikel simili;
(e) "prodott tal-ħelu" tfisser kull oġġett tal-ħelu magħmul
miċ-ċikkulata jew tal-ħelu magħmul miz-zokkor;
(f) "prodott tal-ħelu fancy" tfisser kull prodott tal-ħelu li
għandu forma ta’ figura, animal, sigarett jew bajda jew
xi forma fancy oħra;
(g) "gallettini" tinkludi wejfers, qriemeċ, ftajjar tal-ħafur
u matzos;
(h) "stabbiliment tal-forniment" tfisser kull ristorant,
canteen, klabb, pub, skola, sptar u stabbiliment simili
(inkluż vettura jew posta immobbli jew mobbli) fejn,
fil-kors tan-negozju, ikun imħejji l-ikel biex jgħaddi
għall-konsumatur aħħari u jkun lest biex jittiekel bla
ebda tħejjija ulterjuri;
(i) "ġobon" tfisser il-prodott frisk jew maturat maħsub
biex jinbiegħ għall-konsum uman, li jittieħed kif ġej:
(i) fil-każ ta’ ġobon minbarra ġobon tax-xorrox,
bit-taħlit, bit-tagħqid jew b’kull teknika li
tinvolvi tagħqid, ta’ xi waħda mis-sustanzi li
ġejjin: ħalib, krema, ħalib xkumat, ħalib xkumat
parzjalment, trab tal-ħalib konċentrat, trab tal-
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 3
ħalib rikostitwit, xorrox tal-butir, materjali
meħudin mill-ħalib, ingredjenti oħra meħtieġa
għall-manifattura tal-ġobon sakemm dawn ma
jintużawx biex jieħdu post, għalkollox jew
parzjalment, ta’ xi kostitwent tal-ħalib, bit-
tneħħija jew mingħajr it-tneħħija tax-xorrox  li
joħroġ mit-tagħqid;
(ii) fil-każ ta’ ġobon tax-xorrox -
- bil-konċentrazzjoni tax-xorrox biż-żjieda
jew bla żjieda ta’ ħalib u xaħam tal-ħalib, u
billi tingħata forma lil dan ix-xorrox
konċentrat, jew
- bit-tagħqid tax-xorrox biż-żjieda jew bla
żjieda ta’ ħalib u xaħam tal-ħalib;
(j) "krema" tfisser dik il-parti tal-ħalib li fiha ħafna
xaħam li kienet separata bl-ixkumar jew b’mod ieħor u
li hija maħsuba għall-konsum uman;
(k) "mard" tinkludi kull leżjoni, uġigħ jew kondizzjoni
ħażina, kemm tal-ġisem u kemm tal-moħħ;
(l) "ħelu tad-dqiq" tfisser kull ikel imsajjar li hu lest
għall-konsum mingħajr ħtieġa ta’ aktar tħejjija
(minbarra tisħin), li ingredjent karatteristiku tiegħu hu
ċereali mitħunin, inklużi shortbread, spanġi, crumpets,
muffins, macaroons, ratafias, għagina u cases ta’ l-
għaġina, u tinkludi wkoll meringues, petits  fours, u
għaġina u cases ta’ għaġina mhux imsajjrin, iżda ma
tinkludix ħobż, pizez, gallettini, crispbread, ħobż ċatt
extruded,  jew kull ikel li jkun fih mili li bħala
ingredjent għandu xi ġobon, laħam, ġewwieni ta’
annimali, ħut, frott tal-baħar, materjal ta’ proteina tal-
ħaxix jew materjal ta’ proteina mikrobijali;
(m) "radjazzjoni jonizzanti" tfisser kull raġġi ġamma, raġġi
X jew radjazzjonijiet korpuskolari li jistgħu
jipproduċu joni jew direttament jew indirettament
minbarra dawk ir-raġġi jew radjazzjonijiet li jintefgħu
minn tagħmir ta’ tikjil jew ta’ spezzjonar, sakemm id-
doża assorbita m’hix aktar minn 0.01 Gy fil-każ ta’
tagħmir ta’ spezzjonar li jutilizza newtroni u 0.5 Gy
f’każijiet oħra, f’livell ta’ radjazzjoni massimu ta’ 10
MeV fil-każ ta’ raġġi X, 14 MeV fil-każ ta’ newtroni u
5 MeV f’każijiet oħra;
(n) "ittrattat b’radjazzjoni" tfisser soġġett għal trattament
b’radjazzjoni jonizzanti;
(o) "lott" tfisser qabda unitajiet ta’ ikel għall-bejgħ
prodotti, manifatturati jew ippakkjati f’kondizzjonijiet
li jixtiebħu;
(p) "indikazzjoni li timmarka lott" tfisser indikazzjoni li
tippermetti identifikazzjoni tal-lott li għalih
tappartjeni unità  ta’ ikel għall-bejgħ;
(q) "ħalib" tfisser ħalib maħsub għal bejgħ, jew mibjugħ,
għall-konsum uman ta’ -
4 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
(i) baqra jew aktar, u jinkludi ħalib xkumat, ħalib
nofsu xkumat u ħalib bix-xaħam naturali, jew
(ii) nagħġa jew aktar, mogħoż jew bufli;
(r) "ippakkjat minn qabel biex jinbiegħ direttament"
tfisser -
(i) f’relazzjoni ma’ ikel minbarra ħelu tad-dqiq,
ħobż, u silġ li jista’ jittiekel, ippakkjat minn
qabel mill-bejjiegħ bl-imnut biex jinbiegħ
minnu fuq il-post fejn l-ikel hu ppakkjat jew
minn vettura jew posta użata minnu, u
(ii) f’relazzjoni ma’ ħelu tad-dqiq, ħobż, u silġ li
jista’ jittiekel, ippakkjat minn qabel mill-
bejjiegħ bl-imnut biex jinbiegħ kif hemm
f’sotto-paragrafu (i) ta’ din id-definizzjoni, jew
ippakkjat minn qabel mill-prodottur ta’ l-ikel
biex jinbiegħ minnu jew mill-post fejn l-ikel
ikun prodott jew minn post ieħor minn fejn
imexxi n-negozju taħt l-istess isem tan-negozju
mmexxi fil-post fejn l-ikel hu prodott;
(s) "tħejjija" jew "preparazzjoni", f’relazzjoni ma’ ikel,
tinkludi manifattura u kull forma ta’ proċessar jew
trattament, u "mħejji" jew "ippreparat" għandhom
ikunu interpretati b’dan il-mod;
(t) "pakk b’għażla ta’ l-istaġun" tfisser pakk li jkun
jikkonsisti f’żewġ oġġetti ta’ l-ikel jew aktar li huma
magħluqin għalkollox jew parzjalment f’ippakkjar
minn barra ddekorat b’disinji ta’ l-istaġun;
(u) "kura", f’relazzjoni ma’ mard, tinkludi għemil jew
provvediment ta’ kull ħaġa biex jittaffew l-effetti tal-
mard, kemm jekk dan isir jew ikun ipprovdut b’kura
kemm jekk le;
(v) "ikel għal użu nutrittiv partikolari" tfisser ikel maħsub
għall-konsum mill-bniedem li -
(i) minħabba l-kompożizzjoni speċjali jew il-
proċess ta’ manifattura tiegħu, jintgħażel tajjeb
ħafna minn ikel maħsub għal konsum normali
uman, hu adattat għall-iskop nutrittiv partikolari
li jingħad li hu maħsub għalih, u
(ii) jinbiegħ b’mod li jindika li hu adattat għalhekk;
(w) "Komunità " tfisser il-Komunità  Ewropea;
(x) "Stat Membru" tfisser Stat Membru tal-Komunità
Ewropea;
(y) "Direttiva" tfisser Direttiva 2000/13/EC tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill fuq l-approssimazzjoni tal-
ligijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-twaħħil ta’
tikketti, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel;
(z) "Direttorat għall-Oġġetti ta’ l-Ikel" għandha tfisser id-
Direttorat responsabbli għall-Oġġetti ta’ l-Ikel
mwaqqaf fl-Awtorità  Maltija dwar l-iStandards.
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 5
Pretensjonijiet 
qarrieqa.
4.1 It-twaħħil ta’ tikketti u metodi użati m’għandhomx:
(a) ikunu b’mod li jistgħu jqarrqu lix-xerrej fi grad
materjali, partikolarment:
(i) dwar il-karatteristiċi ta’ l-oġġett ta’ l-ikel u,
b’mod partikolari, dwar in-natura, identità ,
proprjetajiet, kompożizzjoni, kwantità ,
durabilità , oriġini jew provenjenza, metodu ta’
manifattura jew produzzjoni tiegħu;
(ii) billi jattribwixxu lill-oġġett ta’ l-ikel effetti u
proprjetajiet li m’għandux;
(iii) billi jissuġġerixxu li l-oġġett ta’ l-ikel għandu
karatteristiċi speċjali meta fil-fatt kull xorta ta’
oġġett ta’ l-ikel simili jkollu dawn il-
karatteristiċi;
(b) bla ħsara għal disposizzjonijiet għal provvedimenti
oħra applikabbli għal ilma minerali naturali u oġġetti
ta’ l-ikel għal użijiet nutrittiv partikolari, jattribwixxu
lil xi oġġett ta’ l-ikel il-proprjetà  li jipprevjeni, jittratta
jew jikkura mard uman, jew jirreferu għal proprjetajiet
ta’ din ix-xorta.
4.2 Il-projbizzjonijiet u restrizzjonijiet li hemm referenza
għalihom fir-regolament 4.1 għandhom japplikaw ukoll:
(a) għall-preżentazzjoni ta’ oġġetti ta’ l-ikel, b’mod
partikolari l-forma, id-dehra jew l-ippakkjar tagħhom,
il-materjal ta’ l-ippakkjar użat, il-mod kif huma
rranġati u l-ambjent fejn huma esposti;
(b) għar-riklamar.
Partikolaritajiet 
obbligatorji.
5.1 Skond ir-regolamenti 6 sa 18 u bla ħsara għall-
eċċezzjonijiet li hemm fihom, hu obbligatorju li fuq it-tikketti ta’ l-
oġġetti ta’ l-ikel ikunu indikati l-partikolaritajiet li ġejjin:
(a) l-isem tal-bejgħ tal-prodott;
(b) il-lista ta’ l-ingredjenti;
(ċ) il-kwantità  ta’ ċerti ingredjenti jew kategoriji ta’
ingredjenti kif imniżżel fir-regolament 9;
(d) id-data tad-durabilità  minima jew, fil-każ ta’ oġġetti
ta’ l-ikel li, mill-aspett mikrobijoloġiku, imorru malajr
ħafna, id-data sa meta għandhom jittieklu;
(e) kull kondizzjoni għal ħżin speċjali jew kondizzjoni ta’
użu;
(f) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-
manifattur jew ta’ min jippakkja, jew ta’ bejjiegħ
stabbilit f’Malta jew fil-Komunità  Ewropea, b’dan
iżda li uffiċċju tal-posta m’għandux jitqies bħala
indirizz validu għall-iskopjiet ta’ dawn ir-regolamenti;
(g) partikolaritajiet tal-post ta’ oriġini jew provenjenza
fil-każ li n-nuqqas ta’ l-għoti ta’ dawn il-
partikolaritajiet jista’ jqarraq lill-konsumatur fi grad
materjali rigward l-oriġini jew provenjenza vera ta’ l-
6 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
oġġett ta’ l-ikel;
(h) instruzzjonijiet għall-użu meta jkun impossibbli li l-
oġġetti ta’ l-ikel jintużaw kif għandu jkun fin-nuqqas
ta’ dawn l-istruzzjonijiet;
(i) fir-rigward ta’ xorb li jkollu aktar minn 1.2% alkoħol
ikkalkulat bil-volum, il-qawwa alkoħolika ikkalkulata
bil-volum.
5.2 Id-disposizzjonijiet tar-regolament 5.1 għandhom
japplikaw bla ħsara għal disposizzjonijiet oħra fir-rigward ta’
piżijiet u qisien.
Disposizzjonijiet 
oħra applikabbli 
għal oġġetti ta’ l-
ikel speċifikati.
6.1 Disposizzjonijiet oħra applikabbli għal oġġetti ta’ l-ikel
speċifikati u mhux għal oġġetti ta’ l-ikel in ġenerali jistgħu jwasslu
għal derogi, f’każi eċċezzjonali, mill-ħtiġiet imniżżlin fir-
regolament 5.1(b) u (d), sakemm dan ma jwassalx biex ix-xerrej ma
jkunx infurmat adegwatament.
6.2 Disposizzjonijiet oħra applikabbli għal oġġetti ta’ l-ikel
speċifikati u mhux għal oġġetti ta’ l-ikel in ġenerali jistgħu jwasslu
biex partikolaritajiet oħra b’żjieda ma’ dawk imniżżla fir-
regolament 5.1 għandhom jidhru fuq it-tikketta.
Isem tal-bejgħ tal-
prodott.
7.1 L-isem tal-bejgħ tal-prodott għandu jkun l-isem ipprovdut
fil-provvedimenti tal-Komunità  speċifiċi applikabbli għalih, b’dan
iżda li -
(a) fin-nuqqas ta’ provvedimenti tal-Komunità , l-isem tal-
bejgħ ta’ prodott għandu jkun l-isem ipprovdut fil-
liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi
applikabbli f’Malta;
(b) fin-nuqqas ta’ dan, l-isem tal-bejgħ ta’ prodott għandu
jkun l-isem li bih hu komunement magħruf f’Malta,
jew deskrizzjoni ta’ l-oġġett ta’ l-ikel, u jekk ikun
meħtieġ ta’ l-użu tiegħu, li jkun ċar biżżejjed biex ix-
xerrej ikun jaf in-natura vera tiegħu u jagħrfu minn
prodotti oħra li jista’ jitħawwad magħhom;
(ċ) għandu jkun permess ukoll l-użu f’Malta ta’ l-isem li
bih il-prodott hu manifatturat u mibjugħ legalment fl-
Istat Membru fejn hu prodott. Madankollu, meta l-
applikazzjoni tal-provvedimenti l-oħra ta’ dawn ir-
regolamenti, b’mod partikolari dawk imniżżlin fir-
regolament 5.1, ma tippermettix lill-konsumaturi
f’Malta li jkunu jafu n-natura vera ta’ l-oġġett ta’ l-
ikel u jagħrfuh minn prodotti oħra li jista’ jitħawwad
magħhom, l-isem tal-bejgħ għandu jkollu miegħu
informazzjoni deskrittiva oħra li għandha tidher qrib l-
isem tal-bejgħ;
(d) f’każi eċċezzjonali, l-isem tal-bejgħ ta’ l-Istat Membru
fejn hu prodott ma jistax jintuża f’Malta meta l-oġġett
ta’ l-ikel li jiddeskrivi jkun tant differenti, fir-rigward
tal-kompożizzjoni jew manifattura tiegħu, mill-oġġett
ta’ l-ikel magħruf b’dak l-isem li d-disposizzjonijiet
tal-paragrafu (ċ) ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw
informazzjoni korretta lill-konsumaturi f’Malta.
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 7
7.2 Ebda marka tad-ditta, isem tad-ditta jew isem fancy ma
jista’ jieħu post l-isem li bih il-prodott jinbiegħ.
7.3 L-isem li bih prodott jinbiegħ għandu jinkludi jew ikollu
miegħu partikolaritajiet rigward il-kondizzjoni fiżika ta’ l-oġġett
ta’ l-ikel jew it-trattament speċjali li jkun ingħata (ngħidu aħna,
magħmul trab, mnixxef bil-friża, iffriżat, mrattab, ikkonċentrat,
iffumigat) kull meta n-nuqqas ta’ din l-informazzjoni jista’ joħloq
konfużjoni f’moħħ ix-xerrej.
7.4 Kull oġġett ta’ l-ikel li kien ittrattat b’radjazzjoni
jonizzanti għandu jġib fuqu waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:
- bil-Malti:
"ittrattat bir-radjazzjoni" jew "ittrattat b’radjazzjoni
jonizzanti"
- bl-Ingliż:
"irradiated" jew "treated witħ ionising radiation",
- bit-Taljan:
"irradiato" jew "trattato con radiazioni ionizzanti".
Elenkar ta’ 
ingredjenti.
8.1 Ingredjenti għandhom ikunu elenkati skond dan ir-
regolament u l-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Skeda.
8.2 Ingredjenti m’hemmx għalfejn ikunu elenkati fil-każ ta’:
(a) - ikel u ħaxix frisk, inklużi patata, li ma jkunux
tqaxxru, tqattgħu jew kienu ttrattati b’xi mod
simili,
- ilma karbonizzat li d-deskrizjoni tiegħu tindika li
kien ikkarbonizzat u li ma żdidulux ingredjenti
oħra,
- kull xarba b’konenut ta’ alkoħol ta’ aktar minn
1.2%,
- ħall għall-fermentazzjoni meħud esklussivament
minn prodott bażiku wieħed, sakemm ma żdidlux
xi ingredjent ieħor;
(b) - ġobon,
- butir,
- ħalib u krema ffermentati,
sakemm ma jkunx żdidilhom ingredjenti oħra minbarra
prodotti lattiċi, enzimi u kolturi mikro-organiċi
essenzjali għall-manifattura, jew il-melħ meħtieg
għall-manifattura tal-ġobon minbarra ġobon frsik u
ġobon ipproċessat;
(ċ) prodotti li fihom ingredjent wieħed, meta:
- l-isem tal-marka hu identiku ma’ l-isem ta’ l-
ingredjent, jew
- l-isem tal-marka jaċċerta l-identifikazzjoni ċara
tan-natura ta’ l-ingredjent.
8.3 Meta ingredjent ta’ oġġett ta’ l-ikel hu nnifsu hu l-prodott
ta’ ħafna ingredjenti, dawn ta’ l-aħħar għandhom jitqiesu bħala
8 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
ingredjenti ta’ l-oġġett ta’ l-ikel in kwistjoni.
8.4 Dawn li gejjin m’għandhomx jitqiesu bħala ingredjenti:
(i) il-kostitwenti ta’ ingredjent li jkunu ġew separati
temporanjament waqt il-proċess tal-manifattura u wara
mdaħħlin mill-ġdid iżda f’qjies li ma jaqbiżx il-
proporzjonijiet oriġinali tagħhom;
(ii) addittivi:
- li l-preżenza tagħhom f’oġġett ta’ l-ikel
partikolari qiegħda biss għaliex kienu qegħdin
f’wieħed jew aktar mill-ingredjenti ta’ dak l-
oġġett ta’ l-ikel, sakemm m’għandhom ebda
funzjoni teknoloġika fil-prodott lest,
- li jintużaw bħala għajnuna fl-ipproċessar;
(iii) sustanzi użati fi kwantitajiet strettament meħtieġa
bħala solventi jew medja għall-addittivi jew ħwawar.
8.5 Il-lista ta’ ingredjenti għandha tinkludi l-ingredjenti kollha
ta’ l-oġġett ta’ l-ikel, f’ordni nieżel skond il-piż, kif irrekordjati fil-
ħin meta ntużaw fil-manifattura ta’ l-oġġett ta’ l-ikel. Din għandha
tidħer wara titolu adattat li jinkludi l-kelma "ingredjenti".
Iżda:
- ilma miżjud u prodotti volatili għandhom jitniżżlu fl-
ordni skond il-piż fil-prodott lest; l-ammont ta’ ilma
miżjud bħala ingredjent għandu jkun ikkalkulat billi l-
ammont totali ta’ l-ingredjenti l-oħra użati jitnaqqas
mill-ammont totali tal-prodott lest. Dan l-ammont
m’hemmx għalfejn jitqies jekk ma jaqbiżx il-5% skond
il-piż tal-prodott lest,
- ingredjenti użati f’forma konċentrata jew deidrata u
rikostitwita fil-ħin tal-manifattura jistgħu jitniżżlu fl-
ordni skond il-piż kif irrekordajt qabel il-
konċentrazzjoni jew deidrazzjoni tagħhom,
- fil-każ ta’ ikel ikkonċentrat jew deidrat maħsub biex
ikun rikostitwit biż-żjieda ta’ l-ilma, l-ingredjenti
jistgħu jitniżżlu skond l-ordni ta’ proporzjon fil-
prodott rikostitwit sakemm mal-lista ta’ ingredjenti
jkun hemm espressjoni bħal "ingredjenti tal-prodott
rikostitwit" jew "ingredjenti tal-prodott lest biex
jintuża",
- fil-każ ta’ taħlitiet ta’ frott jew ħxejjex meta ebda
frotta jew ħaxixa partikolari ma tikbes oħrajn fil-
proporzjon skond il-piż, dawk l-ingredjenti jistgħu
jitniżżlu f’ordni ieħor sakemm ma’ dik il-lista ta’
ingredjenti jkun hemm espressjoni bħal "fi proporzjon
varjabbli",
- fil-każ ta’ taħlitiet ta’ ħwawar jew ħxejjex aromatiċi,
meta ebda waħda minn dawn ma tikbes oħrajn fil-
proporzjon skond il-piż, dawk l-ingredjenti jistgħu
jitniżżlu f’ordni ieħor sakemm ma’ dik il-lista ta’
ingredjenti jkun hemm espressjoni bħal "fi proporzjon
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 9
varjabbli".
8.6 Ingredjenti għandhom ikunu deskritti bl-isem speċifiku
tagħhom, meta hu applikabbli, skond ir-regoli mniżżlin fir-
regolamenti 7.1 sa 7.4.
Iżda:
- ingredjenti li huma ta’ waħda mill-kategoriji elenkati
fl-Ewwel Skeda u li huma kostitwenti ta’ oġġett ta’ l-
ikel ieħor jistgħu jkunu deskritti biss bl-isem ta’ dik il-
kategorija; iżda mad-deskrizzjoni "lamtu" elenkata fl-
Ewwel Skeda għandu dejjem ikun hemm indikazzjoni
ta’ minn liema ħaxix speċifikat ittieħed, meta dak l-
ingredjent jista’ jkollu l-gluten,
- ingredjenti li huma ta’ waħda mill-kategoriji elenkati
fit-Tieni Skeda għandhom ikunu deskritti bl-isem ta’
dik il-kategorija, li warajh jingħata l-isem speċifiku
jew in-numru EC tiegħu; jekk ingredjent ikun ta’ aktar
minn waħda mill-kategoriji, fil-każ ta’ l-oġġett ta’ l-
ikel in kwistjoni għandħa tkun indikata l-kategorija
proprja għall-funzjoni prinċipali; iżda mad-
deskrizzjoni "lamtu modifikat" elenkata fit-Tieni
Skeda għandu dejjem ikun hemm indikazzjoni ta’
minn liema ħaxix speċifikat ittieħed, meta dak l-
ingredjent jista’ jkollu l-gluten,
- ħwawar għandhom ikunu deskritti skond it-Tielet
Skeda.
8.7 Disposizzjonijiet oħra jistgħu jispeċifikaw li ma’ l-isem li
oġġett ta’ l-ikel jinbiegħ bih jissemmew ukoll ingredjent jew
ingredjenti partikolari.
8.8 Fil-każ imsemmi fir-regolament 8.3, ingredjent kompost
jista’ jiżdied mal-lista ta’ ingredjenti skond id-deskrizzjoni tiegħu
safejn din tkun speċifikata bil-ligi jew stabbilita b’konswetudni,
skond il-piż totali tagħha, sakemm immedjatament warajha tingħata
lista ta’ l-ingredjenti tagħha.
Iżda l-lista ta’ dix-xorta m’għandhiex tkun obbligatorja:
(a) meta ingredjent kompost jikkostitwixxi inqas minn
25% tal-prodott lest; iżda din l-eżenzjoni m’għandhiex
tapplika fil-każ ta’ addittivi, soġġett għad-
disposizzjonijiet tar-regolament 8.4;
(b) meta l-ingredjent kompost ikun oġġett ta’ l-ikel li
għalih ir-regoli tal-Komunità  ma jitolbux lista ta’
ingredjenti.
8.9 Minkejja r-regolament 8.5 l-kontenut ta’ l-ilma m’hemmx
għalfejn ikun speċifikat:
(a) meta l-ilma jintuża waqt il-proċess ta’ manifattura
għar-rikostituzzjoni biss ta’ l-ingredjent użat f’forma
konċentrata jew deidrata;
(b) fil-każ ta’ sustanza likwida li normalment ma tkunx
ikkunsmata.
10 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
Kwantità  ta’ 
ingredjenti.
9.1 Il-kwantità  ta’ ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti
użati fil-manifattura jew it-tħejjija ta’oġġett ta’ l-ikel, għandha
tingħata.
9.2 L-indikazzjoni li hemm referenza għaliha fir-regolament
9.1 għandha tkun obbligatorja:
(a) meta l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti
involuti tidher taħt l-isem li bih jinbiegħ l-oġġett ta’ l-
ikel jew li normalment ikun assoċjat ma’ dak l-isem
mill-konsumatur; jew
(b) meta l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti
involuti tkun enfassizzata fit-tikketta bi kliem,
tpinġijiet jew stampi grafiċi; jew
(ċ) meta l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti
involuti jkun essenzjali biex jikkaratterizzaw oġġett
ta’ l-ikel u biex jiddistingwuh minn prodotti li jistgħu
jitħawwdu magħhom minħabba l-isem jew id-dehra
tagħhom; jew
(d) fil-każi stipulati skond il-proċedura mniżżla fl-
Artikolu 20(2) tad-Direttiva.
9.3 Ir-regolament 9.2 m’għandux japplika:
(a) għal ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti -
- li l-piż nett bla ilma tagħhom hu indikat skond ir-
regolament 10.4, jew
- li hu diġà  meħtieġ li l-kwantitajiet tagħhom jidhru fuq
it-tikketta skond il-provvedimenti tal-Komunità , jew
- li jintużaw fi kwanitajiet żgħar għal skopijiet ta’
taħwir, jew
- li, waqt li jidher fl-isem li bih jinbiegħ l-ikel, m’hux
tali li jiddeterima l-għażla tal-konsumatur f’Malta
għaliex il-varjazzjoni fil-kwantità  m’hix essenzjali
biex tikkaratterizza l-oġġett ta’ l-ikel jew ma
tiddistingwihx minn ikel simili;
- meta provvedimenti Komunitarji speċifiċi jistipulaw
eżattament il-kwantità  ta’ ingredjent jew ta’ kategorija
ta’ ingredjenti bla ma jipprovdu li għandħa tkun
indikata fuq it-tikketta;
(b) fil-każijiet li hemm referenza għalihom fir-raba’ u l-
ħames subinċiżi tar-regolament 8.5;
(ċ) fil-każijiet determinati skond il-proċedura mniżżla fl-
Artikolu 20(2) tad-Direttiva.
9.4 Il-kwantità  indikata, espressa bħala perċentwali, għandha
tikkorrispondi mal-kwantità  ta’ l-ingredjent jew ingredjenti fil-ħin
li jkunu ser jintużaw. Iżda provvedimenti oħra, adottati skond il-
proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva, jistgħu
jippermettu derogi minn dan il-prinċipju fil-każ ta’ ċerti oġġetti ta’
l-ikel.
9.5 L-indikazzjoni li hemm referenza għaliha fir-regolament
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 11
9.1 għandha tidħer jew fl-isem li bih jinbiegħ l-oġġett ta’ l-ikel jew
immedjatament ħdejh jew fil-lista ta’ ingredjenti f’konnessjoni ma’
l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti in kwistjoni.
L.S. 231.35
9.6 Id-disposizzjonijiet tar-regolamenti 9.1 sa 9.5 għandhom
japplikaw bla preġudizzju għar-Regolamenti dwar l-Ittikkettjar
b’Tagħrif Nutrittiv għall-Ħwejjeġ ta’ l-Ikel.
Data ta’ durabilità  
minima.
10.1 Id-data ta’ durabilità  minima ta’ oġġett ta’ l-ikel għandha
tkun id-data sa meta oġġett ta’ l-ikel jibqa’ jkollu l-proprjetajiet
speċifiċi meta maħżun kif għandu jkun. Id-data għandha tkun
indikata skond kif jitolbu r-regolamenti 10.2 sa 10.5.
10.2 Id-data għandha tiġi wara l-kliem:
- "L-aħjar qabel ....." meta d-data tinkludi indikazzjoni
ta’ ġurnata,
- "L-aħjar qabel tmiem ....." f’każijiet oħra.
10.3 Mal-kliem imsemmija fir-regolament 10.2 għandu jkun
hemm:
- jew id-data nnifisha, jew
- referenza għal fejn id-data tingħata fuq it-tikketta.
Jekk ikun meħtieġ, wara dawn il-partikolaritajiet għandha
tingħata deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ ħżin li jridu jkunu
sodisfatti biex il-prodott iżomm sal-perijodu speċifikat.
10.4 Id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u s-sena
f’forma kronologika u mingħajr ebda code.
Iżda, fil-każ ta’ oġġetti ta’ l-ikel:
- li ma jżommux aktar minn tliet xhur, indikazzjoni tal-
ġurnata u x-xahar tkun biżżejjed,
- li jżommu aktar minn tliet xhur iżda mhux aktar minn
18-il xahar, indikazzjoni tax-xahar u s-sena tkun
biżżejjed,
- li jżommu aktar minn 18-il xahar, indikazzjoni tas-
sena tkun biżżejjed.
10.5 Soġġett għal provvedimenti oħra li jimponu xorta oħra ta’
indikazzjoni tad-data, indikazzjoni tad-data ta’ durabilità  m’hix
meħtieġa fil-każ ta’:
- frott u ħaxix friski, inkluża patata mhix imqaxxra,
mqattgħa jew ittrattata b’xi mod simili. Din id-deroga
m’għandhiex tapplika għal żrieragħ qed inibbtu u
prodotti simili bħal nibbieta ta’ legumi,
- nbejjed, nbejjed likuri, nbejjed ifexfxu, nbejjed
aromatizzati u prodotti simili meħudin minn frottijiet
minbarra għeneb, u xarbiet li jaqgħu taħt il-Linji
direttivi CN 2206 00 91, 2206 00 93 u 2206 00 99 u
manifatturati minn għeneb jew minn għeneb magħsur
qabel jeħmer,
- xarbiet li fihom 10% jew aktar alkoħol imkejjel bil-
volum,
12 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
- xarbiet ħfief, meraq tal-frott, nektari tal-frott u xarbiet
alkoħoliċi f’kontenituri individwali li jesgħu aktar
minn ħames litri, maħsubin biex ifornu fornituri tal-
massa,
- oġġetti tal-furnara jew tal-koki ta’ l-għaġejjen li,
minħabba x-xorta tal-kontenut tagħhom, normalment
jittieklu fi żmien 24 siegħa minn xħin jinħadmu,
- ħall,
- melħ tat-tisjir,
- zokkor solidu,
- prodotti tal-ħelu magħmulin kważi għalkollox minn
zokkor imħawwar u, jew, ikkulurit,
- chewing gum u prodotti simili li jimtagħdu,
- ġelati f’porzjonijiet individwali.
Data "Uża sa". 11.1 Fil-każ ta’ oġġetti ta’ l-ikel li, mill-aspett mikrobijoloġiku,
imorru malajr u għalhekk x’aktarx li jikkostitwixxu periklu
immedjat għas-saħħa tal-bniedem, id-data "uża sa" għandha tieħu
post id-data ta’ durabilità  minima.
11.2 Id-data għandha tiġi wara l-kliem:
- bil-Malti:
"uża sa"
- bl-Ingliż:
"use by",
- bit-Taljan:
"da consumare entro".
Ma’ dan il-kliem għandu jkun hemm ukoll:
- jew id-data nnifisha, jew
- referenza għal fejn id-data tingħata fuq it-tikketta.
   Wara dawn il-partikolaritajiet għandha tingħata
deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ ħżin li jridu jiġu osservati.
11.3 Id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, x-xahar u,
possibilment, is-sena f’din l-ordni u f’forma mingħajr ebda code.
11.4 L-użu tad-data "uża sa" jew tad-data ta’ durabilità  minima,
skond il-każ, għandu jkun determinat mill-manifattur jew minn min
jippakkja l-prodott.
Istruzzjonijiet dwar 
l-użu.
12.1 L-istruzzjonijiet dwar l-użu ta’ oġġett ta’ l-ikel għandhom
ikunu indikati b’mod li jippermettu l-użu tiegħu kif għandu jkun.
12.2 Disposizzjonijiet oħra, fil-każ ta’ ċerti oġġetti ta’ l-ikel,
jispeċifikaw il-mod kif l-istruzzjonijiet dwar l-użu għandhom ikunu
indikati.
Indikazzjoni ta’ 
qawwa alkoħolika.
13.1 Ir-regoli dwar indikazzjoni ta’ qawwa alkoħolika skond il-
volum, fil-każ ta’ prodotti koperti mit-titoli ta’ tariffa Numri 22.04
u 22.05, għandhom ikunu dawk imniżżlin fid-disposizzjonijiet
speċifiċi applikabbli għal prodotti ta’ dik ix-xorta.
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 13
13.2 Fil-każ ta’ xarbiet oħra li fihom aktar minn 1.2% alkoħol
imkejjel bil-volum, dawn ir-regoli għandhom ikunu dawk imniżżlin
fil-Hames Skeda.
Indikazzjoni ta’ 
partikolaritajiet fuq 
prodotti ppakkjati 
minn qabel.
14.1 Meta oġġetti ta’ l-ikel ikunu ppakkjati minn qabel, il-
partikolaritajiet mitluba fir-regolamenti i 5.1 u 6.2 għandhom
jidhru fuq il-pakkett ippakkjat minn qabel jew fuq tikketta
mwaħħla miegħu.
14.2 Minkejja r-regolament 14.1 u bla ħsara għal provvedimenti
oħra fuq kwantitajiet nominali, meta oġġetti ppakkjati minn qabel
ikunu:
- maħsubin għall-konsumatur aħħari iżda jinbiegħu fi
stadju qabel dak meta jgħaddu għall-konsumatur
aħħari u meta ma jkunx hemm bejgħ lil fornitur tal-
massa f’dan l-istadju,
- maħsubin għall-forniment ta’ fornituri tal-massa għat-
tħejjija, ipproċessar, qsim fi tnejn jew fi bċejjeċ,
il-partikolaritajiet meħtiega skond ir-regolamenti 5.1 u 6.2 jistgħu
jidhru biss fuq id-dokumenti kummerċjali li jirreferu għall-oġġett
ta’ l-ikel meta jista’ jkun iggarantit li dawn id-dokumenti, li jkun
fihom l-informazzjoni kollha ta’ fuq it-tikketta, jew ikunu ma’ l-
oġġetti ta’ l-ikel li jirreferu għalihom jew ikunu ntbagħtu qabel jew
fl-istess ħin tal-konsenja.
14.3 Fil-każ li hemm referenza għalih fir-regolament 14.2, il-
partikolaritajiet li hemm referenza għalihom fir-regolament 5.1(a),
(d) u (f) u, meta xieraq u meħtieġ, dak li hemm referenza għalih fir-
regolamenti 11.1 sa 11.3, għandu jidher ukoll fuq l-ippakkjar ta’
barra li jintuża meta l-oġġetti ta’ l-ikel huma ppreżentati għall-
bejgħ.
14.4 Il-partikolaritajiet imsemmija fir-regolamenti 5.1 u 6.2
għandhom ikunu faċli biex tifhimhom u mmarkati f’post
prominenti b’mod li jidhru faċilment, jinqraw tajjeb u ma
jitħassrux. M’għandhomx ikunu moħbija, mgħottija jew interrotti
minn materjal miktub jew impinġi ieħor.
14.5 Il-partikolaritajiet imniżżlin fir-regolament 5.1(a), (d) u (i)
għandhom jidhru fl-istess linji tal-vista.
14.6 Fil-każ ta’ fliexken tal-ħġieġ maħsubin biex jerġġħu
jintużaw u li huma mmarkati b’mod li ma jitħassarx u għalhekk
m’għandhom ebda tikketta, ċirku jew kullar u ppakkjar jew
kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu superfiċje inqas minn
10 ċm2, jistgħu jingħataw biss il-partikolaritajiet imniżżlin fir-
regolament 5.1(a) u (d). F’dan il-każ, ir-regolament 14.5
m’għandux japplika.
Omissjoni ta’ ċerti 
partikolaritajiet.
15.1 L-ikel li ġej m’hemmx għalfejn ikun immarkat jew
titwaħħallu tikketta b’xi waħda mill-partikolaritajiet speċifikati fir-
regolament 5.1 minbarra l-isem ta’ l-ikel:
(a) ikel li:
(i) mhux ippakkjat minn qabel, jew
(ii) ippakkjat minn qabel biex jinbiegħ direttament
(mill-idejn) 
14 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
minbarra x-xorta ta’ ikel li japplikaw għalih ir-
regolamenti 15.12, 15.13 jew 15.14;
(b) kull ħelu magħmul mid-dqiq li hu ppakkjat biss
f’kaxxa li tintena jew f’ippakkjar trasparenti
għalkollox li jew ma jkunx immarkat jew immarkat
biss b’indikazzjoni tal-prezz ta’ l-ikel u xi indikazzjoni
tal-marka tal-lott mogħtija skond ir-regolament 16.1,
jekk ma jkunx hemm imwaħħal mal-ħelu magħmul
mid-dqiq jew ma’ l-ippakkjar tiegħu xi dokument,
avviż, ċirku jew kullar (minbarra tikketta jew tikketti
li fuqhom ikunu mmarkati biss il-prezz ta’ l-ikel u xi
indikazzjonijiet tal-marka ta’ xi lott); u
(ċ) prodotti tal-ħelu fancy misruzin individwalment
b’ippakkjar dekorattiv li ma jkunux magħluqin f’aktar
ippakkjar u li jkunu maħsubin biex jinbiegħu wieħed
wieħed.
15.2 Ikel li ma għaddiex minn proċess ta’ radjazzjoni u:
(a) li ma jkunx maħsub għall-bejgħ, jew
(b) ħobż abjad jew ħelu magħmul mid-dqiq, jew
(ċ) karkassi u bċejjeċ ta’ karkassi li ma jkunux maħsubin
biex jinbiegħu biċċa waħda,
m’hemmx għalfejn ikunu mmarkati jew titwaħħlilhom tikketta b’xi
waħda mill-partikolaritajiet speċifikati fir-regolament 5.1.
15.3 Kull ikel li -
(a) bis-saħħa tar-regolamenti 15.1 jew 15.2 waħedhom
m’huwiex immarkat jew m’għandux tikketta b’lista ta’
ingredjenti, u
(b) fih xi addittiv li -
(i) kieku ma kienx għar-regolamenti 15.1 jew 15.2,
kien ikun meħtieġ li jissemma fil-lista ta’
ingredjenti ta’ l-ikel, u
(ii) kien miżjud ma’ jew użat fl-ikel jew f’ingredjent
ta’ l-ikel biex jaqdi l-funzjoni ta’ antiossidant,
kulur, ħwawar, tejjieb il-ħwawar, preservattiv
jew dolċifikant,
għandu jkun immarkat jew titwaħħallu tikketta b’indikazzjoni ta’
kull kategorija ta’ addittivi ta’ din ix-xorta li tkun fl-ikel.
15.4 Kull ħelu magħmul mis-silġ li jittiekel jew dqiq li, kieku
ma kienx għal dan ir-regolament, ikun meħtieġ li jiġi mmarkat jew
titwaħħallu tikketta skond ir-regolament 15.3 m’hemmx għalfejn
ikun immarkat jew titwaħħallu tikketta jekk, ħdejn il-ħelu magħmul
mis-silġ li jittiekel jew dqiq, ikun hemm jidher f’pożizzjoni
prominenti avviż li jgħid, bla ħsara għar-regolament 15.5, li l-ħelu
magħmul mis-silġ li jittiekel jew dqiq, skond il-każ, mibjugħ mill-
istabbiliment fejn ikun hemm l-avviż jista’ jkollu kategoriji ta’
addittivi ta’ din ix-xorta.
15.5 Meta, fiċ-ċirkostanzi deskritti fir-regolamenti 15.3 jew
15.4, addittiv jaqdi aktar minn funzjoni waħda minn dawk
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 15
speċifikati fir-regolament 15.3 msemmi, ikun biss meħtieg li
wieħed jindika dik il-kategorija li tirrappreżenta l-funzjoni ewlenija
moqdija mill-addittiv fl-ikel jew ingredjent li miegħu kien miżjud
jew li ntuża fih.
15.6 Ir-regolamenti 15.3, 15.4 u 15.5 ma japplikawx għal ikel
mhux maħsub biex jinbiegħ.
15.7 Soġġett għar-regolament 15.8, kull ikel li -
(a) bis-saħħa tar-regolamenti 15.3, 15.4, 15.5 jew 15.6
biss hu eżentat mill-ħtieġa li jkun immarkat jew li
titwaħħallu tikketta b’lista ta’ ingredjenti, u
(b) fih xi ingredjent li għadda minn proċess ta’ radjazzjoni
(u li jinkludi partikolar li minħabba fih, kieku dak l-
ikel ma kienx soġġett għal dik l-eżenjoni, l-ikel kien
ikun jeħtieglu jiġi mmarkat jew titwaħħallu tikketta
skond dawn ir-regolamenti),
għandu jkun immarkat jew titwaħħallu tikketta b’indikazzjoni li fih
dak l-ingredjent, u f’każ bħal dan ir-referenza f’dik l-indikazzjoni
għal dak l-ingredjent għandha tinkludi jew ikollha magħħa l-kliem
"proċessat bir-radjazzjoni" jew "ittrattat b’radjazzjoni jonizzanti".
15.8 Ir-regolament 15.7 ma japplikax għal ikel li ma jkunx
maħsub biex jinbiegħ.
15.9 Bla ħsara għar-regolamenti 15.10 jew 15.11, kull ikel
ippakkjat minn qabel, kemm jekk ikun fi flixkun tal-ħġieġ
immarkat b’mod li ma jitħassarx u maħsub biex jerġa’ jintuża u li
ma jkollu ebda tikketta, ċirku jew kullar, jekk l-akbar wiċċ ta’ l-
ippakkjar tiegħu jieħu spazju ta’ inqas minn għaxar ċentimetri
kwadri, m’hemmx għalfejn ikun immarkat jew titwaħħallu tikketta,
bis-saħħa ta’ dawn ir-regolamenti, b’xi wieħed mill-
partikolaritajiet speċifikati fir-regolament 5.1 ħlief l-isem ta’ l-ikel
u, sakemm l-ikel ma jkunx meħtieġ li jkun immarkat jew
titwaħħallu tikketta b’indikazzjoni ta’ din ix-xorta, indikazzjoni
tad-durabilità  xierqa.
15.10 Bla ħsara għar-regolament 15.11, kull ikel ippakkjat minn
qabel li -
(a) jinbiegħ jew ikun fornut bħala porzjon għalih,
(b) ikun maħsub bħala kontorn minuri ta’ jew -
(i) ikel ieħor, jew
(ii) servizz ieħor,
m’hemmx għalfejn ikun immarkat jew titwaħħallu tikketta b’xi
partikolaritajiet minn dawk speċifikati fir-regolament 5.1 ħlief
għall-isem ta’ l-ikel. Ikel ippakkjat minn qabel ta’ din ix-xorta
għandu jinkludi butir u oġġetti oħra tax-xaħam li jindilku, ilma,
krema u ġobon, ġammijiet u marmellati, mustardi, zlazi, tè , kafè  u
zokkor, u servizzi oħra ta’ dix-xorta għadhom jinkludu l-
provvediment ta’ akkomodazzjoni f’lukanda jew fi stabbiliment
ieħor li fih tkun ipprovduta akkomodazzjoni b’mod ta’ kummerċ
jew negozju.
15.11 Ir-regolamenti 15.9 u 15.10 ma japplikawx għal xi ikel li
16 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
għalih japplikaw ir-regolamenti 15.1, 15.2, 15.12, 15.13 jew 15.14.
15.12 Bla ħsara għar-regolamenti 15.13 u 15.14, kull ikel li
jinbiegħ fi stabbiliment li jservi l-ikel li jew -
(a) ma jkunx ippakkjat minn qabel, jew
(b) ippakkjat minn qabel biex jinbiegħ direttament (mill-
idejn),
m’hemmx għalfejn ikun immarkat jew titwaħħallu tikketta b’xi
waħda mill-partikolaritajiet speċifikati fir-regolament 5.1.
15.13 Fil-każ ta’ ikel ta’ din ix-xorta li għadda minn proċess ta’
radjazzjoni dak l-ikel għandu jkun immarkat jew titwaħħallu
tikketta li tindika trattament ta’ din ix-xorta, u din l-indikazzjoni
għandħa tinkludi jew irid ikolllha magħha l-kliem "proċessat bir-
radjazzjoni" jew "ittrattat b’radjazzjoni jonizzanti".
15.14 Fil-każ ta’ xi ikel ta’ din ix-xorta li fih ingredjenti li
għaddew mill-proċess ta’ radjazzjoni, dak l-ikel għandu jkun
immarkat jew titwaħħallu tikketta b’indikazzjoni li fih dak l-
ingredjent u referenza f’dik l-indikazzjoni ta’ dak l-ingredjent
għandha tinkludi jew ikollha magħha l-kliem "proċessat bir-
radjazzjoni" jew "ittrattat b’radjazzjoni jonizzanti".
15.15 L-ippakkjar ta’ barra ta’ pakk li fih selezzjoni staġonali
m’hemmx għalfejn ikun immarkat jew titwaħħallu tikketta b’xi
waħda mill-partikolaritajiet speċifikati b’dawn ir-regolamenti,
sakemm kull oġġett fil-pakk ikun ippakkjat minn qabel wieħed
wieħed u jkun immarkat jew titwaħħallu tikketta skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jew ta’ xi regolamenti
oħra li japplikaw għal oġġetti ta’ din ix-xorta.
Indikazzjoni li turi 
lott.
16.1 Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 16.6, ebda
persuna ma tista’ tbigħ jew toffri għall-bejgħ xi ikel li jifforma
parti minn lott jekk dan ma jkollux miegħu indikazzjoni li hu lott.
16.2 Il-lott li l-ikel fl-unità  għall-bejgħ jifforma parti minnu
għandu jkun determinat mill-produttur, il-manifattur, min jippakkja
jew l-ewwel bejjiegħ f’Malta ta’ dak l-ikel.
16.3 Indikazzjoni li turi lott għandha tkun stabbilita u mwaħħla
u r-responsabbiltà  għal dan taqa’ fuq wieħed mill-operaturi
speċifikati fir-regolament 16.2.
16.4 L-indikazzjoni li turi lott għandha tiġi quddiem l-ittra "L",
ħlief meta l-indikazzjoni tkun distinta ċar minn indikazzjonijiet
oħra fuq l-ippakkjar ta’ l-ikel jew fuq it-tikketta mwaħħla.
16.5 Fil-każ ta’ ikel ippakkjat minn qabel, l-indikazzjoni li turi
lott għandha tidħer fuq l-ippakkjar ta’ l-ikel jew fuq tikketta
mwaħħla miegħu. Fil-każ ta’ ikel mhux ippakkjat minn qabel, l-
indikazzjoni għandha tidher fuq il-kontenitur ta’ l-ikel jew fuq
dokument kummerċjali li jkun ma’ l-ikel. L-indikazzjoni trid tkun
tidher faċilment, tinqara tajjeb u ma titħassarx.
16.6 L-oġġetti ta’ ikel li ġejjin m’hemmx għalfejn ikunu
mmarkati bl-indikazzjoni li turi lott:
(a) prodotti agrikoli li, meta jinħarġu minn fejn ġew
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 17
prodotti, ikunu
(i) mibjugħin jew ikkonsenjati fi stazzjon għal ħżin
temporanju, preparazzjoni jew ippakkjar jew lil
organizzazzjoni ta’ produtturi, jew
(ii) miġburin għal integrazzjoni immedjata fi
preparazzjoni operattiva jew f’sistema ta’
ipproċessar;
(b) ikel maħsub biex jinbiegħ lill-konsumatur aħħari u li
ma jkunx ippakkjat minn qabel, ikun ippakkjat wara
talba mix-xerrej jew ikun ippakkjat minn qabel biex
jinbiegħ mill-ewwel;
(ċ) ikel f’kontenitur li s-superfiċja ta’ l-akbar wiċċ tiegħu
ħija inqas minn 10 ċentimetri kwadri;
(d) ikel ippakkjat minn qabel li jinbiegħ f’porzjonijiet
wieħed wieħed biex jittiekel mill-ewwel u li hu
maħsub bħala kontorn minuri għal ma’ ikel jew servizz
ieħor;
(e) porzjonijiet wieħed wieħed ta’ silġ li jista’ jittiekel
fornuti lill-bejjiegħ f’ippakkjar bl-ingrossa li jkun fih
aktar minn porzjon wieħed ta’ din ix-xorta, basta l-
ippakkjar bl-ingrossa għandu jkollu fuqu l-
indikazzjoni li turi lott;
(f) ikel li jkun immarkat jew li għandu tikketta li turi d-
durabilità  minima jew id-data "uża sa" meta din tkun
tikkonsisti almenu minn indikazzjoni mingħajr ebda
code tad-data u x-xahar f’din l-ordni, kemm jekk  dan
ikun meħtieġ minn dawn ir-regolamenti kemm jekk le.
Indikazzjoni ta’ 
partikolaritajiet 
oħra.
17.1 It-tikketti ma’ oġġetti li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji
mniżżlin fis-Sitt Skeda għandu jkollhom il-partikolaritajiet
addizzjonali kif imniżżel f’dik l-Iskeda.
Ilsna li jistgħu 
jintużaw.
18.1 Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolamenti 18.2 sa
18.3, il-partikolaritajiet mogħtija skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti għandhom jidhru almenu f’waħda minn dawn
l-ilsna: Malti, Ingliż, Taljan.
18.2 Ir-regolament 18.1 m’għandux japplika fil-każ tal-prodotti
li ġejjin:
(a) ikel irreġistrat skond it-termini tar-Regolament tal-
Kunsill 2081/92 dwar il-ħarsien ta’ indikazzjonijiet ta’
oriġini u ġeografiċi għal prodotti u oġġetti ta’ l-ikel
agrikoli;
(b) ikel irregistrat skond ir-Regolament tal-Kunsill 2082/
92 dwar ċertifikati ta’ karattru speċifiku fil-każ ta’
prodotti u oġġetti ta’ l-ikel agrikoli;
(ċ) ikel li fil-każ tiegħu hemm provvedimenti oħra dwar
ilsna speċifiċi li jistgħu jintużaw.
18.3 Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’, fuq il-parir ta’
d-Direttorat għall-Oġġetti ta’ l-Ikel, joħroġ Linji direttivi biex
jeżenta kategoriji speċifiċi ta’ oġġetti ta’ l-ikel mill-ħtiġiet dwar
ilsna preskritti bir-regolament 18.1, b’dan iżda li eżenzjonijiet ta’
18 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
dik ix-xorta jistgħu jingħataw biss lil kategoriji ta’ oġġetti ta’ l-ikel
u mhux lil prodotti wieħed wieħed.
18.4 Il-linji direttivi maħruġa bis-saħħa tar-regolament 18.3
għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkunu infurmati b’mod
adegwat.
18.5 Linji direttivi maħruġin bis-saħħa tar-regolament 18.3
jistgħu jippermettu l-użu ta’ ilsna oħra minbarra dawk preskritti
mir-regolament 18.1 u wkoll l-użu ta’ miżuri oħra fir-rigward ta’
wieħed jew aktar mill-partikolaritajiet li jidhru fuq it-tikketta.
18.6 Ebda ħaġa f’dawn ir-regolamenti m’għandha tkun
interpretata bħala li żżomm milli l-partikolaritajiet li jidhru fuq it-
tikketta jkunu indikati b’ilsna oħra barra minn dawk preskritti mir-
regolamenti 18.1 u 18.5.
Pretensjonijiet li 
għandhom 
x’jaqsmu ma’ ikel 
għal użijiet 
nutrittivi 
partikolari.
19.1 Ix-xorta u l-kompożizzjoni ta’ prodotti li jkunu deskritti
bħala maħsubin għal użijiet nutrittivi partikolari għandhom ikunu
b’mod li l-prodotti jkunu adattati għall-użu nutrittiv partikolari li
huma maħsubin għalih.
19.2 Il-prodotti msemmija  fir-regolament 19.1 għandhom ukoll
jikkonformaw ma’ kull provvediment mandatarju applikabbli għal
oġġetti ta’ l-ikel għal konsum normali, minbarra fir-rigward ta’
bidliet li jsirulhom biex jiżguraw li jikkonformaw mad-
definizzjonijiet mogħtija fir-regolament 3.1(v).
19.3 Id-disposizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal gruppi ta’
ikel għal użijiet nutrittivi partikolari li jidhru fil-Parti A tar-Raba’
Skeda għandhom ikunu dawk speċifikati bis-saħħa tat-regolamenti
speċifiċi mogħtijin f’dik l-Iskeda. 
19.4 Soġġett għal kull deroga mogħtija minn provvedimenti
oħra, it-twaħħil ta’ tikketti u l-metodi kif dawn jitwaħħlu, il-
preżentazzjoni u r-riklamar tal-prodotti msemmija fir-regolament
3.1(v) m’għandhomx jattribwixxu lil prodotti ta’ din ix-xorta
proprjetajiet għall-prevenzjoni, trattament jew kura ta’ mard uman
jew jimplikaw li għandhom proprjetajiet ta’ din ix-xorta.
19.5 Ebda ħaġa fir-regolament 19.4 m’għandha tkun interpretata
bħala li jżomm it-tixrid ta’ informazzjoni jew rakkomandazzjonijiet
utli maħsubin esklussivament għal persuni kwalifikati fil-mediċina,
nutriment jew farmaċija.
19.6 Il-prodotti biss li hemm referenza għalihom fir-regolament
3.1(v) jistgħu jkunu karatterizzati bħala "dietetiċi" jew "tad-dieta".
19.7 Fit-tikketti, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel
għal konsum normali, dawn li ġejjin għandhom ikunu pprojbiti:
(a) l-użu ta’ l-aġġettivi "dietetiċi" jew "tad-dieta" kemm
jekk waħedhom kemm jekk ma’ kliem ieħor, biex
jiddeskrivu dawn l-oġġetti ta’ l-ikel;
(b) kull marka oħra jew kull preżentazzjoni li tista’ tagħti
l-impressjoni li wieħed mill-prodotti li hemm
referenza għalihom fir-regolament 3.1(v) hu involut.
19.8 Iżda, f’konformità  ma’ disposizzjonijiet oħra li jistgħu
jkunu adottati, għandu jkun possibbli li oġġetti ta’ l-ikel għal
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 19
konsum normali li huma adattati għal użu nutrittiv partikolari
jkollhom indikazzjoni ta’ din l-adattabilità . Il-provvediment li
għadu kif issemma jista’ jispeċifika wkoll l-arranġamenti li tkun
indikata din l-adattabilità .
19.9 Id-deskrizzjoni tal-prodott kif jinbiegħ għandu jkollha
magħha indikazzjoni tal-karatteristiċi nutrittivi partikolari; iżda,
fil-każ ta’ prodotti maħsubin biex jissodisfaw il-ħtiġiet nutrittivi
partikolari ta’ trabi u tfal żgħar f’saħħithom, flok din ir-referenza
għandu jkun hemm referenza oħra għall-iskop li għalih huma
maħsubin. 
19.10 It-tikketti ta’ prodotti li ma ġie adottat ebda provvediment
speċifiku għalihom għandhom iġibu fuqhom ukoll:
(a) l-elementi  partikolari tal-kompożizzjoni kwalitattiva u
kwantitattiva jew tal-proċess ta’ manifattura speċjali li
jagħti lill-prodott il-karatteristiċi nutrittivi partikolari
tiegħu;
(b) il-valur ta’ enerġija disponibbli espress f’kilojoules u
kilokaloriji u l-ammont ta’ karboidrati, proteini u
xaħam kull 100 gramma jew kull 100 millilitru tal-
prodott kif mibjugħ u, fejn hu xieraq u meħtieġ, kull
kwantità  speċifikata tal-prodott kif ippreżentat għall-
konsum,
b’dan iżda li -
- jekk, madankollu, il-valur ta’ enerġija hu inqas minn
50 kilojoule (12-il kilokalorija) kull 100 gramma jew
100 millilitru tal-prodott kif mibjugħ, flok dawn il-
partikolaritajiet jistgħu jintużaw il-kliem "valur ta’
enerġija inqas minn 50 kilojoule (12-il kilokalorija)
kull 100 gramma" jew bil-kliem "valur ta’ enerġija
inqas minn 50 kilojoule (12-il kilokalorija) kull 100
millilitru".
19.11 It-tikketti ta’ prodotti li kienu adottati għalihom
provvedimenti speċifiċi għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet
imniżżlin f’dawk il-provvedimenti.
19.12 Prodotti maħsubin għal użijiet nutrittivi partikolari
għandhom jitħallew jitqiegħdu fis-suq bl-imnut meta jkunu
ppakkjati minn qabel biss, u l-ippakkjar għandu jgħatti l-prodott
kollu kemm hu.
19.13 Biex ikun jista’ jsir kontroll uffiċjali effiċjenti ta’ oġġetti
ta’ l-ikel maħsubin għal użu nutrittiv partikolari li ma jidhrux
f’wieħed mill-gruppi mniżżlin fir-Raba’ Skeda, għandhom
japplikaw il-provvedimenti speċifiċi li ġejjin:
(a) meta prodott tax-xorta deskritta hawn fuq jitqiegħed
fis-suq l-ewwel darba, il-manifattur jew l-importatur
għandu jgħarraf lis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika
billi jgħaddilu mudell tat-tikketta użata għall-prodott;
(b) fil-każ ta’ prodotti li diġˆ tqiegħdu fis-suq fil-
Komunità  Ewropea, il-manifattur jew importatur
għandu, mal-mudell meħtieġ mir-regolament 19.13(a),
20 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
jgħaddi lis-Superintendent tas-Saħħa Pubblika
indikazzjoni tar-riċevitur ta’ l-ewwel notifikazzjoni
lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tal-
Komunità  Ewropea.
19.14 Meta hu meħtieġ, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika
jista’ jitlob lill-manifattur jew lill-importatur jipproduċi x-xogħol
xjentifiku u l-informazzjoni li jistabbilixxu l-konformità  tal-prodott
mad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti fir-rigward ta’
oġġetti ta’ l-ikel għal użijiet nutrittivi partikolari kif definiti fir-
regolament 3.1(v) flimkien ma’ l-informazzjoni msemmija fir-
regolament 19.10(a). Jekk dan ix-xogħol qiegħed f’pubblikazzjoni
li tista’ tkun akkwistata malajr, referenza sempliċi għal din il-
pubblikazzjoni tkun biżżejjed.
19.15 Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’ jipprojbixxi,
jirrestrinġi jew jissoġġetta għal kondizzjonijiet speċifiċi l-bejgħ ta’
prodotti maħsubin għal użijiet nutrittivi partikolari jekk hu jqis li
dawn il-prodotti ma jikkonformawx mar-regolament 3.1(v) jew
jipperikolaw is-saħħa umana, b’dan iżda li kull projbizzjoni jew
restrizzjoni ta’ din ix-xorta għandha tkun innotifikata lid-Direttorat
għall-Oġġetti ta’ l-Ikel mill-inqas tliet xhur qabel ma tinġieb fis-
seħħ, soġġett għad-disposizzjonijiet tar-regolament 19.18.
19.16 Id-Direttorat għall-Oġġetti ta’ l-Ikel għandu, fi żmien tliet
xhur, jagħti opinjoni dwar il-miżuri proposti.
19.17 Meta joħroġ xi projbizzjoni jew restrizzjoni bis-saħħa tar-
regolament 19.15, is-Superintendet tas-Saħħa Pubblika għandu
jagħti każ ta’ l-opinjoni tad-Direttorat għall-Oġġetti ta’ l-Ikel.
19.18 Meta s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jqis li l-
impożizzjoni ta’ projbizzjoni jew restrizzjoni hija ħtieġa urġenti
għall-ħarsien tas-saħħa pubblika, huwa jista’ jimponi din il-
projbizzjoni jew restrizzjoni b’effett immedjat sakemm id-
Direttorat għall-Oġġetti ta’ l-Ikel ikun innotifikat immedjatament
b’dawn il-miżuri. Id-Direttorat għall-Oġġetti ta’ l-Ikel għandu, fi
żmien tliet xhur, jagħti opinjoni dwar il-miżuri proposti.
19.19 Fil-każ tal-kategoriji ta’ sustanzi miżjudin għal skopijiet
nutrittivi speċifiċi f’ikel għal użijiet nutrittivi partikolari mniżżlin
fis-Seba’ Skeda, dawk is-sustanzi kimiċi msemmija taħt kull
kategorija biss jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ oġġetti ta’ l-ikel
għal użijiet nutrittivi partikolari koperti minn dan ir-regolament.
19.20 L-użu tas-sustanzi msemmija fir-regolament 19.19
għandu jkun konformi ma’ kull provvediment speċifiku li
jirrigwarda dawk is-sustanzi li jistgħu jkunu mitlubin fi
provvedimenti speċifiċi applikabbli.
19.21 Mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill (EC) Numru 258/97*  jew miżuri
ekwivalenti, sustanzi oħra miżjudin għal skopijiet nutrittivi
speċifiċi, li ma jiffurmawx parti minn waħda mill-kategoriji,
jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ ikel għal użijiet nutrittivi
partikolari.
*OJ L43, 14.2.1997, p.1.
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 21
19.22 L-użu ta’ sustanzi nutrittivi f’ikel għal użijiet nutrittivi
partikolari għandu jwassal għall-manifattura ta’ prodotti żguri li
jissodisfaw il-ħtiġiet nutrittivi partikolari tal-persuni li għalihom
huma maħsubin kif stabbilit minn informazzjoni xjentifika
aċċettabbli b’mod ġenerali.
19.23 Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’ jitlob lill-
manifattur jew, fejn xieraq u meħtieġ, lill-importatur jipproduċu x-
xogħol xjentifiku u l-informazzjoni li jistabbilixxu l-użu ta’
sustanzi miżjudin għal skopijiet nutrittivi partikolari f’konformità
mar-regolament 19.22. Jekk dan ix-xogħol qiegħed
f’pubblikazzjoni li tista’ tkun akkwistata malajr, referenza sempliċi
għal din il-pubblikazzjoni tkun biżżejjed.
19.24 Għandu japplika kull kriterju ta’ purità  għal sustanzi
mniżżlin fis-Seba’ Skeda, speċifikati b’leġislazzjoni għall-użu
tagħhom fil-manifattura ta’ oġġetti ta’ l-ikel għal skopijiet barra
minn dawk koperti b’dan ir-regolament.
19.25 Fil-każ ta’ dawk is-sustanzi mniżżlin fis-Seba’ Skeda li
għalihom kriterji ta’ purità  m’humiex speċifikati mill-leġislazzjoni
Maltija jew Ewropea, u sakemm speċifikazzjonijiet ta’ din ix-xorta
jkunu adottati, għandhom japplikaw kriterji ta’ purità  aċċettabbli
b’mod ġenerali u rrikkmandati  minn korpi internazzjonali.
22 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
L-EWWEL SKEDA
Kategoriiji ta’ Ingredjenti li jistgħu jkunu deskritti bl-Isem tal-Kategorija aktar milli 
bl-Isem Speċifiku
Definizzjonijiet Deskrizzjoni
Żejt raffinat minbarra żejt taż-żebbuġa "Żejt", flimkien ma’
- jew l-aġġettiv "veġetali" jew "ta’
l-annimali", skond il-każ, jew
- indikazzjoni ta’ l-oriġini veġetali
jew mill-annimali speċifika
tagħhom
L-aġġettiv "idroġenat" għandu jidher
ma’ l-indikazzjoni ta’ xi żejt idroġenat.
Xaħmijiet raffinati "Xaħam", flimkien ma’
- jew l-aġġettiv "veġetali" jew "ta’
l-annimali", skond il-każ, jew
- indikazzjoni ta’ l-oriġini veġetali
jew mill-annimali speċifika
tagħhom
L-aġġettiv "idroġenat’ għandu jidher
ma’ l-indikazzjoni ta’ xi xaħam
idroġenat.
Taħlitiet ta’ dqiq meħud minn żewġ
speċi jew aktar ta’ ċereali
"Dqiq", u warajha lista taċ-ċereali li
minnu ttieħed, f’ordni minn fuq għal isfel
skond il-piż.
Lamtijiet, u lamtijiet modifikati
b’mezzi fiżiċi jew b’enżimi
"Lamtu"
Kull speċi ta’ ħut meta l-ħut
jikkostitwixxi ingredjent ta’ oġġett ta’ l-
ikel ieħor u sakemm l-isem u l-
preżentazzjoni ta’ dan l-oġġett ta’ l-ikel
ma jirreferux għal speċi speċifikata ta’
ħut
"Ħut"
Kull xorta ta’ ġobon meta l-ġobon jew
taħlita ta’ xorta ta’ ġobon tikkostitwixxi
ingredjent ta’ oġġett ta’ l-ikel ieħor u
sakemm l-isem u l-preżentazzjoni ta’ dan
l-oġġett ta’ l-ikel ma jirreferux għal tip
speċifikat ta’ ġobon
"Ġobon"
Kull xorta ta’ ħwawar li ma jaqbżux it-
2% ta’ l-oġġett ta’ l-ikel imkejjel bil-piż
"Ħwawar jew ħwawar imħalltin"
Kull xorta ta’ ħxejjex aromatiċi jew
partijiet ta’ ħxejjex aromatiċi li ma
jaqbżux it-2% ta’ l-oġġett ta’ l-ikel
imkejjel bil-piż
"Ħaxix jew Ħxejjex aromatiċi" jew
"ħxejjex aromatiċi mħalltin"
Kull tip ta’ preparamenti tal-gomma
użati fil-manifattura ta’ bażi tal-gomma
għaċ-chewing gum
"Bażi tal-Gomma"
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 23
Kull tip ta’ prodott taċ-ċereali moħmi
u mrembel fil-frak
"Frak taċ-ċereali" jew "rusks" skond
il-każ
Kull tip ta’ zokkor "Zokkor"
Destrosju anidruż jew monoidrat tad-
destrosju
"Destrosju"
Ġulepp tal-glukosju u ġulepp ta1-
glukosju anidruż
"Ġulepp tal-glukosju"
Kull tip ta’ proteini tal-ħalib (kaseini,
kaseinati u proteini tax-xorrox) u taħlitiet
tagħhom
"Proteini tal-ħalib"
Xaħam taċ-ċikkulata ippressat,
expeller, jew raffinat
"Xaħam taċ-ċikkulata"
Kull frott kristallizzat li ma jaqbiżx l-
10% ta’ l-oġġett ta’ l-ikel imkejjel bil-piż
"Frott kristallizzat"
Taħlitiet ta’ ħxejjex li ma jaqbżux l-
10% ta’ l-oġġett ta’ l-ikel imkejjel bil-piż
"Ħxejjex"
Kull tip ta’ nbid kif definit fir-
Regolament tal-Kunsill (EC) Numru
1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 fuq l-
organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-
inbid2
"Nbid"
2 OJ L179, 14.7.1999, p.1.
Definizzjonijiet Deskrizzjoni
24 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
IT-TIENI SKEDA
Kategoriiji ta’ Ingredjenti li għandhom ikunu deskritti bl-Isem tal-Kategorija 
tagħhom u wara jingħata l-Isem Speċifiku jew in-Numru EC tagħhom
Kulur
Preservattiv
Antiossidant
Emulsifikant
Webbies
Aġent li Jgħaqqad (Gelling Agent)
Stabilizzatur
Tejjieb il-ħwawar
Aċidu
Regolatur ta’ l-Aċidità
Aġent kontra t-Tagħqid
Lamtu modifikat3
Dolċifikant
Aġent għat-Titligħ
Aġent kontra r-ragħwa
Aġent għall-kisi preservattiv
Mlieħ emulsifikanti4
Aġent għat-trattament tad-dqiq
Aġent li jissoda (Firming Agent)
Aġent li jżomm oġġett umdu
Aġent li jżid il-volum (Bulking Agent)
Gass li jimbotta ’l barra
3. L-isem speċifiku jew in-nurmu EC m’hemmx għalfejn ikunu indikati.
4. Jgħodd biss għal ġobon ipproċessat u prodotti bbażati fuq ġobon ipproċessat.
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 25
IT-TIELET SKEDA
Deskrizzjoni ta’ Ħwawar fil-Lista ta’ Ingredjenti
1. Ħwawar għandhom ikunu deskritti jew bil-kelma "ħwawar" jew b’isem jew
deskrizzjoni iżjed speċifiċi tal-ħwawar.
2. Il-kelma "naturali" jew kull kelma oħra li sostanzjalment għandha l-istess
tifsira tista’ tintuża biss fil-każ ta’ ħwawar li fihom il-komponent ta’ ħwawar
fih sustanzi esklussivament li jħawwru kif definit fl-Artikolu 1(2)(b)(i) tad-
Direttiva tal-Kunsill 88/388/EEC tat-22 ta’ Ġunju 1988 fuq l-
approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ ħwawar
għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel u ta’ materjali naturali għall-produzzjoni
tagħhom5 u/jew tħejjijiet ta’ ħwawar kif definiti fl-Artikolu 1(2)(c) tad-
Direttiva msemmija.
3. Jekk l-isem tal-ħwawar ikun fih referenza għan-natura jew oriġini veġetali
jew mill-annimali tas-sustanzi inkorporati fihom, il-kelma "naturali" jew
kull kelma ohra li sostanzjalment għandha l-istess tifsira ma tistax tintuża
sakemm il-komponent tal-ħwawar ma jkunx ġie iżolat waħdu jew kważi
waħdu mill-oġġett ta’ l-ikel jew mis-sors ta’ ħwawar involuti bi proċessi
fiżiċi xierqa, jew proċessi enzimatiċi jew mikrobijoloġiċi jew proċessi
tradizzjonali ta’ tħejjija ta’ ikel.
5. OJ L184, 15.7.1998, p.61. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/71/EEC
(OJ L42, 15.2.1991, p.25).
26 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
IR-RABA’ SKEDA
Kategoriji ta’ Oġġetti ta’ I-Ikel għal Użijiet Nutrittivi Partikolari
Parti A
Gruppi ta’ oġġetti ta’ l-ikel għal użijiet nutrittivi partikolari li għalihom saru jew
ser isiru provvedimenti speċifiċi
- - - - - - - - - -
Parti B
Gruppi ta’ oġġetti ta’ l-ikel għal użijiet nutrittivi partikolari li għalihom jistgħu
jsiru provvedimenti speċifiċi bi provvedimenti speċifiċi
Ikel għal persuni li jbatu minn diżordnijiet ta’ metaboliżmu karboidrat (dijabete)
- - - - - - - - - -
Parti Ċ
Gruppi tu’ oġġetti ta’ l-ikel għal użijiet nutrittivi partikolari li għalihom m’hux se
jsiru provvedimenti speċifiċi u li dwarhom m’hix meħtieġa l-proċedura ta’
notifikazzjoni preskrittu mir-regolament 19.13
l. Ikel b’kontenut ridott jew negliġibbli ta’ sodju jew melħ (klorur tas-sodju,
meħb tal-mejda)
2. Ikel li ma fihx glutina
Grupp Provvedimenti Rilevanti
1. Formoli għat-Trabi u Formoli tal-
Prosegwiment
Regolamenti ta’ l-1998 dwar il-
Formuli tat-Trabi u l-Formuli tal-
Prosegwiment (A.L. 249/98)
2. Ikel Ipproċessat b’Bażi ta’ Ċerejali
u Ikel Ieħor għat-Trabi u għat-Tfal
Żgħar
Regolamenti ta’ l-1998 dwar Ikel
Ipproċessat b’Bażi ta’ Ċerejali u Ikel
Ieħor għat-Trabi u għat-Tfal Żgħar
(A.L. 258/98)
3. Ikel Intiż għall-Użu f’Dieti Ristretti
fl-Enerġija għat-Tnaqqis fil-Piż
Regolamenti ta’ l-1999 dwar Ikel
Intiż għall-Użu f’Dieti Ristretti fl-
Enerġija għat-Tnaqqis fil-Piż (A.L. 1/
99)
4. Ikel Dijetetiku għal Skopijiet
Mediċi Speċjali
Regolamenti li għad iridu jkunu
adottati
5. Ikel maħsub biex jagħmel tajjeb
għal Ħlela ta’ Enerġija ta’ Sforz
Muskulari Intens, l-aktar għall-
Isportivi
Regolamenti li għad iridu jkunu
adottati
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 27
IL-ĦAMES SKEDA
Regola għall-Indikazzjoni tal-Qawwa Alkoħolika Mkejjla bil-Volum fit-Tikketti ta’ 
Xarbiet Alkoħoliċi għall-Bejgħ lill-Konsumatur Aħħari
1. Il-qawwa alkoħolika għandha tiġi mkejjla f’temperatura ta’20oC.
2. L-ammont tal-qawwa alkoħolika għandu jingħata sa mhux aktar minn punt
deċimali wieħed. Warajh għandu jkun hemm is-simbolu "% vol." U qablu
jista’ jkun hemm il-kelma "alkoħol", jew it-taqsira "alk.".
3. It-tolleranzi pożittivi u negattivi permessi fir-rigward ta’ l-indikazzjoni tal-
qawwa alkoħolika mkejjla bil-volum għandhom ikunu kif ġej, espressi
f’valuri assoluti:
(a) Xarbiet mhux speċifikati hawn taħt:
0.3% vol.;
(b) Birer li l-qawwa alkoħolika tagħhom ma taqbiżx il-5.5% vol.; xarbiet
ikklassifikati taħt is-sottotitolu 22.07 B II tat-Tariffa Doganali Komuni
u magħmulin minn għeneb:
0.5% vol.;
(ċ) Birer li l-qawwa alkoħolika tagħhom taqbeż il-5.5% vol.; xarbiet
ikklassifikati taħt is-sottotitolu 22.07 B I tat-Tariffa Doganali Komuni u
magħmuln minn għeneb; sidri, meraq imħemmer tal-lanġas, nbejjed tal-
frott u xarbiet simili, meħudin minn frottijiet li m’humiex għeneb,
kemm, jekk ifexfxu jew ifexxfxu moderatament kemm jekk le; xarbiet
ibbażati fuq għasel iffermentat:
1% vol.;
(d) Xarbiet li fihom frott jew bċejjeċ ta’ pjanti mrattbin:
1.5% vol.
4. lt-tolleranzi mniżżlin fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw bla ħsara għat-
tolleranzi li jkunu ġejjin mill-metodu ta’ analiżi użat biex jiddetermina l-
qawwa alkoħolika.
28 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
IS-SITT SKEDA
Indikazzjoni Obbligatorja dwar Partikolaritajiet fuq Tikketti fuq Ċerti Oġġetti ta’ I-
Ikel kif meħtieġ fir-regolament 17.1
Tip jew kategorija ta’ oġġett ta’ l-ikel Partikolaritajiet
Oġġetti ta’ l-ikel li d-durabilità  tagħhom
ittawwlet bis-saħħa ta’ gassijiet ta’ l-
ippakkjar bis-saħħa tar-Regolamenti ta’ l-
1994 dwar Additivi fi Ħwejjeġ ta’ l-Ikel
(A.L. 89/94)
"Ippakkjat f’atmosfera protettiva"
Oġġetti ta’ l-ikel li fihom dolċifikant
jew dolċifikanti kif awtorizzat mir-
Regolamenti ta’ l-1997 dwar Dolċifikanti
li Jintużaw fi Ħwejjeġ ta’ l-Ikel (A.L. 209/
97)
"fih dolċifikant/i"
Dan il-partikolar għandu jkun ma’ l-
isem li l-prodott jinbiegħ bih.
Oġġetti ta’ l-ikel li fihom kemm zokkor
miżjud u kemm dolċifikant jew
dolċiflkanti kif awtorizzat mir-
Regolamenti ta’ l-1997 dwar Dolċifikanti
li Jintużaw fi Ħwejjeġ ta’ l-Ikel (A.L. 209/
97)
"għandu z-zokkor u dolċifikant/i
Dan il-partikolar għandu jkollu miegħu
l-isem li l-prodott jinbiegħ bih.
Oġġetti ta’ l-ikel li fihom aspartam "fih sors ta’ fenilalanina"
Oġġetti ta’ l-ikel li fihom aktar minn
10% polioli miżjudin
"konsum eċċessiv jista’ jipproduċi
effetti lassattivi"
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 29
IS-SEBA’ SKEDA
Sustanzi li jistgħu jiżdiedu għal skopijiet nutrittivi partikolari f’ikel għal użijiet 
nutrittivi partikolari
Għall-iskop ta’ din it-tabella:
- "FSMP" tfisser ikel għal użijiet nutrittivi partikolari maħsub għal
skopijiet mediċi speċjali,
- "Kull FPNU" tfisser ikel tad-dieta għal użijiet nutrittivi partikolari
inklużi FSMPs imma mhux formoli għat-trabi, formoli tal-
prosegwiment, ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali u ikel għat-trabi
maħsub għal trabi u tfal żgħar.
Sustanza Kondizzjoni ta’ l-UżuKull FPNU FSMP
Kategorija 1 - Vitamini
VITAMINA A
retinol x
aċetat tar-retinil x
palmitat tar-retinil x
beta-karotin x
VITAMINA D
kolekalċiferol x
ergokalċiferol x
VITAMINA E
D-alfa-tokoferol x
DL-alfa-tokoferol x
aċetat tad-D-alfa-tokoferol x
aċetat tad-DL-alfa-tokoferol x
suċċinat ta’ l-aċidu D-alfa-tokoferol x
VITAMINA K
fillokinone (fitomenadione) x
VITAMINA B1
idroklorur tat-tiamin x
Monoitrat tat-tiamin x
VITAMINA B2
riboflavin x
riboflavin 5’-fosfat, sodju x
NIAĊIN
30 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
aċidu nikotinuż x
nicotinamid x
AĊIDU PANTOTENIKU
D-pantotenat, kalċju x
D-pantotenat, sodju x
despantenol x
VITAMINA B6
idroklurur tal-piridossina x
piridossina 5’-fosfat x
dipalmitat tal-piridossina x
AĊIDU FOLIKU
aċidu pteroilmonoglutamiku x
VITAMINA B12
ċjanokobalamin x
idrossokobalamin x
BIOTINA
D-biotina x
VITAMINA Ċ
aċidu L-askorbiku x
L-askorbat tas-sodju x
L-askorbat tas-kalċju x
L-askorbat tal-potassju x
6-palmitat ta’ L-askorbil x
Kategorija 2 - Minerali
KALĊJU
karbonat x
klorur x
mlieħ ta’ aċidu ċitriku x
glukonat x
gliċerofosfat x
lattat x
mlieħ ta’ aċidu ortofosforiku x
idrossidu x
Sustanza Kondizzjoni ta’ l-UżuKull FPNU FSMP
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 31
ossidu x
MAGNESJU
aċetat x
karbonat x
klorur x
mlieħ ta’ aċidu ċitriku x
glukonat x
gliċerofosfat x
mlieħ ta’ aċidu ortofosforiku x
lattat x
idrossidu x
ossidu x
sulfat x
ĦADID
karbonat tal-ħadid x
ċitrat tal-ħadid x
ċitrat ta’ l-ammonju tal-ħadid x
glukonat tal-ħadid x
fumarat tal-ħadid x
difosfat tas-sodju tal-ħadid x
lattat tal-ħadid x
sulfat tal-ħadid x
difosfat tal-ħadid (pirofosfat tal-ħadid) x
sakkarat tal-ħadid x
ħadid elementali (karbonil + elettrolitiku +
idroġenu ridott)
x
RAMM
karbonat kupriku x
ċitrat kupriku x
glukonat kupriku x
sulfat kupriku x
kumpless tal-lisina tar-ramm x
JODJU
jodur tal-potassju x
jodat tal-potassju x
jodur tas-sodju x
jodat tas-sodju x
Sustanza Kondizzjoni ta’ l-UżuKull FPNU FSMP
32 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
ŻINGU
aċetat x
klorur x
ċitrat x
glukonat x
lattat x
ossidu x
karbonat x
sulfat x
MANGANIŻ
karbonat x
klorur x
ċitrat x
glukonat x
gluiċerofosfat x
sulfat x
SODJU
bikarbonat x
karbonat x
klorur x
ċitrat x
glukonat x
lattat x
idrossidu x
mlieħ ta’ aċidu ortofosforiku x
POTASSJU
bikarbonat x
karbonat x
klorur x
ċitrat x
glukonat x
gliċerofosfat x
lattat x
idrossidu x
mlieħ ta’ aċidu ortofosforiku x
Sustanza Kondizzjoni ta’ l-UżuKull FPNU FSMP
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL ġ L.S.231.27 33
SELENJU
selenat tas-sodju x
selenat tas-sodju idroġenu x
selenit tas-sodju x
KROMJU (III) u l-essaidrati tagħhom
klorur x
sulfat x
MOLYBDENU (VI)
molibdat ta’ l-ammonju x
smolibdat tas-sodju x
FLUWORIN
fluworidu tal-potassju x
fluworidu tas-sodju x
Kategorija 3 - Aċidi amminiċi
L-alanina x
L-arġinina x
aċidu L-aspartiku x
L-ċitrullina x
L-ċisteina x
Ċistina x
L-istidina x
aċidu L-glutamiku x
L-glutamina x
gliċina x
L-isolewċina x
L-lewċina x
L-lisina x
aċetat L-lisina x
L-metionina x
L-ornitina x
L-fenilananina x
L-prolina x
L-treonina x
L-triptofan x
L-tirosina x
L-valina x
Sustanza Kondizzjoni ta’ l-UżuKull FPNU FSMP
34 L.S.231.27 ħ
TWAĦĦIL TA’ TIKKETTI, PREŻENTAZZJONI 
U RIKLAMAR TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL
Fil-każ ta’ l-aċidi amminiċi, safejn hu
applikabbli, ukoll l-imlieħ tas-sodju, potassju,
kalċju u magnesju u wkoll l-idrokloruri
tagħhom jistgħu jintużaw
Kategorija 4 - Karnitina u tawrina
L-karnitina x
idroklorur L-karnitina x
tawrina x
Kategorija 5 - Nucleotides
adenosina 5’-aċidu fosforiku (AMP) x
mlieħ tas-sodju ta’ AMP x
ċitidina 5’-aċidu monofosforiku (CMP) x
mlieħ tas-sodju ta’ CMP x
gwanosina 5’-aċidu fosforiku (GMP) x
mlieħ tas-sodju ta’ GMP x
inosina 5’-aċidu fosforiku (IMP) x
mlieħ tas-sodju ta’ IMP x
uridina 5’-aċidu fosforiku (UMP) x
mlieħ tas-sodju ta’ UMP x
Kategorija 6 - Kolin u inositol
kolin x
klorur tal-kolin x
bitartrat tal-kolin x
ċitrat tal-kolin x
inositol x
Sustanza Kondizzjoni ta’ l-UżuKull FPNU FSMP
