TIKKETTJAR TA’ FAŻOLA NIEXFA ġ L.S.231.28 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.28
REGOLAMENTI DWAR IT-TIKKETTJAR TA’ 
FAŻOLA NIEXFA
1 ta’ Jannar, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 82 ta’ l-1993.
Titolu.
Tikkettjar ta’ Fażola Niexfa.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"fażola niexfa" tinkludi kull tip ta’ fażola niexfa tal-ispeċi
Phasoleus, sew jekk ikollha lewn sew jekk le, li jkunu magħrufin
bħala li għandhom sustanzi msejjħa lectins li jinsabu b’mod
naturali fil-fażola.
Tikkettjar.
għall-konsum mill-bniedem kemm-il darba il-kontenitur jew il-
pakkett relattiv ma jkunx fih tikketta li tkun tgħid dan li ġej:
"TAGĦRIF IMPORTANTI:
Sabiex il-fażola tittiekel bla ma jsirlek deni huwa importanti li
timxi fuq dan it-tagħrif li ġej:
QABEL ma ssajjar jew tiekol il-fażola
(1) Xarrab sew il-fażola għall mill-inqas ħames sigħat;
(2) Armi l-ilma;
(3) Għalli l-fażola f’ilma ġdid li jkun ilu jbaqbaq għal
mill-inqas 10 minuti;
MBAGĦAD kompli skond ir-riċetta li għandek.".
(2) Il-kliem fuq it-tikketta jista’ jkum sew bl-ilsien Malti jew
bl-ilsien Ingliż.
Jintwera avviż.
fażola niexfa sfuża li ma tkunx f’pakketti lesti, għandu jintwera
avviż fil-viċin li jkun fih it-tagħrif imsemmi fir-regolament 3. Dan
l-avviż għandu jkun sew bl-ilsien Malti u bl-ilsien Ingliż, u għandu
jintwera b’mod prominenti hekk li xerrej ikun jista’ jarah faċilment
filwaqt li jkun jixtri dik il-fażola niexfa.
