ADDITIVI FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.29 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.29
REGOLAMENTI DWAR ADDITIVI FI ĦWEJJEĠ TA’ 
L-IKEL
17 ta’ Awissu, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 89 ta’ l-1994.
Titolu.
Additivi fi Ħwejjeġ ta’ l-Ikel.
Applikabilità .
additivi ma’ l-ikel li d-diversi kategoriji tagħhom jinsabu elenkati
fl-Ewwel Skeda, u li jintużaw, jew huma maħsuba li jintużaw,
bħala ingredjenti fil-manifattura jew preparazzjoni ta’ l-ikel u li
jkunu għadhom preżenti fil-prodott finali, ukoll jekk f’għamla
mibdula.
(2) Għall-għanijiet ta’ dawn ir-regolamenti, "additivi ma’ l-
ikel" tfisser kull sustanza li normalment ma tittikilx bħala ikel hekk
kif inhi u li ma tiġix normalment użata bħala ingredjent
karatteristiku ta’ l-ikel sew jekk ikollha jew ma jkollhiex valur
nutrittiv, li l-iskop taż-żieda tagħha ma’ l-ikel għal għan
teknoloġiku fil-manifattura, proċessar, tħejjija, maniġġ, ippakkjar,
trasport jew ħażna ta’ dak l-ikel jirriżulta jew hu raġonevolment
mistenni li jirriżulta, filli dik is-sustanza jew il-prodotti relattivi
tagħha isiru b’mod dirett jew mhux dirett komponenti ta’ dak l-ikel.
(3) Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal -
(a) kull għajnuna fl-ipproċessar, li jfisser kull sustanza, li
ma tittikilx bħala ingredjent ta’ l-ikel waħedha, li
tintuża bi skop fl-ipproċessar ta’ materja prima, ikel
jew l-ingredjenti tagħhom sabiex twettaq xi għan
teknoloġiku partikolari fil-maniġġ jew proċessar u li
tista’ tirriżulta fil-preżenza ta’ fdalijiet tas-sustanza
jew tad-derivanti tagħha fil-prodott finali ukoll jekk
b’ebda skop iżda għax teknikamemt ma jistax isir mod
ieħor, dejjem sakemm dawk il-fdalijiet ma jkunux ta’
xi periklu għas-saħħa u ma jkollhomx xi effett
teknoloġiku fuq il-prodott finalizzat;
(b) sustanzi użati fit-tħaris tal-pjanti u prodotti tal-pjanti
b’mod konformi mar-regoli tal-Komunità  Ewropea
dwar saħħet il-pjanti;
(ċ) kull flavouring li jintuża fi ħwejjeġ ta’ l-ikel, li jidħol
fl-iskop tad-Direttiva 88/388/EEC tal-Kunsill tal-
Komunità  Ewropea;
(d) sustanzi li jiżdiedu ma’ ħwejjeġ ta’ l-ikel bħala
nutrijenti.
Additivi permessi.
ikel dawk l-additivi ma’ l-ikel li jkunu elenkati f’regolamenti li
jistgħu minn żmiem għal żmiem jiġu pubblikati dwar kull
kategorija ta’ additivi elenkata fl-Ewwel Skeda, u dak l-użu għandu
jkun bla ħsara għall-kondizzjonijiet ta’ l-użu speċifikati f’kull
2 L.S.231.29 ħ ADDITIVI FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
regolamenti oħra li jsiru.
(2) Meta additiv ma’ l-ikel jinġieb f’waħda mill-kategoriji
f’dik l-Iskeda, dan għandu jsir skond il-funzjoni prinċipali li
jkollha normalment x’taqsam ma’ dak l-additiv ma’ l-ikel.
Madankollu, meta additiv jitqiegħed f’kategorija partikolari, dan
ma jeskludix il-possibilità  li dak l-additiv jiġi awtorizzat għal
diversi funzjonijiet.
(3) L-additivi ma’ l-ikel għandhom jissodisfaw il-kriterji
ġenerali stipulati fit-Tieni Skeda.
Tikkettjar ta’ 
adittivi ma’ l-ikel li 
ma jkollhomx skop 
ta’ bejgħ lil xi 
konsumatur.
4. (1) L-additivi ma’ l-ikel li ma jkollhomx skop li jinbiegħu
lil xi konsumatur aħħari jistgħu jitmexxew fis-suq biss jekk l-
ippakkjar jew il-kontenitur tagħhom ikun fih dan it-tagħrif li ġej, li
għandu jkun jidher sew, jinqara sew u ma jitħassarx:
(a) għal additivi ma’ l-ikel li jinbiegħu waħedhom jew
imħallta ma’ xulxin, għal kull additiv, isem dak l-
additiv li jista’ jiġi stipulat b’kull disposizzjoni
applikabbli tal-Komunità  Ewropea u n-numru jew in-
numru ta’ serje tal-KEE, jew, fin-nuqqas ta’ kull
disposizzjoni bħal dik, deskrizzjomi ta’ l-additiv li
tkun preċiża biżżejjed sabiex dan ikun jista’ jingħaraf
sew minn additivi oħra li jista’ jitfixkel magħhom,
f’ordni dejjem nieżel tas-sehem skond kemm ikun
jiżen mill-piż totali:
Iżda meta jiġu inkorporati sustanzi jew materjal
jew ingredjenti ta’ l-ikel oħra f’xi additiv jew additivi
ma’ l-ikel, sabiex jiffaċilitaw il-ħażna, bejgħ,
standardizzazzjoni, taħlit jew tidwib ta’ dak l-additiv
jew dawk l-additivi, għandu wkoll jitniżżel isem l-
additiv flimkien ma’ indikazzjoni ta’ kull komponent
f’ordni dejjem nieżel tas-sehem skond kemm ikun
jiżen mill-piż totali;
(b) - jew id-diċitura "għall-użu fl-ikel"
- jew id-diċitura "użu ristrett fl-ikel"
- jew referenza iktar speċifika għall-iskop ta’ użu
tiegħu fl-ikel;
(ċ) il-kondizzjonijiet speċjali ta’ ħażna u ta’ użu jekk bin-
nuqqas ta’ dan it-tagħrif wieħed ma jkunx jista’ juża l-
additiv kif imiss;
(d) id-direzzjonijiet dwar l-użu, jekk bin-nuqqas ta’ dan it-
tagħrif wieħed ma jkunx jista’ juża l-additiv kif imiss;
(e) sinjal li jidentifika l-kunsinna jew partita;
(f) isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-
manifattur jew min jippakkjah, jew ta’ bejjiegħ;
(g) indikazzjoni tal-perċentwali ta’ komponent li jkun
suġġett għal limitazzjoni kwantitativa f’xi ikel jew
tagħrif dwar il-kompożizzjoni li jkun biżżejjed sabiex
ix-xerrej ikun jista’ jikkonforma ruħu ma’ kull
disposizzjoni tal-Komunità  Ewropea li tkun tapplika
għal dak l-ikel. Meta l-istess limitazzjoni kwantitativa
ADDITIVI FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.29 3
tkun tapplika għal grupp ta’ komponenti li jintużaw
waħedhom jew kombinati ma’ oħrajn, il-perċentwali
kombinat jista’ jingħata bħala ċifra waħda;
(h) il-kwantità  netta; u
(i) kull tagħrif ieħor hekk kif jista’ jintalab b’regolamenti
pubblikati dwar additivi ma’ l-ikel speċifiċi.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (1), it-
tagħrif meħtieġ skond il-proviso li hemm mal-paragrafu (a), u
skond il-paragrafi (d), (e), (f) u (g) ta’ l-imsemmi sub-regolament
jista’ jidher biss fuq id-dokumenti li jkollhom x’jaqsmu mal-
kunsinna li jkollhom jingħataw mal-kunsinna jew qabel, kemm-il
darba jiġi indikat b’mod ċar fuq l-ippakkjar jew il-kontenitur ta’
dak il-prodott il-kliem "għandu skop għall-manifattura ta’ ħwejjeġ
ta’ l-ikel u mhux għal bejgħ bl-imnut".
Tikkettjar ta’ 
additivi ma’ l-ikel 
li jkollhom skop ta’ 
bejgħ lil xi 
konsumatur.
5. L-additivi ma’ l-ikel li jkollhom skop li jinbiegħu lil xi
konsumatur aħħari jistgħu jitmexxew fis-suq biss jekk l-ippakkjar
jew il-kontenitur tagħhom ikun fih dan it-tagħrif li ġej, li għandu
jkun jidher sew, jinqara sew u ma jitħassarx: 
(a) l-isem li bih jinbiegħ il-prodott. Dak l-isem għandu
jkun l-isem stipulat minn kull disposizzjoni tal-
Komunità  Ewropea li tkun tapplika għal dak il-prodott
flimkien man-numru jew man-numru ta’ serje tiegħu
tal-KEE, jew, fin-nuqqas ta’ dawk id-disposizzjonijiet
b’deskrizzjoni tal-prodott li tkun preċiża biżżejjed
sabiex dan ikun jista’ jingħaraf sew minn prodotti li
jista’ jitfixkel magħhom; u
L.S.231.27
(b) id-data ta’ l-inqas durabbiltà  fil-kuntest tat-tifsir
mogħti fir-Regolamenti dwar Twaħħil ta’ Tikketti,
Preżentazzjoni u Riklamar ta’ Oġġetti ta’ l-Ikel; u
(ċ) it-tagħrif meħtieġ bir-regolament 4(1)(a) sa (f), (h) u
(i).
Użu ta’ lsien.
L.S.231.27
6. Il-partikolaritajiet imsemmija fir-regolamenti 4 u 5
għandhom mill-anqas jidhru f’wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ Malta,
u d-disposizzjonijiet tar-regolament 10 tar-Regolamenti dwar
Twaħħil ta’ Tikketti, Preżentazzjoni u Riklamar ta’ Oġġetti ta’ l-
Ikel għandhom ukoll ikunu japplikaw f’dawk li huma eżenzjonijiet.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ, eċċ., ta’ 
additivi mhux 
skond ir-
regolamenti.
7. Ħadd ma jista’ jimporta, ibiegħ, iżomm għall-bejgħ jew
jagħti b’kumpens jew mod ieħor, xi additiv, ikel jew xi ikel li jkun
fih additiv bħal dak skond il-każ kemm-il darba dan ma jkunx
skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
L-EWWEL SKEDA
Regolament 2 (1)
KATEGORIJI TA’ ADDITIVI MA’ L-IKEL
Kulur
Priservattiv
4 L.S.231.29 ħ ADDITIVI FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
Antiossidanti
Emulsjonanti
Melħ emulsjonanti
Thickener
Aġent tal-gelling 
Stabilizzatur (1)
Aġent li jqajjem it-togħma
Aċidu
Regolatur ta’ l-aċidità  (2)
Aġent anti-caking
Lamtu modifikat
Sweetener
Aġent li jgħolli
Aġent ta’ kontra r-ragħwa
Aġent tal-glazing (3)
Aġent fit-trattament tad-dqiq
Firming agent
Humectant
Sequestrant (4)
Enżima (4) (5)
Bulking agent
Gas propellanti u gas ta’ l-ippakkjar
IT-TIENI SKEDA
Regolament 3(3)
KRITERJI GENERALI GĦALL-UŻU TA’ ADDITIVI 
MA’ L-IKEL
1. Jistgħu jiġu approvati additivi ma’ l-ikel biss sakemm:
- tista’ tintwera ħtieġa teknoloġika raġonevoli u l-għan
(1) Din il-kategorija tinkludi wkoll stabilizzaturi tal-foam.
(2) Dawn jistgħu jaġixxu ta’ regolaturi ta’ l-aċidità  sew fuq naħa 
sew fuq l-oħra.
(3) Dawn is-sustanzi jinkludu lubrikanti.
(4) Il-fatt li dawn l-espressjonijiet qed jiġu inklużi f’din il-lista 
ma hu ta’ ebda preġudizzju għal kull deċiżjoni fil-ġejjieni jew tis-
mija tagħha fit-tikkettjar ta’ ħwejjeġ ta’ l-ikel li jkollhom skop li 
jaslu għand il-konsumatur aħħari.
(5) Dawk biss li jintużaw bħala additivi.
ADDITIVI FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.29 5
ma jkunx jista’ jinkiseb b’mezzi oħra li jkunu
ekonomikamemt u teknoloġikament prattiċi,
- ma jkunu ta’ ebda periklu għal saħħet il-konsumatur
fil-qies ta’ użu propost, daqskemm ikun jista’
jitgħarbel skond il-provi xjentifiċi li jinġiebu,
- ma jkunux iqarrqu bil-konsumatur.
2. L-użu ta’ additivi ma’ l-ikel jista’ jitqies li jsir biss meta
jkun jidher ċar li l-użu propost ta’ l-additiv jista’ jkollu vantaġġi li
jidhru sew ta’ benefiċċju għall-konsumatur, fl kliem ieħor ikun
meħtieġ li jiġi stabbilit il-każ għal dak li s-soltu jissejjaħ bħala
"ħtieġa". L-użu ta’ additivi ma’ l-ikel għandu jaqdi għan wieħed
jew iktar għanijiet minn dawk li ġejjin mill-partiti (a) sa (d), u dan
biss meta dawk l-għanijiet ma jkunux jistgħu jinkisbu b’mezzi oħra
li jkunu ekonomikamemt u teknoloġikament prattiċi u ma jkunux
ta’ periklu għal saħħet il-konsumatur:
(a) sabiex jippreservaw il-kwalità  nutrittiva ta’ l-ikel;
tnaqqis li jsir bi skop fil-kwalità  nutrittiva ta’ xi ikel
tkun biss ġustifikata meta l-ikel ma jikkostitwix parti
sinjifikattiva f’dieta normali jew meta l-additiv ikun
meħtieġ għall-produzzjoni ta’ kull ikel għal gruppi ta’
konsumaturi li jkollhom ħtiġiet ta’ dieta speċjali;
(b) sabiex jipprovdu ingredjenti jew kostitwenti meħtieġa
għal kull ikel manifatturat għal gruppi ta’ konsumaturi
li jkollhom ħtiġiet ta’ dieta speċjali;
(ċ) sabiex iżidu l-istat ta’ kemm xi ikel iżomm tajjeb jew
stabbli jew sabiex iġibu għall-aħjar kull proprjetà
organoleptika tiegħu, kemm-il darba dan ma jibdilx
b’tali mod ix-xorta, sustanza jew kwalità  ta’ l-ikel
b’qerq għall-konsumatur;
(d) sabiex jipprovdu kull għajnuna fil-manifattura,
proċessar, tħejjija, ippakkjar, trasport jew ħażna ta’
ikel, kemm-il darba l-additiv ma jintużax biex jaħbi l-
effett ta’ l-użu tal-materja prima difettuża jew ta’ kull
prattika jew teknika mhux mixtieqa (jew mhux
iġjenika) fil-kors ta’ kull attività  msemmija.
3. L-additivi ma’ l-ikel għandu dejjem ikollhom dawk il-
kriterji ta’ purezza hekk approvati.
4. L-approvazzjoni għal additivi ma’ l-ikel għandha -
(a) tispeċifika kull ħaġa ta’ l-ikel li magħha jiżdiedu dawn
l-additivi u l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu
jiżdiedu;
(b) tkun limitata għall-inqas livell ta’ użu meħtieġ sabiex
jinkiseb l-effett mixtieq;
(ċ) tqis kull ammont ta’ konsum ta’ kuljum aċċettabbli,
jew stima ekwivalenti li tiġi stabbilita għall-additiv
ma’ l-ikel u l-ammont ta’ konsum ta’ kuljum probabbli
ta’ l-additiv minn kull ikel. Meta dak l-additiv ma’ l-
ikel ikollu jintuża f’xi ikel li jittiekel minn gruppi
speċjali ta’ konsumaturi, għandu jittieħed qies ta’ l-
6 L.S.231.29 ħ ADDITIVI FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
ammont ta’ konsum ta’ kuljum possibbli minn
konsumaturi f’dawk il-gruppi.
5. Kull additiv ma’ l-ikel jew derivattiv tagħhom, li jintużaw
fl-ikel, ikollhom qabel jgħaddu minn eżami u evalwazzjoni
tossikoloġiċi xierqa bil-għan li jiġi stmat kull effett li jista’ jkun ta’
periklu.
Dik l-evalwazzjoni għandha wkoll tqis kull effett
kumulattiv, sinerġistiku jew li jagħti s-saħħa fl-użu ta’ l-additiv u l-
fenomemu ta’ intolleranza umana għal dawk is-sustanzi li ma
jkollhomx x’jaqsmu mal-ġisem tal-bniedem.
