MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.31
REGOLAMENTI DWAR MATERJALI U OĠĠETTI 
F’KUNTATT MA’ ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
1 ta’ Jannar, 1997
L-Avviż Legali 4 ta’ l-1996.
Titolu.
Materjali u Oġġetti f’Kuntatt ma’ Ħwejjeġ ta’ l-Ikel.
Għan.
li, fl-istat lest tagħhom, jinġiebu jew ikunu maħsuba biex jinġiebu
f’kuntatt ma’ ħwejjeġ ta’ l-ikel jew ma’ ilma li, fil-każ il-wieħed u
l-ieħor, ikunu maħsuba għall-konsum mill-bniedem.
(2) Dawn ir-regolamenti ma japplikawx għal:
(a) sustanzi għall-kisi jew coating, inklużi s-sustanzi li
jiksu l-qoxra tal-ġobon, prodotti tal-laħam preparati
jew frott, li jkunu jiffurmaw parti mill-ħwejjeġ ta’ l-
ikel u jistgħu jiġu kkunsmati flimkien ma’ dawk il-
ħwejjeġ ta’ l-ikel;
(b) tagħmir fiss pubbliku jew privat tal-provvista ta’ l-
ilma.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"EEC" kif użata f’dawn ir-regolamenti u fl-Iskedi li jinsabu
magħhom tfisser il-Komunità  Ekonomika Ewropea;
"film ta’ ċelluloża riġenerata" tfisser folja rqiqa ta’ materjal
miksub minn ċelluloża raffinata derivata minn injam jew qoton
mhux riċiklat u li magħha jistgħu jiġu miżjuda sustanzi adatti jew
fil-massa jew fuq il-wiċċ biex jiġu ssodisfatti ħtiġiet tekniċi u li
tista’ tkun ikkowtjata fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat;
Kap. 231.
"ħwejjeġ ta’ l-ikel" għandha l-istess tifsir kif mogħti lil "ħwejjeġ
ta’ l-ikel" fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar Ħwejjeġ ta’ l-Ikel, Mediċinali
u Ilma tax-Xorb;
"ma jinstabx taħt analiżi" tfisser li l-analyte ma jinstabx wara li
jkun intuża metodu validat ta’ analiżi li kien isibu fid-detection
limit speċifikat;
"metodu validat" tfisser metodu analitiku li jkun pruvat li jagħti
riżultati preċiżi u eżatti;
"oġġetti taċ-ċeramika" tfisser oġġetti manifatturati minn taħlita
ta’ materjal inorganiku b’kontenut ġeneralment għoli ta’ arġilla jew
silika li magħha jkunu setgħu żdiedu kwantitajiet żgħar ta’ materjal
organiku; dawn l-oġġetti l-ewwel tingħatalhom il-forma, liema
forma tiġi mwebbsa permanentement f’forn, u jistgħu jiġu
verniċjati, żmaltati u/jew dekorati;
"plastika" tfisser il-komposti makromolekulari organiċi miksubin
bil-polimerizzazzjoni, polikondensazzjoni, poliaddizzjoni jew xi
proċess simili ieħor minn molekuli ta’ piż molekulari aktar baxx
2 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
jew bl-alterazzjoni kimika ta’ makromolekuli naturali, u tinkludi
silikoni u komposti makromolekulari simili oħra li magħhom
jistgħu jiżdiedu sustanzi jew materja oħra, iżda ma tinkludix:
- film ta’ ċelluloża riġenerata verniċjat jew mhux
verniċjat;
- elastomers u lastiku naturali u sintetiku;
- karta u kartun, kemm jekk dawn ikunu jew ma jkunux
ġew modifikati biż-żieda ta’ plastika;
- kisjiet tal-wiċċ miksubin minn:
xema’ tal-paraffina, inkluża xema’ tal-paraffina
sintetika u/jew xema’ mikro-kristallina; jew
taħlitiet tax-xema’ msemmija waħda ma’ l-oħra
u/jew mal-plastika;
- ion-exchange resins;
"sustamzi N-nitrosatable" tfisser sustanzi li jistgħu jiġu
konvertiti f’N-nitrosamines;
Manifattura ta’ 
materjali u oġġetti.
4. Il-materjali u l-oġġetti għandhom jiġu manifatturati skond
prattika tajba ta’ manifattura hekk illi, taħt il-kondizzjonijiet
normali u prevedibbli ta’ użu tagħhom, ma jittrasferux il-
kostitwenti tagħhom lill-ħwejjeġ ta’ l-ikel fi kwantitajiet li jistgħu - 
(i)  jipperikolaw is-saħħa tal-bniedem;
(ii) joħolqu bidla mhux aċċettabbli fil-
kompożizzjoni tal-ħaġa ta’ l-ikel jew
deterjorament fil-karatteristiċi organoleptiċi tal-
ħaġa ta’ l-ikel.
Gruppi ta’ 
materjali u oġġetti.
5. Il-gruppi ta’ materjali u oġġetti mniżżlin fl-Ewwel Skeda
u, fejn adatt, kombinazzjonijiet ta’ dawn il-materjali u oġġetti
għandhom ikunu suġġetti għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti.
Materjali u oġġetti 
mhux diġà  
f’kuntatt ma’ 
ħwejjeġ ta’ l-ikel.
6. (1) Mingħajr preġudizzju għal kull eċċezzjoni provduta
f’dawn ir-regolamenti, il-materjali jew oġġetti li jkunu maħsuba
biex jiġu f’kuntatt, iżda li ma jkunux diġà  f’kuntatt, ma’ ħwejjeġ ta’
l-ikel ma jistgħux jinbiegħu jew jiġu importati kemm-il darba ma
jkunux akkumpanjati b’tikketta jew indikazzjoni oħra bi -
(a) - il-kliem "għall-użu ta’ ħwejjeġ ta’ l-ikel", jew
- indikazzjoni speċifika ta’ l-użu tagħhom, bħal makna
tal-kafè , flixkum ta’ l-inbid, mgħarfa tas-soppa, jew
- simbolu kif indikat fit-Tieni Skeda;
(b) - fejn adatt, kull kondizzjoni speċjali li għandha tiġi
osservata waqt li jkunu qed jintużaw;
(ċ) - jew l-isem jew l-isem tal-marka u l-indirizz jew l-
uffiċċju reġistrat,
- jew it-trade mark reġistrata tal-fabbrikant jew
proċessur, jew ta’ bejjiegħ stabbilit f’Malta.
(2) Fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur ultimu, il-
partikolaritajiet imniżżlin fis-sub-regolament (l) għandhom ikunu
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 3
jidhru sewwa, jistgħu jinqraw ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru u
għandhom jidhru -
(a) fuq il-materjali jew oġġetti jew fuq l-ippakkjar
tagħhom; jew
(b) fuq it-tikketti mwaħħla mal-materjali jew oġġetti jew
ma’ l-ippakkjar tagħhom; jew
(ċ) fuq avviż fil-viċinanza immedjata tal-materjali u ta’ l-
oġġetti u li jkun jidher ċar għax-xerrejja:
Iżda, għar-rigward ta’ dawk il-partikolaritajiet imsemmija
fis-sub-regolament (1)(ċ), l-għażla fis-sub-regolament (2)(ċ)
għandha tapplika biss jekk dawn il-partikolaritajiet jew tikketta li
jkollha lilhom fuqha, ma jkunux jistgħu, minħabba raġunijiet
tekniċi, jiġu mwaħħla mal-materjali jew oġġetti msemmija.
(3) Fl-istadji tal-bejgħ minbarra l-istadju tal-bejgħ bl-imnut
lill-konsumatur ultimu, għandhom japplikaw dawn id-
disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-materjali jew oġġetti għandhom ikunu akkompanjati
b’dikjarazzjoni bil-miktub li tikkonferma li dawn
ikunu skond ir-regoli li japplikaw għalihom, u
(b) barra minn hekk, il-partikolaritajiet imniżżlin fis-sub-
regolament (1) għandhom jidhru -
(i) fuq id-dokumenti li jakkompanjawhom, u
(ii) fuq it-tikketti jew l-ippakkjar, jew
(iii) fuq il-materjali jew oġġetti stess.
(4) Il-partikolaritajiet imniżżlin fis-sub-regolament (1)(a) u d-
disposizzjoni msemmija fis-sub-regolament (3)(a) ma humiex
obbligatorji għal materjali jew oġġetti li mix-xorta tagħhom ikunu
jidhru biċ-ċar li jkunu maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-
ikel.
(5) Il-partikolaritajiet provduti fis-sub-regolament (1)(a) u (b)
għandhom ikunu kkonfinati għal materjali jew oġġetti li jkunu
skond -
(a) il-kriterji mniżżla fir-regolament 4, u
(b) dawk id-disposizzjonijiet f’dawn ir-regolamenti li
għandhom x’jaqsmu mall-grupp speċifiku ta’ materjali
jew oġġetti.
(6) II-partikolaritajiet meħtieġa f’dan ir-regolament għandhom
jingħataw, għall-inqas, f’wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ Malta. Din
il-ħtieġa madankollu ma tipprekludix l-użu ta’ ilsna oħra b’żieda
għall-ilsien jew ilsna ta’ Malta.
Limiti għall-vinyl 
chloride monomer.
7. (l) Il-materjali jew oġġetti preparati b’vinyl chloride
polymers jew copolymers ma għandux ikun fihom vinyl chloride
monomer fi kwantità  li teċċedi milligramma għal kull kilogramm
fil-prodott finali.
(2) Il-materjali jew oġġetti msemmija fis-sub-regolament (1)
ma għandhomx jgħaddu lill-ħwejjeġ ta’ l-ikel li jkunu jew ikunu
nġiebu f’kuntatt ma’ dawk il-materjali jew oġġetti xi vinyl chloride
4 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
fi kwantità  daqs jew iżjed minn 0.01 mg għal kull kilogramm tal-
ħaġa ta’ l-ikel.
(3) Il-metodi ta’ analiżi biex bihom jiġu ddeterminati l-livelli
ta’ vinyl chloride imsemmija fis-sub-regolamenti (1) u (2)
għandhom ikunu kif stabbiliti fid-Direttivi tal-Komunità  Ewropea
80/766/EEC u 81/432/EEC rispettivament. Id-determinazzjoni ta’
vinyl chloride rilaxxat mill-materjali jew oġġetti lill-ħwejjeġ ta’ l-
ikel imsemmija fis-sub-regolament (2) għandha preferibbilment
issir fil-ħwejjeġ ta’ l-ikel infushom, ħlief li, meta dik id-
determinazzjoni tidher li tkun impossibbli minħabba raġunijiet
tekniċi, tkun permessa determinazzjoni b’simulanti għal dawn l-
oġġetti ta’ l-ikel partikolari.
Materjali u oġġetti 
tal-plastika.
8. (1) Materjali jew oġġetti li jkunu jikkonsistu
esklussivament fi plastika, jew komposti minn żewġ saffi jew iżjed
ta’ materjali, li kull wiehed ikun jikkonsisti esklussivament fi
plastika, li jkunu mwaħħlin ma’ xulxin permezz ta’ adeżivi jew
mezzi oħra, ma għandhomx jittrasferixxu l-kostitwenti tagħhom
lill-ħwejjeġ ta’ l-ikel fi kwantitajiet li jeċċedu 10 milligrammi għal
kull deċimetru kwadru (mg/dm2) ta’ l-area tal-wiċċ tal-materjal jew
oġġett (overall migration limit):
Iżda dan il-limitu għandu jkun ta’ 60 milligrammi tal-
kostitwenti rilaxxati għal kull kilogramm ta’ ħaġa ta’ l-ikel f’dawn
il-każijiet li ġejjin:
- oġġetti li jkunu kontenituri jew komparabbli ma’
kontenituri jew li jistgħu jimtlew, li jkunu jesgħu
mhux inqas minn 500 millilitri u mhux iżjed minn 10
litri;
- oġġetti li jistgħu jimtlew u li għalihom ikun
inprattikabbli li tiġi stmata l-area tal-wiċċ f’kuntatt
mal-ħwejjeġ ta’ l-ikel;
- tappijiet, gaskets, stoppers jew mezzi simili għall-
issiġillar.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma japplikawx
għal materjali u oġġetti li jkunu komposti minn żewġ saffi jew
iżjed, li wieħed jew iżjed minnhom ma jkunx jikkonsisti
esklussivamemt fi plastika, anke jekk dak il-wieħed maħsub biex
jiġi f’kuntatt dirett mal-ħwejjeġ ta’ l-ikel ikun jikkonsisti
esklussivament fi plastika.
(3) (a) Dawk il-monomers u starting substances oħra mniżżla
fis-Sezzjonijiet A u B tat-Tielet Skeda biss jistgħu
jintużaw għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-
plastika suġġett għar-restrizzjonijiet speċifikati
hemmhekk:
Iżda l-istarting substances imniżżla fis-Sezzjoni
B ta’ l-imsemmija Skeda ma għandhomx hekk jintużaw
wara l-1 ta’ Jannar, 1997.
(b) Il-kwantitajiet speċifikati fil-kolonna 4 tas-Sezzjonijiet
A u B tat-Tielet Skeda għandhom jiġu determinati
b’metodu validat ta’ analiżi fil-limitu speċifikat.
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 5
(4) Lista inizjali ta’ additivi li jistgħu jintużaw għall-
manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastika hija murija fir-Raba’
Skeda.
(5) L-ispecific migration limits stabbiliti fil-lista murija fit-
Tielet Skeda huma espressi f’milligrammi għal kull kilogramm
(mg/kg). Dawn il-limiti huma espressi f’milligrammi għal kull
deċimetru kwadru (mg/dm2) f’dawn il-każijiet li ġejjin:
- oġġetti li jkunu kontenituri jew komparabbli ma’
kontenituri jew li jistgħu jimtlew, li jkunu jesgħu inqas
minn 500 millilitri jew iżjed minn 10 litri;
- folji, film jew materjali oħra li ma jistgħux jimtlew
jew li għalihom ikun inprattikabbli li tiġi stmata r-
relazzjoni bejn l-area tal-wiċċ ta’ dawk il-materjali u l-
kwantità  tal-ħaġa ta’ l-ikel f’kuntatt magħhom.
F’dawn il-każijiet, il-limiti murija fit-Tielet Skeda espressi
f’mg/kg għandhom jiġu diviżi bil-conventional conversion factor
ta’ 6 sabiex jiġu espressi f’mg/dm2.
(6) Il-verifika ta’ osservanza tal-migration limits għandha ssir
skond ir-regoli stabbiliti fid-Direttivi tal-Komunità  Ewropea 82/
711/EEC, 85/572/EEC u 90/128/EEC.
(7) Il-verifika ta’ osservanza ta’ l-ispecific migration limits
stabbiliti fit-Tielet Skeda ma tkunx obbligatorja, jekk -
- ikun jista’ jiġi stabbilit li l-osservanza ta’ l-overall
migration limit imniżżel fis-sub-regolament (1)
timplika li l-ispecific migration limits ma jkunux ġew
eċċeduti; jew
- jekk ikun jista’ jiġi stabbilit li, jekk wieħed jassumi
migrazzjoni kompleta tas-sustanza residwali fil-
materjal jew oġġett, din ma tkunx tista’ teċċedi l-
ispecific migration limit.
Film ta’ ċelluloża 
riġenerata.
9. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament japplikaw
għal film ta’ ċelluloża riġenerata, li jew -
- ikun jikkostitwixxi prodott lest fih innifsu; jew
- ikun jifforma parti minn prodott lest li jkun fih
materjali oħra,
u li jkun maħsub biex jiġi f’kuntatt ma’ ħwejjeġ ta’ l-ikel, jew li,
minħabba l-iskop tiegħu, jiġi f’dak il-kuntatt.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma japplikawx
għal -
- film ta’ ċelluloża riġenerata li, fuq in-naħa maħsuba
biex tiġi f’kuntatt ma’ ħwejjeġ ta’ l-ikel jew li,
minħabba l-iskopijiet tiegħu, jiġi f’dak il-kuntatt,
ikollu coating ta’ iżjed minn 50mg/dm2;
- casings sintetiċi ta’ ċelluloża riġenerata.
(3) Dawk is-sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi mniżżla fil-
Ħames Skeda biss jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ film ta’
ċelluloża riġenerata u biss taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f’dik l-
6 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
Iskeda:
Iżda sustanzi barra minn dawk imniżżlin fil-Ħames Skeda
jistgħu jintużaw meta dawn is-sustanzi jiġu wżati bħala materja
koloranti (dyes u pigmenti) jew bħala adeżivi, basta li ma jkun
hemm ebda traċċa ta’ migrazzjoni tas-sustanzi fi jew fuq il-ħwejjeġ
ta’ l-ikel, li tkun tista’ tinstab b’metodu validat.
(4) L-uċuħ stampati ta’ film ta’ ċelluloża riġenerata ma
għandhomx jiġu f’kuntatt mal-ħwejjeġ ta’ l-ikel.
Ċeramika. 10. (1) Il-kwantitajiet ta’ ċomb u kadmju trasferiti minn
oġġetti taċ-ċeramika ma għandhomx jeċċedu l-limiti stabbiliti fis-
sub-regolament (3). Dawn il-kwantitajiet għandhom jiġu
determinati bil-metodi stabbiliti fid-Direttiva tal-Komunità
Ewropea 84/500/EEC.
(2) Meta oġġett taċ-ċeramika jkun jikkonsisti f’reċipjent li
jkollu għatu taċ-ċeramika, il-limitu ta’ ċomb u/jew kadmju li ma
jistax jiġi eċċedut (fi mg/dm2 jew mg/l) għandu jkun dak li jkun
japplika għar-reċipjent waħdu. Ir-reċipjent waħdu u l-wiċċ ta’
ġewwa ta’ l-għatu għandhom jiġu ttestjati separatament u taħt l-
istess kondizzjonijiet. Is-somma taż-żewġ livelli ta’ estrazzjoni ta’
ċomb u/jew kadmju hekk miksuba għandha tiġi relatata bħala li
tkun ta’ l-area tal-wiċċ jew il-volum tar-reċipjent waħdu.
(3) Oġġett taċ-ċeramika għandu jiġi rikonoxxut bħala li jkun
jissodisfa l-ħtiġiet ta’ dan ir-regolament jekk il-kwantitajiet ta’
ċomb u/jew kadmju estratti kif deskritt fis-sub-regolamenti
preċedenti ma jkunux jeċċedu dawn il-limiti li ġejjin:
- Kategorija 1: Din il-kategorija tiġbor fiha:
(i) oġġetti li ma jistgħux jimtlew, u
(ii) oġġetti li jistgħu jimtlew, li l-fond intern
tagħhom, imkejjel mill-punt l-aktar baxx sal-
pjan orizzontali li jgħaddi minn max-xifer ta’
fuq, ma jeċċedix 25 mm:
0.8 mg/dm2 għaċ-ċomb
0.07 mg/dm2 għall-kadmju
- Kategorija 2: Kull oġġett ieħor li jista’ jimtela:
4.0 mg/1 għaċ-ċomb
0.3 mg/l għall-kadmju
- Kategorija 3: Din il-kategorija tiġbor fiha:
(i) oġġetti tal-kċina, u
(ii) reċipjenti għall-ippakkjar u ħażna li jkunu
jesgħu iżjed minn tliet litri:
1.5 mg/l għaċ-ċomb 
0.1 mg/l għall-kadmju
Iżda, jekk oġġett taċ-ċeramika jkun jeċċedi l-kwantitajiet
ta’ hawn fuq b’inqas minn 50%, dak l-oġġett għandu madankollu
jiġi rikonoxxut bħala li jkun jissodisfa l-ħtiġiet ta’ dan ir-
regolament, jekk għall-inqas tliet oġġetti oħra ta’ l-istess għamla,
dimensjonijiet, dekorazzjoni u verniċjatura jiġu assoġġettati għal
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 7
test magħmul kif deskritt fil-paragrafi preċedenti, u l-kwantitajiet
medji ta’ ċomb u/jew kadmju estratti minn dawk l-oġġetti ma
jeċċedux il-limiti stabbiliti, b’ebda wieħed minn dawk l-oġġetti ma
jeċċedi dawk il-limiti b’iżjed minn 50%.
Gażażi u soothers.
għandhomx jgħaddu lir-release-test liquid (saliva test solution) taħt
il-kondizzjonijiet speċifikati fid-Direttiva tal-Komunità  Ewropea
93/11/EEC xi N-nitrosamine u xi sustanza N-nitrosatable li jkunu
jistgħu jinstabu b’metodu validat li jista’ jsib dawn il-kwantitajiet
li ġejjin:
- 0.01 mg fit-total ta’ N-nitrosamines rilaxxati għal kull
kilogramm tal-partijiet tal-gażaża jew soother
magħmula mill-elastomer jew lastiku;
- 0.l mg fit-total ta’ sustanzi N-nitrosatable għal kull
kilogramm tal-partijiet tal-gażaża jew soother
magħmula mill-elastomer jew lastiku.
Tħaris ta’ dawn ir-
regolamenti.
12. (1) Ebda persuna ma tista’ timporta, tbiegħ, iżżomm għall-
bejgħ, jew tissupplixxi b’kumpens jew xort’oħra, xi materjal jew
oġġett jew xi ħaġa ta’ l-ikel li tkun ġiet jew tkun f’kuntatt ma’ dak
il-materjal jew oġġett fil-każ il-wieħed u l-ieħor kemm-il darba l-
materjal jew oġġett ma jkunx f’konformità  mad-disposizzjonijiet
ta’ dawn ir-regolamenti.
(2) Ebda persuna ma tista’ timmanifattura xi materjal jew
oġġett jew tqiegħed, tgeżwer jew tippakkja xi ħaġa ta’ l-ikel f’dak
il-materjal jew oġġett li fil-każ il-wieħed u l-ieħor ma jkunx
f’konformità  mad-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (1).
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 5)
Lista ta’ gruppi ta’ materjali u oġġetti
Plastika, inklużi verniċ u coatings
Ċelluloża riġenerata
Elastomers u lastiku
Karta u kartun
Ċeramika
Ħġieġ
Metalli u alloys
Injam, inkluż sufri
Prodotti tessili
Xema’ tal-paraffina u xema’ mikro-kristallina.
8 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 6)
Simbolu li jista’ jakkompanja lill-materjali u oġġetti li jkunu 
maħsubin biex jiġu f’kuntatt ma’ ħwejjeġ ta’ l-ikel
IT-TIELET SKEDA
(Regolamemt 8)
Lista ta’ monomers u starting substances oħra li jistgħu jintużaw 
fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastika
Introduzzjoni ġenerali
Din l-lskeda fiha lista ta’ monomers jew starting substances
oħra. Il-lista tinkludi:
- sustanzi li tkun issirilhom polimerizzazzjoni, li
tinkludi polikondensazzjomi, poliaddizzjoni jew xi
proċess simili ieħor, għall-manifattura ta’
makromolekuli,
- sustanzi makromolekulari naturali jew sintetiċi użati
fil-manifattura ta’ makromolekuli modifikati, jekk il-
monomers jew l-istarting substances l-oħra meħtieġa
biex jissintettizzawhom ma jkunux inklużi fil-lista,
- sustanzi użati biex jimmodifikaw sustanzi
makromolekulari naturali jew sintetiċi eżistenti.
2. Il-lista ma tinkludix il-melħ (inkluż melħ doppju jew melħ
aċidu) ta’ l-aluminju, ammonju, kalċju, ħadid, manjesju, potassju,
sodju u żingu ta’ l-aċidi, phenols jew alkoholi awtorizzati li huma
wkoll awtorizzati. Iżda, ismijiet li jkun fihom "Aċidu(i), melħ ...."
jidhru fil-listi jekk l-aċidu liberu jew aċidi liberi korrispondenti ma
jkunx jew ma jkunux imsemmija. F’każijiet bħal dawn it-tifsira tal-
kelma "melħ" tkun "melħ ta’ l-aluminju, ammonju, kalċju, ħadid,
manjesju, potassju, sodju u żingu".
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 9
3. Il-lista wkoll ma tinkludix dawn is-sustanżi li ġejjin
għalkemm dawn jistgħu ikunu preżenti:
(a) sustanzi li jistgħu jkunu preżenti fil-prodott lest bħal:
- impuritajiet fis-sustanzi użati,
- reaction intermediates,
- prodotti ta’ dekompożizzjoni;
(b) oligomers u sustanzi makromolekulari naturali jew
sintetiċi kif ukoll it-taħlitiet tagħhom, jekk il-
monomers jew starting substances meħtieġa biex
jissintettizzawhom ikunu nklużi fil-lista;
(ċ) taħlitiet tas-sustanzi awtorizzati.
Il-materjali u oġġetti li jkun fihom is-sustanzi indikati taħt
(a), (b) u (ċ) għandhom ikunu f’konformità  mal-ħtiġiet imsemmija
fir-regolament 4.
4. Is-sustanzi għandhom ikunu ta’ kwalità  teknika tajba għal
dawk li huma kriterji ta’ purità .
5. Il-lista fiha din l-informazzjoni li ġejja:
- kolonna 1 (PM/REF No): in-numru ta’ riferenza ta’ l-
EEC tas-sustanzi tal-lista għall-materjal ta’ l-
ippakkjar,
- kolonna 2 (CAS No): in-numru fir-Reġistru tal-CAS
(Chemical Abstracts Service),
- kolonna 3 (Isem): l-isem kimiku,
- kolonna 4 (Restrizzjonijiet).
Dawn ir-restrizzjonijiet fil-kolonna 4 jistgħu jinkludu:
- specific migration limit (SML)
- kwantità  massima permessa tas-sustanza
"residwali" fil-materjal jew oġġett (QM),
- kull restrizzjoni oħra speċifikament imsemmija.
6. Jekk sustanza li tkun tidher fuq il-lista bħala kompost
individwali tkun ukoll koperta b’espressjoni ġenerika, ir-
restrizzjomijiet li jkunu japplikaw għal din is-sustanza għandhom
ikunu dawk indikati għall-kompost individwali.
7. Meta jkun hemm xi inkonsistenza bejn in-numru tal-CAS u
l-isem kimiku, l-isem kimiku għandu jieħu preċedenza fuq in-
numru tal-CAS. Jekk ikun hemm inkonsistenza bejn in-numru tal-
CAS irrapportrat fl-EINECS (il-European Inventory of Existing
Commercial Chemical Substances) u r-Reġistru tal-CAS, għandu
japplika n-numru tal-CAS fir-Reġistru tal-CAS.
8. Fil-kolonna 4 tat-tabella huwa wżat numru ta’
abbrevjazzjonijiet jew espressjonijiet li t-tifsiriet tagħhom huma kif
ġej:
DL = detection limit tal-metodu ta’ analiżi;
FP = materjal jew oġġett lest;
NCO = isocyanate moiety;
10 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
ND = ma jinstabx taħt analiżi;
QM = kwantità  massima permessa tas-sustanza "residwali" fil-
materjal jew oġġett;
QM(T) = kwantità  massima permessa tas-sustanza "residwali"
fil-materjal jew oġġett espressa bħala total tal-moiety jew
sustanza(i) indikati;
SML = specific migration limit fi ħwejjeġ ta’ l-ikel jew
f’simulant ta’ ħwejjeġ ta’ l-ikel, kemm-il darba ma jkunx speċifikat
xort’oħra;
SML(T) = specific migration limit fi ħwejjeġ ta’ l-ikel jew
f’simulant ta’ ħwejjeġ ta’ l-ikel espress bħala total tal-moiety jew
sustanza(i) indikati.
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 11
SEZZJONI A
Lista ta’ Monomers u Starting Substances oħra awtorizzati
12 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 13
14 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 15
16 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 17
SEZZJONI B
Lista ta’ Monomers u Starting Substances oħra li jistgħu ikomplu 
jintużaw pendenti Deċiżjoni fuq Inklużjoni fis-Sezzjoni A
18 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 19
20 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 21
IR-RABA’ SKEDA
(Regolament 8(4))
Lista inizjali ta’ additivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ 
materjali u oġġetti tal-plastika
Introduzzjoni Ġenerali
1. Din l-iskeda fiha l-lista ta’:
(a) sustanzi li huma inkorporati fil-plastika biex jinkiseb
effett tekniku fil-prodott lest. Dawn huma maħsuba
biex ikunu preżenti fl-oġġetti lesti;
(b) sustanzi wżati biex jipprovdu medium adattat li fih
tokkorri l-polimerizzazzjoni (eż. emulsifiers,
surfactants, buffering agents eċċ.).
Il-lista ma tinkludix is-sustanzi li direttament jinfluwenzaw
il-formazzjoni ta’ polymers (eż. is-sistema katalitika).
2. Il-lista ma tinkludix il-melħ (inklużi melħ doppju u melħ
aċidu) ta’ l-aluminju, ammonju, kalċju, ħadid, manjesju, potassju,
sodju u żingu ta’ l-aċidi, phenols jew alkoholi awtorizzati li huma
wkoll awtorizzati. Iżda, ismijiet li flhom "Aċidu(i), melħ ....."
jidhru fil-listi jekk l-aċidu liberu jew aċidi liberi korrispondenti ma
jkunx jew ma jkunux imsemmija. F’dawn il-każijiet it-tifsira tal-
kelma "melħ" hija "melħ ta’ l-aluminju, ammonju, kalċju, ħadid,
manjesju, potassju, sodju u żingu".
3. Il-lista wkoll ma tinkludix dawn is-sustanzi li ġejjin
għalkemm jistgħu jkunu preżenti:
(a) sustanzi li jistgħu jkunu preżenti fil-prodott lest bħala:
- impuritajiet fis-sustanzi wżati;
- reaction intermediates;
- prodotti tad-dekompożizzjoni;
(b) taħlitiet tas-sustanzi awtorizzati.
Il-materjali jew oġġetti li jkun fihom is-sustanzi indikati
taħt (a) u (b) għandhom ikunu skond il-ħtiġiet imsemmija fir-
regolament 4.
4. Is-sustanzi għandhom ikunu ta’ kwalità  teknika tajba għar-
rigward tal-kriterji ta’ purità .
5. Il-lista fiha din l-informazzjoni li ġejja:
- kolonna 1 (PM/REF No): in-numru ta’ riferenza ta’ l-
EEC tas-sustanzi tal-lista għall-materjal ta’ l-
ippakkjar;
- kolonna 2 (CAS No): in-numru tar-Reġistru tal-CAS
(Chemical Abstracts Service);
- kolonna 3 (Isem): l-isem kimiku;
- kolonna 4 (Restrizzjonijiet): Dawn jistgħu jinkludu:
- specific migration limit (SML),
- kwantità  massima permessa tas-sustanza
"residwali" fil-materjal jew oġġett (QM),
22 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
- kull restrizzjoni oħra speċiflkament imsemmija.
6. Jekk sustanza li tidher fuq il-lista bħala kompost
individwali tkun ukoll koperta b’espressjoni ġenerika, ir-
restrizzjonijiet li japplikaw għal dik is-sustanza għandhom ikunu
dawk indikati għall-kompost individwali.
7. Meta jkun hemm xi inkonsistenza bejn in-numru tal-CAS u
l-isem kimiku, l-isem kimiku għandu jieħu preċedenza fuq in-
numru tal-CAS. Jekk ikun hemm xi inkonsistenza bejn in-numru
tal-CAS irrapportat fl-EINECS (il-European Inventory of Existing
Commercial Chemical Substances) u r-Reġistru tal-CAS, in-numru
tal-CAS fir-Reġistru tal-CAS għandu japplika.
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 23
Lista inizjali ta’ additivi
24 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 25
26 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 27
28 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 29
IL-ĦAMES SKEDA
(Regolament 9)
Lista ta’ Sustanzi Awtorizzati fil-Manifattura ta’ Film ta’ Ċelluloża 
Riġenerata
Il-perċentaġġi f’din l-Iskeda, l-ewwel u t-tieni taqsimiet,
huma espressi f’weight/weight (w/w) u huma kkalkolati
b’relazzjoni għall-kwantità  ta’ film ta’ ċelluloża riġenerata anidru
mhux ikkowtjat. Is-sustanzi wżati għandhom ikunu ta’ kwalità
teknika tajba għar-rigward tal-kriterji ta’ purità .
L-EWWEL TAQSIMA
Film ta’ ċelluloża riġenerata mhux ikkowtjat
30 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 31
32 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 33
IT-TlENI TAQSIMA
Film ikkowtjat ta’ ċelluloża riġenerata
34 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.31 35
36 L.S.231.31 ħ
MATERJALI U OĠĠETTI F’KUNTATT MA’ 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
