FDALIJIET FIL-LAĦAM ġ L.S.231.32 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.32
REGOLAMENTI DWAR FDALIJIET FIL-LAĦAM
1 ta’ Ottubru, 1998
L-Avviż Legali 142 ta’ l-1998.
Titolu.
Fdalijiet fil-Laħam.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra-
"annimal mans" tfisser kull annimal ta’ wens fid-dar;
"annimal ta’ l-akwakultura" tfisser ħut, krustaċej jew molluski
ħajjin imrobbija ġewwa fish farm, inklużi dawk li jkunu trabbew
fil-baħar miftuħ iżda li jkunu intiżi għal dak il-farm;
"annimal tar-razzett" tfisser annimal domestiku ta’ l-ispeċi
bovini, majjal, ovini u kaprini, annimali domestiċi b’difer mhux
mifruq, pullam u fniek, annimali salvaġġi ta’ dawk l-ispeċi u
annimali salvaġġi li jixtarru li jkunu trabbew f’maqjel, kif ukoll
dawk l-annimali ta’ l-akwakultura li jintużaw b’mod intensiv;
"bejgħ" tinkludi li toffri, tesponi, tirreklama jew iżżomm għall-
bejgħ u tipprovdi b’korrispettiv jew xort’oħra;
"Direttur" tfisser id-Direttur tas-Servizz Veterinarju;
"kura illegali" tfisser l-użu ta’ sustanzi jew prodotti mhux
awtorizzati, jew l-użu ta’ sustanzi jew prodotti li jiġu biss
awtorizzati taħt kondizzjonijiet speċjali;
"kura terapewtika" tfisser l-għoti, taħt ir-regolament 5, lil xi
annimal tar-razzett sustanza awtorizzata sabiex tiġi ikkurata, wara
li jkun sar eżami minn veterinarju, problema ta’ fertilità , inkluż il-
waqfien ta’ xi tqala mhux mixtieqa, u, fil-każ ta’ beta-agonists,
sabiex tinġieb tocolysis fil-baqar filwaqt tat-twellid ta’ xi għoġol,
sabiex jiġu ikkurati problemi respiratorji, u sabiex tinġieb tocolysis
f’equidae li jkunu qed jitrabbew għal għanijiet speċifiċi li ma
jkunux dawk ta’ produzzjoni tal-laħam;
"kura żooteknika" tfisser l-għoti ta’ xi sustanza -
(a) lil xi annimal tar-razzett, awtorizzata taħt ir-
regolament 6, sabiex jiġi sinkronizzat oestrus, u sabiex
jitħejjew id-donaturi u r-riċevituri għall-impjant ta’
embrijoni, wara li l-annimal ikun ġie eżaminat minn
veterinarju, jew, skond il-proviso li hemm mar-
regolament 6(1), taħt ir-responsabbiltà  tiegħu; u
(b) fil-każ ta’ annimali ta’ l-akwakultura, lil grupp ta’
annimali tat-trobbija għal inverżjoni sesswali b’riċetta
ta’ veterinarju u taħt ir-responsabbiltà  tiegħu;
"veterinarju" tfisser kirurgu veterinarju li jkollu liċenza
għaldaqshekk.
Projbizzjoni ta’ 
prodotti kimiċi.
3. Id-Direttur għandu jipprojbixxi:
2 L.S.231.32 ħ FDALIJIET FIL-LAĦAM
(a) li jitpoġġew fis-suq stilbenes, derivattivi ta’ stilbenes,
l-imluħa u l-esters tagħhom;  sustanzi tirostatiċi; u
chloramphenicol jew xi melħ jew ester tiegħu, għall-
għoti lill-annimali ta’ kull speċi; u
(b) li jitpoġġew fis-suq beta-agonists għall-għoti lill-
annimali li l-laħam u l-prodotti tagħhom huma
maħsuba għall-konsum tal-bniedem u għal għanijiet
oħra li ma jkunux dawk li dwarhom hemm provdut fir-
regolament 5(b).
Aktar 
projbizzjonijiet.
4. Id-Direttur għandu iktar minn hekk jipprojbixxi:
(a) l-għoti lil xi annimal tar-razzett jew ta’ l-akwakultura,
b’kull mezz li jkun, ta’ sustanzi li jkollhom azzjoni
tirostatika, estroġenika, androġenika jew ġestaġenika,
chloramphenicol u beta-agonists;
(b) iż-żamma, ħtif taħt kontroll uffiċjali, ta’ l-annimali
msemmija fil-paragrafu (a) ġewwa fish farm, li
jitpoġġew fis-suq jew jintbagħtu għall-qatla għall-
konsum tal-bniedem, annimali tar-razzett jew ta’ l-
akwakultura li jkollhom ġewwa fihom is-sustanzi
msemmija fil-paragrafu (a) jew li tkun ġiet stabbilita
ġewwa fihom il-preżenza ta’ dawk is-sustanzi, kemm-
il darba ma tingħatax prova li dawk l-annimali jkunu
ġew trattati skond ma hemm fir-regolament 5 jew 6;
(ċ) li jitpoġġew fis-suq għall-konsum tal-bniedem
annimali ta’ l-akwakultura li jkunu ngħatawlhom is-
sustanzi msemmija fil-paragrafu (a), u l-prodotti
proċessati derivati minn dawk l-annimali;
(d) li jitpoġġa fis-suq laħam ta’ l-annimali msemmija fil-
paragrafu (b); u
(e) l-ipproċessar tal-laħam imsemmi fil-paragrafu (d).
Limitazzjonijiet. 5. (1) Minkejja r-regolamenti 3 u 4, id-Direttur jista’
jawtorizza:
(a) l-għoti lil annimali tar-razzett, għal għanijiet
terapewtiċi, ta’ oestradiol 17ß , testasterone,
progesterone u derivattivi li ta’ malajr jirrilaxxaw il-
kompost ewlieni ma’ l-idrolisi wara l-assorbiment
tagħhom mnejn jiġu applikati. Il-prodotti mediċinali
veterinarji li jintużaw għall-kura terapewtika
għandhom jingħataw biss minn veterinarju,
b’injezzjoni jew fil-kura ta’ disfunzjoni ovarja fl-
għamla ta’ spirali vaġinali iżda mhux b’impjant, lil
dawk l-annimali tar-razzett li jkunu ġew identifikati
b’mod ċar. Il-kura ta’ annimali identifikati għandha
tiġi reġistrata mill-veterinarju responsabbli
għaldaqshekk li għandu jirreġistra mill-inqas dawn id-
dettalji li ġejjin f’reġistru:
- l-għamla tal-kura,
- l-għamla tal-prodotti awtorizzati,
- id-data meta tingħata l-kura,
- l-identità  ta’ l-annimali ikkurati,
FDALIJIET FIL-LAĦAM ġ L.S.231.32 3
- l-identità  tal-post fejn ikunu qed jinżammu l-
annimali li jkunu qed jiġu ikkurati.
Ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-awtorità
kompetenti kull meta din titlob biex tarah;
(b) l-għoti għal għanijiet terapewtiċi ta’ prodotti
mediċinali veterinarji awtorizzati li jkun fihom:
(i) allyl trenbolone, li jingħata mill-ħalq, jew beta-
agonists lil equidae u annimali mansi sakemm
dawn jintużaw skond l-avviż tal-manifattur;
(ii) beta-agonists, fl-għamla ta’ injezzjoni sabiex
tinġieb tocolysis fil-baqar filwaqt tat-twellid ta’
xi għoġol:
Iżda dawn is-sustanzi għandhom jingħataw minn
veterinarju jew, fil-każ tal-prodotti mediċinali
veterinarji msemmija fis-subparagrafu (i), taħt ir-
responsabbiltà  diretta tiegħu. Il-kura b’dawk is-
sustanzi għandha tiġi reġistrata mill-veterinarju
responsabbli għaldaqshekk, li għandu mill-inqas
jirreġistra d-dettalji msemmija fil-paragrafu (a).
(2) Il-bdiewa huma projbiti milli jkollhom prodotti mediċinali
veterinarji li jkun fihom beta-agonists li jistgħu jintużaw għal
induction fil-kura ta’ tocolysis:
Iżda, bla ebda preġudizzju għall-proviso li hemm mas-sub-
regolament (1)(b), il-kura terapewtika ta’ annimali għall-
produzzjoni, inklużi annimali tat-trobbija, fl-aħħar tal-ħajja
riproduttiva tagħhom, għandha tkun projbita.
Kura żooteknika.
ebda preġudizzju għar-regolament 3, id-Direttur jista’ jawtorizza l-
għoti lill-annimali tar-razzett bil-għan ta’ kura żooteknika, ta’
dawk il-prodotti mediċinali veterinarji li jkollhom azzjoni
estroġenika, androġenika jew ġestaġenika. Dawk il-prodotti
mediċinali veterinarji għandhom jingħataw minn veterinarju lil
annimali li jkunu identifikati b’mod ċar, u l-kura għandha tiġi
reġistrata mill-veterinarju responsabbli għaldaqshekk skond ir-
regolament 5(a):
Iżda d-Direttur jista’ jippermetti s-sinkronizzazzjoni ta’
oestrus, l-interruzzjoni tat-tqala u t-tħejjija ta’ donaturi u riċevituri
għall-impjant ta’ embrijoni biex dawn ma jsirux direttament mill-
veterinarju, iżda taħt ir-responsabbiltà  tiegħu.
(2) Għar-rigward ta’ annimali ta’ l-akwakultura, il-ħut żgħir
jista’ jiġi ikkurat għall-ewwel tliet xhur għal dik li hi inverżjoni
sesswali bi prodotti mediċinali veterinarji li jkollhom azzjoni
androġena u li jkunu awtorizzati mid-Direttur għal dak l-għan.
(3) Fil-każijiet li hemm provdut dwarhom f’dan ir-regolament,
il-veterinarju għandu joħroġ riċetta li ma tiġġeddidx li tkun
tispeċifika l-kura meħtieġa kif ukoll il-kwantità  meħtieġa tal-
prodott, u għandu jirreġistra dawk il-prodotti li jkunu ġew
preskritti:
Iżda l-kura żooteknika ta’ l-annimali tal-produzzjoni,
4 L.S.231.32 ħ FDALIJIET FIL-LAĦAM
inkluża dik matul iż-żmien ta’ taħxin għal annimali tat-trobbija fi
tmiem il-ħajja riproduttiva tagħhom, għandu jkun projbit.
Prodotti ormoniċi. 7. (a) Mhuwiex awtorizzat l-użu ta’ dawn il-prodotti
ormoniċi li ġejjin:
(i) prodotti li jaġixxu bħala depożitu;
(ii) prodotti b’withdrawal period ta’ iktar minn
ħmistax-il ġurnata wara li tintemm il-kura;
(iii) prodotti -
- li l-kondizzjonijiet ta’ l-użu tagħhom ma
jkunux magħrufin;
- li dwarhom ma jkunux jeżistu reaġenti jew
tagħmir li jikxfu l-preżenza ta’ fdalijiet
f’ammonti ikbar mil-limti permessi fil-każ
ta’ teknikalitajiet analitiċi.
(b) M’huwiex awtorizzat l-użu ta’ prodotti mediċinali
veterinarji li jkun fihom beta-agonists li jkollhom
withdrawal period ta’ iktar minn tmienja u għoxrin
ġurnata wara li tintemm il-kura.
Ħtiġiet 
kummerċjali.
8. (a) Għall-għanijiet ta’ kummerċ, id-Direttur jista’
jawtorizza li jitpoġġew fis-suq dawk l-annimali tat-
trobbija li tkun saritilhom il-kura msemmija fir-
regolamenti 5 u 6, u jista’ jawtorizza t-twaħħil ta’ siġill
veterinarju fuq il-laħam ta’ dawk l-annimali fejn il-
kondizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti 5 u 6 u l-inqas
withdrawal periods stabbiliti fir-regolament 7 taħt il-
paragrafi (a)(ii) jew (b) rispettivament, jew il-
withdrawal periods li hemm provdut dwarhom fl-
awtorizzazzjoni biex jitpoġġew fis-suq, ikunu ġew
imħarsa:
Iżda l-kummerċ fi żwiemel ta’ valur għoli, b’mod
partikolari żwiemel tat-tiġrija, żwiemel tal-
kompetizzjoni, żwiemel taċ-ċirku jew żwiemel
maħsubin għal għanijiet ta’ studju u ta’ esibizzjoni,
inklużi equidae reġistrati li lilhom ikunu ngħataw
prodotti mediċinali veterinarji li jkun fihom allyl
trenbolone jew beta-agonists għall-għanijiet
imsemmija fir-regolament 5, jista’ jsir qabel ma
jintemm il-withdrawal period sakemm ikunu ġew
sodisfatti l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-għoti tal-
mediċinali u sakemm l-għamla u d-data tal-kura
jitniżżlu fuq iċ-ċertifikat jew il-passaport li jkunu
jsieħbu lil dawk l-annimali.
(b) Il-laħam jew il-prodotti ta’ annimali li jkunu
ingħatawlhom sustanzi li għandhom azzjoni
estroġenika, androġenika jew ġestaġenika kif ukoll
beta-agonists, skond id-disposizzjonijiet dispensatorji
ta’ dawn ir-regolamenti, ma jistgħux jitpoġġew fis-suq
għall-konsum tal-bniedem kemm-il darba dawk l-
annimali ma jkunx ġew ikkurati bi prodotti mediċinali
veterinarji li jkunu jaqblu mal-ħtiġiet tar-regolament 7,
u sakemm il-withdrawal period stipulat ikun ġie
FDALIJIET FIL-LAĦAM ġ L.S.231.32 5
mħares qabel ma l-annimali jkunu ġew maqtula.
Verifiki ulterjuri 
mid-Direttur.
9. Id-Direttur għandu jiżgura li -
(a) fil-waqt ta’ l-importazzjoni, manifattura, ħażna,
distribuzzjoni, bejgħ u użu tas-sustanzi msemmija fir-
regolamenti 3 u 4(a), il-pussess tagħhom ikun ristrett
għal persuni awtorizzati;
(b) jsiru verifiki mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr ma
jingħata xi avviż bil-quddiem bil-għan li jiġu aċċertati
fatti li jkollhom x’jaqsmu ma’ -
(i) il-pussess jew il-preżenza ta’ sustanzi jew ta’
prodotti li jkunu projbiti skond ir-regolament 3
li jkunu maħsuba biex jingħataw lill-annimali
bil-għan ta’ taħxin;
(ii) il-kura illegali ta’ l-annimali;
(iii) in-nuqqas ta’ tħaris tal-withdrawal periods hekk
kif provdut dawhom fir-regolament 7;
(iv) in-nuqqas ta’ tħaris tar-restrizzjonijiet ta’ l-użu
ta’ ċerti sustanzi jew prodotti stipulati fir-
regolamenti 5 u 6;
(ċ) isiru testijiet biex tinkixef il-preżenza ta’ -
(i) is-sustanzi msemmija fil-paragrafu (a) fl-
annimali, fl-ilma tax-xorb ta’ l-annimali, u f’kull
post fejn l-annimali jitrabbew jew jinżammu;
(ii) fdalijiet tas-sustanzi hawn aktar qabel
imsemmija f’annimali ħajjin, fil-ħmieġ u fil-
fluwidi li joħorġu minn ġo fihom, u fit-tessuti u
prodotti ta’ l-annimali; u
(d) meta l-verifiki li hemm provdut dwarhom fil-paragrafi
(b) u (ċ) ta’ dan ir-regolament ikunu jikxfu -
(i) il-preżenza ta’ sustanzi jew ta’ prodotti li l-użu
jew il-pussess tagħhom ikun ipprojbit, jew il-
preżenza ta’ fdalijiet ta’ sustanzi li l-għoti
tagħhom hu klassifikat taħt l-intestatura ta’ kura
illegali, dawk is-sustanzi jew prodotti għandhom
jiġu konfiskati, filwaqt li dawk l-annimali li
jkunu ġew ikkurati b’dawk is-sustanzi jew
laħam li jittieħed mill-annimali għandhom
jitqegħdu taħt sorveljanza uffiċjali sakemm
ikunu ngħataw il-pieni meħtieġa;
(ii) fil-każ ta’ nuqqas ta’ tħaris tal-ħtiġiet tal-
paragrafi (b)(ii) u (iii), l-awtorità  kompetenti
għandha tieħu miżuri xierqa li jkunu konsistenti
mal-gravità  tal-kontravvenzjoni.
Dokumentazzjoni 
dwar xiri u bejgħ.
10. Impriżi li jixtru jew jipproduċu sustanzi li jkollhom azzjoni
tirostatika, estroġenika, androġenika jew ġestaġenika u beta-
agonists, impriżi awtorizzati f’kull kapaċità  li jikkummerċjaw
dawk is-sustanzi, u impriżi li jixtru jew jipproduċu prodotti
mediċinali farmaċewtiċi u veterinarji minn dawk is-sustanzi,
jenħtieġu li jżommu reġistri li jkunu juru, f’ordni kronoloġiku,
dawk il-kwantitajiet li jiġu prodotti jew miksubin, u dawk li
6 L.S.231.32 ħ FDALIJIET FIL-LAĦAM
jinbiegħu jew jintużaw għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali
farmaċewtiċi u veterinarji, u l-ismijiet tal-persuni li lilhom ikunu
nbiegħu dawk il-kwantitajiet jew mingħand min dawn ikunu
nxtraw. Dak it-tagħrif għandu jkun disponibbli għad-Direttur jekk u
meta jitolbu u, fil-każ ta’ records li jinżammu bil-kompjuter, dan
għandu jkun disponibbli fil-għamla ta’ print-out.
Ħtiġiet dwar l-
importazzjoni.
11. (a) Dawk il-pajjiżi li l-leġislazzjoni tagħhom tkun
tawtorizza li jitpoġġew fis-suq u jingħataw stilbenes,
derivattivi ta’ stilbenes, l-imluħa u l-esters tagħhom,
sustanzi tirostatiċi jew chloramphenicol, għall-għoti
lill-annimali ta’ kull speċi, m’għandhom ikunu jidhru
fuq ebda lista li tawtorizza l-importazzjoni ta’ annimali
tar-razzett jew ta’ l-akwakultura jew ta’ laħam jew ta’
prodotti miksuba minn dawk l-annimali.
(b) Id-Direttur għandu jipprojbixxi wkoll l-importazzjoni
ta’:
(i) annimali tar-razzett u ta’ l-akwakultura
- li jkunu ngħatawlhom b’kull mod li jkun
prodotti jew sustanzi msemmija fir-
regolament 3(a);
- li jkunu ngħatawlhom sustanzi jew prodotti
msemmija fir-regolament 4(a), kemm-il
darba dawk is-sustanzi jew prodotti ma
jkunx ingħataw li tħaris tad-disposizzjonijiet
u l-ħtiġiet stabbiliti bir-regolamenti 5, 6 u 8,
u ma jkunux ġew osservati l-withdrawal
periods permessi f’rakkomandazzjonijiet
internazzjonali; u
(ii) laħam jew prodotti miksuba minn annimali li l-
importazzjoni tagħhom tkun projbita taħt is-sub-
paragrafu (i).
(ċ) Annimali maħsuba għat-trobbija, annimali tat-trobbija
fi tmiem il-ħajja riproduttiva tagħhom, jew laħam ġej
minnhom, jistgħu jiġu importati minn pajjiżi li jkunu
jipprovdu garanziji mill-anqas ekwivalenti għal dawk
stabbiliti b’dawn ir-regolamenti.
(d) Kull verifika dwar l-importazzjonijiet magħmula
għandha ssir mid-Direttur.
