ITTIKKJETTAR B’TAGĦRIF NUTRITTIV 
GĦALL-ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.35 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.35
REGOLAMENTI DWAR L-ITTIKKJETTAR 
B’TAGĦRIF NUTRITTIV GĦALL-ĦWEJJEĠ
TA’ L-IKEL
1 ta’ Jannar, 1999
L-Avviż Legali 247 ta’ l-1998.
Titolu.
Ittikkettjar b’Tagħrif Nutrittiv għall-Ħwejjeġ ta’ l-Ikel.
Applikabilità  ta’ 
dawn ir-
reglomenti.
2. (1) Dawn ir-regolamenti jirrigwardaw l-ittikkettjar
b’tagħrif nutrittiv ta’ ħwejjeġ ta’ l-ikel intiżi biex jiġu mwassla
hekk kif inhuma lill-konsumatur aħħari. Dawn ir-regolamenti
għandhom japplikaw ukoll għal ħwejjeġ ta’ l-ikel intiżi għal
provvista lil ristoranti, sptarijiet, canteens u caterers oħra simili
tal-massa (hawn aktar ’il quddiem imsejħa "caterers tal-massa").
(2) Dawn ir-regolamenti ma japplikawx għal:
(a) ilma minerali naturali jew xi ilma ieħor intiż għall-
konsum mill-bniedem;
(b) diet integrators u, jew supplementi ta’ l-ikel.
(3) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw mingħajr ebda
preġudizzju għall-provvedimenti dwar l-ittikkettjar li jinsabu f’xi
regolamenti oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ ħwejjeġ ta’ l-ikel
intiżi għal xi użu nutrittiv partikolari.
(4) Bla ħsara għas-sub-regolament (5), l-ittikkettjar b’tagħrif
nutrittiv hu wieħed ta’ opzjoni.
(5) Meta jkun hemm xi stqarrija ta’ vantaġġ nutrittiv li tidher
fuq it-tikketta, fil-preżentazzjoni jew fir-riklamar, bl-eċċezzjoni ta’
riklamar ġeneriku, l-ittikkettjar b’tagħrif nutrittiv ikun wieħed
obbligatorju.
(6) Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw fil-każ ta’
ħwejjeġ ta’ l-ikel mhux ippakkjati minn qabel ippreżentati għall-
bejgħ lill-konsumatur aħħari jew lil caterers tal-massa, u fil-każ ta’
ħwejjeġ ta’ l-ikel ippakkjati fil-post fejn isir il-bejgħ fuq talba tax-
xerrej jew ħwejjeġ ta’ l-ikel ippakkjati minn qabel bil-għan ta’
bejgħ minnufih.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"ittikkettjar b’tagħirif nutrittiv" tfisser kull informazzjoni li
tidher fuq it-tikketta u li għandha x’taqsam ma’ -
(i) valur enerġetiku;
(ii) dawn in-nutrijenti li ġejjin:
- proteina,
- karboidrati,
- xaħam,
- fibra, 
2 L.S.231.35 ħ
ITTIKKJETTAR B’TAGĦRIF NUTRITTIV 
GĦALL-ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
- sodju,
- vitamini u minerali mniżżla fl-Iskeda u li huma
preżentati f’ammonti sinifikattivi kif definit
f’dik l-lskeda;
"karboidrati" tfisser kull karboidrat li huwa metabolizzat fil-
bniedem, u tinkludi polyols;
"mono-unsaturates" tfisser aċidi tax-xaħam b’rabta doppja cis
waħda;
"polyunsaturates" tfisser aċidi tax-xaħam b’rabtiet doppji
interrotti cis, cis-methylene;
"proteina" tfisser il-kontenut ta’ proteina ikkalkolat permezz tal-
formula: proteina = nitroġenu Kjeldahl totali x 6.25;
"saturati" tfisser aċidi tax-xaħam mingħajr rabta doppja;
"stqarrija ta’ vantaġġ nutrittiv" tfisser kull turija jew messaġġ ta’
riklamar li jiddikjara, jissuġġerixxi jew jimplika li xi oġġett ta’ l-
ikel ikollu xi proprjetajiet nutrittivi partikolari minħabba fl-
enerġija (valur kalorifiku) li
- jipprovdi,
- jipprovdi b’rata mnaqqsa jew miżjuda,
- jew ma jipprovdix,
u/jew minħabba fin-nutrijenti li jkun fih,
- jkun fih fi proporzjonijiet imnaqqsa jew miżjuda,
- jew ma jkunx fih:
Iżda referenza għal kwalitajiet jew kwantitajiet ta’
nutrijent ma tikkostitwix stqarrija ta’ vantaġġ nutrittiv sakemm din
tkun meħtieġa b’xi liġi oħra;
"valur medju" tfisser dak il-valur li jirrappreżenta bl-aħjar mod l-
ammont tan-nutrijenti li jkun fih xi ikel partikolari, u li jirrifletti
tollerenza għall-varjabilità  staġjonali, tendenzi ta’ konsum u fatturi
oħra li jistgħu jikkaġunaw varjazzjoni fil-valur attwali;
"xaħam" tfisser lipidi totali, u tinkludi fosfolipidu;
"zokkor" tfisser kull monosaccharide u disaccharide preżenti fl-
ikel, iżda teskludi polyols.
Stqarrijiet ta’ 
vantaġġ nutrittiv 
permessi.
4. L-uniċi stqarrijiet ta’ vantaġġ nutrittiv permessi huma
dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-enerġija, man-nutrijenti
imniżżla fil-paragrafu (ii) tat-tifsira "ittikkettjar b’tagħmir
nutrittiv" fir-regolament 3, u ma’ dawk is-sustanzi li jappartjenu
jew li huma komponenti ta’ xi kategorija ta’ dawk in-nutrijenti.
Tagħrif li għandu 
jingħata.
5. (1) Meta jkun hemm ipprovdut l-ittikkettjar b’tagħrif
nutrittiv, l-informazzjoni li tingħata għandha tkun tikkonsisti f’dak
li hemm jew fi Grupp 1 jew fi Grupp 2 fl-ordni li ġej:
Grupp 1
(a) valur enerġetiku;
(b) l-ammonti ta’ proteina, karboidrati u xaħam;
ITTIKKJETTAR B’TAGĦRIF NUTRITTIV 
GĦALL-ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.35 3
Grupp 2
(a) valur enerġetiku;
(b) l-ammonti ta’ proteina, karboidrati, zokkor, xaħam,
saturati, fibra u sodju.
(2) Meta ssir xi stqarrija ta’ vantaġġ nutrittiv li tkun
tirrigwarda z-zokkor, saturati, fibra jew sodju, l-informazzjoni li
trid tingħata għandha tkun tikkonsisti f’dik li hemm fi Grupp 2.
(3) L-ittikkettjar b’tagħrif nutrittiv jista’ jinkludi wkoll l-
ammonti ta’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
- lamtu,
- polyols,
- mono-unsaturates,
- poly-unsaturates,
- kolesterol,
- xi vitamini jew minerali minn dawk elenkati fl-Iskeda
u li huma preżenti f’ammonti sinifikattivi kif imfissra f’dik l-
Iskeda.
(4) Id-dikjarazzjoni tas-sustanzi li jappartjenu jew li huma
komponenti ta’ xi waħda mill-kategoriji ta’ nutrijenti msemmija
fis-sub-regolamenti (l) u (3) hija obbligatorja kull fejn issir
stqarrija ta’ vantaġġ nutrittiv.
(5) Kull meta jingħata l-ammont ta’ polyunsaturates u, jew ta’
mono-unsaturates u, jew ir-rata ta’ kolesterol, l-ammont ta’ saturati
għandu jingħata wkoll, b’dan illi d-dikjarazzjoni ta’ saturati ma
għandhiex tikkostitwixxi f’dan il-każ stqarrija ta’ vantaġġ nutrittiv
skond it-tifsira mogħtija fis-sub-regolament (2).
Valuri enerġetiċi.
kalkolat billi jintużaw dawn il-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin:
- karboidrati (ħlief polyols) 4.0 kcal/g 17 kJ/g
- polyols 2.4 kcal/g 10 kJ/g
- proteina 4.0 kcal/g 17 kJ/g
- xaħam 9.0 kcal/g 37 kJ/g
- alkohol (ethanol) 7.0 kcal/g 29 kJ/g
- aċidu organiku 3.0 kcal/g 13 kJ/g.
Metodu ta’ 
dikjarazzjoni.
7. (1) Id-dikjarazzjoni tal-valur enerġetiku u tal-proporzjon
tan-nutrijenti jew tal-komponenti tagħhom għandha tkun waħda
numerika. Il-units li għandhom jintużaw huma dawn li ġejjin:
- enerġija  kJ u kcal
- proteina grammi (g)
- karboidrati grammi (g)
- xaħam grammi (g)
- fibra grammi (g)
- sodju grammi (g)
4 L.S.231.35 ħ
ITTIKKJETTAR B’TAGĦRIF NUTRITTIV 
GĦALL-ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
- kolesterol milligrammi (mg)
- vitamini u minerali il-units speċifkati fl-Iskeda.
(2) L-informazzjoni għandha tiġi espressa għal kull 100g jew
għal kull 100ml. B’żieda, din l-informazzjoni tista’ tingħata għal
kull porzjon li jiġi servut kif ikkwantifikat fuq it-tikketta jew għal
kull porzjon provdut fil-pakkett, sakemm ikun ġie dikjarat x’ikun l-
għadd ta’ porzjonijiet fil-pakkett.
(3) L-ammonti msemmija għandhom ikunu dawk ta’ l-ikel kif
mibjugħ. Fejn ikun xieraq, din l-informazzjoni jista’ jkollha
x’taqsam ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel wara li dan ikun ġie preparat,
kemm-il darba jingħataw istruzzjonijiet dwar il-preparazzjoni
tiegħu li jkunu dettaljati biżżejjed u dik l-informazzjoni jkollha
x’taqsam ma’ l-ikel kif ikun ġie preparat għall-konsum.
(4) L-informazzjoni dwar vitamini u minerali għandha tiġi
espressa wkoll bħala perċentwali ta’  l-ammont rakkomandat ta’
kuljum (RDA) mogħti fl-Iskeda għall-ammonti kif speċifikat fir-
regolament 7(2). Il-perċentwali ta’ l-ammont rakkomandat ta’
kuljum (RDA) għall-vitamini u minerali jista’ jingħata f’għamla
grafika.
(5) Meta ssir dikjarazzjoni rigward iz-zokkor u, jew polyols u,
jew lamtu, dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi minnufih wara d-
dikjarazzjoni tal-kontenut ta’ karboidrati bil-mod kif ġej:
- karboidrati g
li minnhom:
- zokkor g
- polyols g
- lamtu g.
(6) Meta ssir dikjarazzjoni rigward l-ammont u, jew it-tip ta’
aċidu tax-xaħam u, jew ir-rata tal-kolesterol, dik id-dikjarazzjoni
għandha tiġi minnufih wara d-dikjarazzjoni tax-xaħam totali bil-
mod kif ġej:
- xaħam g
li minnu:
- saturati g
- mono-unsaturates g
- polyunsaturates g
- kolesterol mg.
(7) Il-valuri dikjarati għandhom ikunu, skond il-każ
individwali, valuri medji bażati fuq:
(a) l-analiżi ta’ l-ikel magħmula mill-manifattur;
(b) kalkolu li joħroġ mill-valuri medji magħrufa jew
attwali ta’ l-ingredjenti wżati;
(ċ) kalkolu li joħroġ minn tagħrif ġeneralment stabbilit u
aċċettat.
ITTIKKJETTAR B’TAGĦRIF NUTRITTIV 
GĦALL-ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.35 5
(8) L-informazzjoni koperta minn dawn ir-regolamenti
għandha tiġi preżentata flimkien f’post wieħed f’għamla ta’ tabella
bin-numri allinejati flimkien jekk l-ispazju jkun jippermetti. Meta
l-ispazju ma jkunx jippermetti, l-informazzjoni għandha tingħata
f’għamla linejari. L-informazzjoni ġħandha tkun stampata
b’karattri li jinqraw sew u li ma jitħassrux f’post fejn tkun tidher
sew.
(9) L-informazzjoni meħtieġa b’dawn ir-regolamenti għandha
tidher f’ta’ lanqas wieħed jew aktar mill-ilsna li ġejjin:
- Malti
- Ingliż
- Taljan.
Dan il-provvediment m’għandux iwaqqaf milli din l-
informazzjoni tingħata wkoll f’ilsna oħra.
SKEDA
(Regolament 3)
Vitamini u Minerali li jistgħu jiġu dikjarati u l-Ammonti 
Rakkomandati ta’ Kuljum tagħhom (RDAs)
 Vitamina A, µ g 800
Vitamina D, µ g 5
Vitamina E, mg 10
Vitamina C, mg 60
Thiamine, mg 1.4
Riboflavine, mg 1.6
Niacin, mg 18
Vitamin B6, mg 2
Folacin, µ g 200
Vitamina B12, µ g 1
Biotin, mg 0.15
Aċidu Pantoteniku, mg 6
Kalċju, mg 800
Fosfru, mg 800
Ħadid, mg 14
Magneżju, mg 300
Żingu, mg 15
Jodju, µ g 150
Bħala regola, 15% ta’ l-ammont rakkomandat ta’ kuljum kif
speċifikat f’din l-Iskeda u li hu pprovdut minn 100 g jew 100 ml
6 L.S.231.35 ħ
ITTIKKJETTAR B’TAGĦRIF NUTRITTIV 
GĦALL-ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
jew minn kull pakkett jekk dak il-pakkett ikun fih biss porzjon
wieħed, għandu jkun il-perċentwali li jiġi kunsidrat biex jiġi
stabbilit x’jikkostitwixxi ammont sinifikattiv.
