﻿FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT ġL.S.231.36 1 
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.36 
REGOLAMENTI DWAR FORMULI GĦAT-TRABI U 
FORMULI TA’ PROSEGWIMENT 
1 ta’ Awissu, 2002 
L-Avviż Legali 208 ta’ l-2002. 
Titolu. 1. It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar 
Formuli għat-Trabi u Formuli ta’ Prosegwiment. 
Applikabilità ta’ 
dawn irreglomenti. 
21. Dawn ir-regolamenti għandhom x’jaqsmu ma’ ħtiġiet ta’ 
kompożizzjoni u twaħħil ta’ tikketti għal formuli għat-trabi u 
formuli ta’ prosegwiment maħsubin biex jintużaw minn trabi 
f’saħħithom. 
Tifsir. 3.1 F’dawn ir-regolamenti, kemm il-darba ir-rabta tal-kliem 
ma titlobx xort’ oħra: 
(a) "trabi" tfisser tfal taħt it-12-il xahar; 
(b) "tfal żgħar" tfisser tfal bejn is-sena u t-tliet snin; 
(ċ) "formuli għal trabi" tfisser oġġetti ta’ l-ikel maħsubin 
għal użu nutrittiv partikolari minn trabi tul l-ewwel 
erba’ sa sitt xhur tal-ħajja u li waħedhom jissodisfaw 
il-ħtiġiet nutrittivi ta’ din il-kategorija ta’ persuni; 
(d) "formuli ta’ prosegwiment" tfisser oġġetti ta’ l-ikel 
maħsubin għal użu nutrittiv partikolari minn trabi ’l 
fuq minn erba’ xhur u li jikkostitwixxu l-element 
likwidu prinċipali f’dieta progressivament 
diversifikata ta’ din il-kategorija ta’ persuni; 
(e) "fdalijiet ta’ pestiċidi" tfisser il-fdalijiet f’formuli 
għat-trabi u formuli ta’ prosegwiment ta’ prodott li 
jintuża fil-protezzjoni ta’ impjant kif definit f’punt 1 
ta’ l-artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/EEC*, 
inklużi l-metaboliti tagħhom u prodotti li jirriżultaw 
mid-degradazzjoni jew reazzjoni tagħhom. 
Bejgħ ta’ formuli 
għat-trabi u 
formuli ta’ 
prosegwiment. 
4.1 Ebda persuna ma tista’ tqiegħed fis-suq xi formula għattrabi 
jew formula ta’ prosegwiment li ma tikkonformax mal-ħtiġiet 
ta’ dawn ir-regolamenti. 
4.2 Ebda prodott ħlief formula għat-trabi ma jista’ jitqiegħed 
fis-suq jew ikun ippreżentat b’xi mod ieħor bħala adatt biex waħdu 
jissodisfa l-ħtiġiet nutrittivi ta’ trabi normalment b’saħħithom tul lewwel 
erba’ sa sitt xhur tal-ħajja. 
Manifattura ta’ 
formuli għat-trabi 
u formuli ta’ 
prosegwiment. 
5.1 Il-formuli għat-trabi għandhom ikunu manifatturati minn 
sorsi ta’ proteini definiti fl-Iskedi u ingredjenti ta’ l-ikel oħrajn, 
skond il-każ, li l-idoneità tagħhom għal użu nutrittiv partikolari 
minn trabi sa mit-twelid kien stabbilit minn informazzjoni 
xjentifika aċċettata b’mod ġenerali. 
5.2 Il-formuli ta’ prosegwiment għandhom ikunu manifatturati 
*O.J L230, 19.8.1991, p.1.

2 L.S.231.36ħ 
FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT 
minn sorsi ta’ proteini definiti fl-Iskedi u ingredjenti ta’ l-ikel 
oħrajn, skond il-każ, li l-idoneità tagħhom għal użu nutrittiv 
partikolari minn trabi minn erba’ xhur ’il fuq kienet stabbilita minn 
informazzjoni xjentifika aċċettata b’mod ġenerali. 
5.3 Il-projbizzjonijiet u l-limitazzjonijiet fl-użu ta’ ingredjenti 
ta’ ikel imniżżlin fl-Ewwel u t-Tieni Skedi, għandhom ikunu 
osservati. 
Kriterji ta’ 
kompożizzjoni. 6.1 Il-formuli għat-trabi għandhom jikkonformaw mal-kriterji 
ta’ kompożizzjoni speċifikati fl-Ewwel Skeda. 
6.2 Il-formuli ta’ presegwiment għandhom jikkonformaw malkriterji 
ta’ kompożizzjoni speċifikati fit-Tieni Skeda. 
6.3 Biex formuli għal trabi u formuli ta’ prosegwiment ikunu 
lesti biex jintużaw, m’għandu jinħtieġ xejn aktar, skond il-każ, 
ħlief li jiżdidilhom l-ilma. 
6.4 Is-sustanzi biss li huma elenkati fit-Tielet Skeda jistgħu 
jintużaw fil-manifattura ta’ formuli għat-trabi u formuli ta’ 
prosegwiment biex jissodisfaw il-ħtiġiet dwar: 
- sustanzi minerali, 
- vitamini, 
- aċidi aminiċi u komposti tan-nitroġenu oħra, 
- sustanzi oħra li għandhom skop nutrittiv partikolari. 
6.5 Formuli għat-trabi u formuli ta’ prosegwiment m’għandux 
ikollhom xi sustanza fi kwantità tali li tista’ tqiegħed fil-periklu ssaħħ
a tat-trabi u ta’ tfal żgħar. 
6.6 Formuli għal trabi u formuli ta’ prosegwiment m’għandux 
ikollhom fdalijiet ta’ pestiċidi individwali f’livelli li jaqbżu 0.01 
mg/kg tal-prodott kif propost lest għall-konsum jew kif rikostitwit 
skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur. 
6.7 Metodi analitiċi biex jiddeterminaw il-livelli ta’ fdalijiet 
ta’ pestiċidi għandhom ikunu metodi standardizzati aċċettati b’mod 
ġenerali. 
Twaħħil ta’ 
tokketti u 
preżentazzjoni ta’ 
formuli għat-trabi 
u formuli ta’ 
prosegwiment. 
7.1 L-isem li bih il-prodotti koperti bir-regolament 3.1(ċ) u (d) 
jinbiegħu għandhom ikunu, rispettivament: 
- "formula għat-trabi"' u "formula ta’ presegwiment". 
Iżda, l-isem ta’ prodotti manifatturati għalkollox minn 
proteini ġejjin mill-ħalib tal-baqra, għandu rispettivament ikun: 
"ħalib tat-trabi" u "ħalib ta’ prosegwiment". 
L.S.231.27 
7.2 It-tikketti għandu jkollhom fuqhom, minbarra dawk li 
hemm provduti dwarhom fir-Regolamenti dwar it-Twaħħil ta’ 
Tikketti u Preżentazzjoni ta’ Oġġetti ta’ l-Ikel, il-partikolaritajiet 
mandatarji li ġejjin bil-Malti u/jew bl-Ingliż: 
(a) fil-każ ta’ formuli għal trabi, dikjarazzjoni li tgħid li lprodott 
ikun adatt għal użu nutrittiv partikolari minn 
trabi mit-twelid meta ma jitreddgħux; 
(b) fil-każ ta’ formuli ta’ prosegwiment li ma jkunx fihom 
ħadid miżjud, dikjarazzjoni li tkun tgħid li, meta l

FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT ġL.S.231.36 3 
prodott jingħata lil trabi ’l fuq minn erba’ xhur, il- 
ħtiġiet totali tagħhom ta’ ħadid għandhom jiġu suppliti 
minn sorsi addizzjonali; 
(ċ) fil-każ ta’ formuli ta’ prosegwiment, dikjarazzjoni li 
tkun tgħid li l-prodott hu adatt biss għat-trabi ’l fuq 
minn erba’ xhur, li għandu jifforma biss parti minn 
dieta diversifikata u li m’għandux jintuża bħala 
sostitut għall-ħalib tas-sider tul l-ewwel erba’ xhur tal- 
ħajja; 
(d) fil-każ ta’ formuli għal trabi u formuli ta’ 
prosegwiment, il-valur ta’ enerġija li disponibbli, 
espress f’kJ u kcal, u l-kontenut ta’ proteini, 
karboidrati u lipidi, espressi f’forma numerika, għal 
kull 100 ml tal-prodott lest biex jintuża; 
(e) fil-każ ta’ formuli għat-trabi u formuli ta’ 
prosegwiment, il-kwantità medja ta’ kull sustanza 
minerali u ta’ kull vitamina msemmijin fl-Ewwel u t- 
Tieni Skedi rispettivament, u fejn dan japplika, ta’ 
kolina, inositol, karnitina u tawrina, espressi f’forma 
numerika, kull 100 ml tal-prodott lest biex jintuża; 
(f) fil-każ ta’ formuli għat-trabi u formuli ta’ 
prosegwiment, struzzjonijiet għall-preparazzjoni kif 
suppost tal-prodott u twissija kontra l-perikli għassaħħ
a jekk ma jkunx hemm preparazzjoni kif suppost. 
7.3 It-tikketta tista’ ġġib fuqha: 
(a) il-kwantità medja ta’ nutrienti msemmija fit-Tielet 
Skeda meta din id-dikjarazzjoni ma tkunx koperta 
mid-disposizzjonijiet tar-regolament 7.2(e), espressi 
f’forma numerika, kull 100 ml tal-prodott lest biex 
jintuża; 
(b) fil-każ ta’ formuli ta’ prosegwiment, minbarra 
informazzjoni numerika, informazzjoni fuq vitamini u 
minerali inklużi fit-Tmien Skeda, espressi bħala 
perċentwali tal-valuri ta’ referenza mogħtija 
hemmhekk, għal kull 100 ml tal-prodott lest biex 
jintuża, sakemm il-kwantitajiet preżenti jkunu millinqas 
ugwali għal 15 fil-mija tal-valuri ta’ referenza. 
7.4 It-tikketti fuq formuli għat-trabi u formuli ta’ 
prosegwiment għandhom ikunu ddisinjati biex jagħtu linformazzjoni 
meħtieġa fuq l-użu kif suppost tal-prodotti u biex ma 
jiskoraġġux it-treddigħ. L-użu ta’ frażijiet "umanizzat", 
"maternalizzat", u termini simili hu pprojbit. It-terminu "adattat" 
jista’ jintuża biss f’konformità mar-regolament 7.7 u ma’ punt 1 
tar-Raba’ Skeda. 
7.5 It-tikketti fuq formuli għal trabi għandu jkollhom fuqhom 
ukoll il-partikolaritajiet mandatorji li ġejjin, li qabilhom ikun 
hemm il-kliem "Nota Importanti" jew l-ekwivalenti tagħhom: 
(a) dikjarazzjoni dwar kemm hu aħjar it-treddigħ; 
(b) dikjarazzjoni li tirrakkomanda li l-prodott jintuża biss 
fuq parir ta’ persuni indipendenti li jkollhom kwalifika

4 L.S.231.36ħ 
FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT 
fil-mediċina, nutriment jew fil-farmaċija, jew nies 
professjonali oħra responsabbli għall-kura ta’ lommijiet 
u tat-tfal. 
7.6 It-tikketti fuq formuli għat-trabi m’għandux ikollhom 
fuqhom stampi ta’ trabi, lanqas ma jistgħu jinkludu stampi oħra jew 
kitba li jistgħu jidealizzaw l-użu tal-prodott. Jista’ madankollu 
jkollhom rappreżentazzjonijiet grafiċi biex il-prodott ikun 
identifikat faċilment u biex jintwerew il-metodi ta’ preparazzjoni. 
7.7 It-tikketti jista’ jkollhom fuqhom kitbiet dwar ilkompoż
izzjoni speċjali ta’ formula għat-trabi fil-każijiet biss li 
huma elenkati fir-Raba’ Skeda u skond il-kondizzjonijiet imniżżlin 
hemmhekk. 
7.8 Il-ħtiġiet, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet li hemm 
imsemmija fir-regolamenti 7.4, 7.5, 7.6 u 7.7 għandhom japplikaw 
ukoll: 
(a) għall-preżentazzjoni tal-prodotti inkwistjoni, b’mod 
partikolari l-forma, d-dehra jew ippakkjar tagħhom, ilmaterjal 
użat għall-ippakkjar, il-mod kif inhuma 
rranġati u l-ambjent kif jiġu esposti għall-pubbliku; 
(b) għar-reklamar. 
Esportazzjoni ta’ 
formuli għat-trabi 
u ta’ formuli ta’ 
prosegwiment. 
8.1 Formuli għal trabi u formuli ta’ prosegwiment jistgħu 
jkunu esportati minn Malta biss jekk jikkonformaw ma’: 
(a) regolament 4.2, regolament 5 u regolament 6 jew ma’ 
standards rilevanti applikabbli mad-dinja u stabbiliti 
mill-Codex Alimentarius; 
(b) regolamenti 7.2 sa 7.7, sakemm il-ħtiġiet tal-lingwa 
tal-pajjiż importatur ikunu japplikaw flok iddisposizzjonijiet 
rilevanti tar-regolament 7.2 fil-każ 
ta’ formuli għat-trabi u formuli ta’ prosegwiment 
maħsubin esklużivament għall-esportazzjoni; 
L.S.231.27 (ċ) id-disposizzjonijiet5 tar-regolament 16 tar- 
Regolamenti dwar Twaħħil ta’ Tikketti, Preżentazzjoni 
u Reklamar ta’ Oġġetti ta’ l-Ikel, sakemm ma jintalabx 
jew m’hux stipulat mod ieħor bi provvedimenti 
stabbiliti mill-pajjiż importatur. 
8.2 Formuli għat-trabi u formuli ta’ prosegwiment maħsuba 
għall-esportazzjoni minn Malta għandu jkollhom tikketta f’ilsien 
adatt u jsiru b’mod li jkun evitat kull riskju ta’ taħwid bejn formuli 
għat-trabi u formuli ta’ prosegwiment. 
8.3 Il-ħtiġiet, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet stipulati firregolamenti 
7.2 sa 7.7 għandhom japplikaw ukoll għallpreż
entazzjoni tal-prodotti inkwistjoni u b’mod partikolari għallforma, 
d-dehra jew l-ippakkjar tagħhom u għall-materjal ta’ 
ppakkjar użat.

FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT ġL.S.231.36 5 
L-EWWEL SKEDA 
Kompożizzjoni Essenzjali ta’ Formuli għat-Trabi meta rikostitwiti 
skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur 
NB: Il-valuri jirreferu għall-prodott lest biex jintuża. 
1. Enerġija 
Minimu Massimu 
250 kJ/ 100 ml 315 kJ/ 100 ml 
(60 kcal/100 ml) (75 kcal/100 ml) 
2. Proteini 
(Kontenut ta’ proteini = kontenut ta’ nitroġenu x 6.38) fil-każ ta’ 
proteini tal-ħalib tal-baqar. 
(Kontenut ta’ proteini = kontenut ta’ nitroġenu x 6.25) fil-każ ta’ 
iżolati ta’ proteini tas-soja u idrolisati parzjali ta’ proteini. 
L-"indiċi kimiku" għandu jfisser l-inqas mill-proporzjonijiet bejn 
il-kwantità ta’ kull aċidu aminiku essenzjali tal-proteina użata fittest 
u l-kwantità ta’ kull aċidu aminiku korrispondenti tal-proteina 
li dwarha ssir referenza. 
2.1 Formuli manifatturati minn proteini tal-ħalib tal-baqar 
Minimu Massimu 
0.45 g/100 kJ 0 .7 g/100 kJ 
(1.8 g/100 kcal) (3 g/100 kcal) 
Biex jintlaħaq valur ta’ enerġija ugwali, il-formula għandu 
jkollha kwantità disponibbli ta’ kull aċidu aminiku essenzjali u 
semi-essenzjali mill-inqas ugwali għal dak li jinsab fil-proteina li 
għaliha ssir referenza (ħalib tas-sider, kif definit fil-Ħames Skeda); 
madankollu, għal skopijiet ta’ kalkolu, il-konċentrazzjoni ta’ 
metionina u ċistina tista’ tingħad flimkien. 
2.2 Formuli manifatturati minn idrolisati parzjali ta’ proteini 
Minimu Massimu 
0.56 g/100 kJ 0.7 g/100 kJ 
(2.25 g/100 kcal) (3 g/100 kcal) 
Biex jintlaħaq valur ta’ enerġija ugwali, il-formula għandu 
jkollha kwantità disponibbli ta’ kull aċidu aminiku essenzjali u 
semi-essenzjali mill-inqas ugwali għal dak li jinsab fil-proteina li 
għaliha ssir referenza (ħalib tas-sider, kif definit fil-Ħames Skeda); 
madankollu, għal skopijiet ta’ kalkolu, il-konċentrazzjoni ta’ 
metionina u ċistina tista’ tingħad flimkien. 
Il-proporzjon ta’ effiċjenza tal-proteina (PER) u l-utilizzazzjoni 
netta ta’ proteina (NPU) għandhom mill-inqas ikunu ugwali għal 
dawk tal-kaseina. 
Il-kontenut ta’ tawrina għandu jkun ugwali għal mill-inqas 10 
µmoles/100 kJ (42 µmoles/100 kcal) u l-kontenut ta’ L-karnitina 
għandu jkun ugwali għal mill-inqas 1.8 µmoles/100 kJ (7.5 µmoles/ 
100 kcal).

6 L.S.231.36ħ 
FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT 
2.3 Formuli manifatturati minn iżolati ta’ proteina tas-soja, 
waħedhom jew imġħlltin ma’ proteini tal-ħalib tal-baqar 
Minimu Massimu 
0 .56 g/100 kJ 0.7 g/100 kJ 
(2.56 g/100 kcal) (3 g/100 kcal) 
Fil-manifattura ta’ dawn il-formuli għandhom jintużaw biss 
iżolati ta’ proteini tas-soja. 
L-indiċi kimiku għandu jkun ugwali għal mill-inqas 80% ta’ dak 
tal-proteina li għaliha ssir referenza (ħalib tas-sider, kif definit fis- 
Sitt Skeda). 
Biex jintlaħaq valur ta’ enerġija ugwali, il-formula għandu 
jkollha kwantità disponibbli ta’ metionina mill-inqas ugwali għal 
dak li jinsab fil-proteina li għaliha ssir referenza (ħalib tas-sider, 
kif definit fil-Ħames Skeda). 
Il-kontenut ta’ L-karnitina għandu jkun mill-inqas ugwali għal 
l.8 µmoles/100 kJ (7.5 µmoles/100 kcal). 
2.4 Fil-każijiet kollha, iż-żjieda ta’ aċidi amminiċi hija 
permessa biss biex ittejjeb il-valur nutrittiv tal-proteini, u biss filproporzjonijiet 
meħtieġa għal dak l-iskop. 
3. Lipidi 
Minimu Massimu 
1.05 g/100 kJ 1.5 g/100 kJ 
(4.4 g/100 kcal) (6.5 g/100 kcal) 
3.1 L-użu tas-sustanzi li ġejjin hu pprojbit: 
- żejt taż-żerriegħa tal-ġulġlien, 
- żejt taż-żerriegħa tal-qoton. 
3.2 Aċidu lawriku 
Minimu Massimu 
- 15% tal-kontenut ta’ xaħam totali 
3.3 Aċidu miristiku 
Minimu Massimu 
- 15% tal-kontenut ta’ xaħam totali 
3.4 Aċidu linolejku (f’forma ta’ gliċeridi = linoleati) 
Minimu Massimu 
70 mg/100 kJ (285 mg/100 kJ) 
300 mg/100 kcal (1200 mg/100 kcal) 
3.5 Il-kontenut ta’ aċidu alfa-linolejku ma għandux ikun inqas 
minn 12 mg/100 kJ (50 mg/100 kcal). Il-proporzjon bejn l-aċidu 
linolejku u l-aċidu alfa-linolejku ma għandu la jkun inqas minn 5 u 
lanqas ogħla minn 15. 
3.6 Il-kontenut ta’ aċidi trans-xaħmin ma għandux jaqbeż 4% 
tal-kontenut ta’ xaħam totali.

FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT ġL.S.231.36 7 
3 .7 Il-kontenut ta’ aċidu eruċiku ma għandux jaqbeż 1% talkontenut 
ta’ xaħam totali. 
3.8 Aċidi xaħmin polyunsaturated (LCP) li għandhom katina 
twila ta’ atomi (20 u 22 atomi tal-karbonju) jistgħu jingħaddu. 
F’dak il-każ il-kontenut tagħhom ma għandux jaqbeż: 
- 1% tal-kontenut ta’ xaħam totali fil-każ ta’ n-3 LCP u 
- 2% tal-kontenut ta’ xaħam totali fil-każ ta’ n-6 LCP 
(1% tal-kontenut ta’ xaħam totali fil-każ ta’ aċidu 
arakidoniku) 
- il-kontenut ta’ aċidu ejkosapentenojku (20:5 n-3) ma 
għandux jaqbeż dak tal-kontenut ta’ aċidu 
dokosaħessenojku (22:6 n-3). 
4. Karboidrati 
Minimu Massimu 
1.7 g/100 kJ (3.4 g/100 kJ) 
7 g/100 kcal (14 g/100 kcal) 
4.1 Il-karboidrati li ġejjin biss jistgħu jintużaw: 
- lattosju, 
- maltosju, 
- zokkor tal-kannamieli, 
- maltodestrini, 
- xropp tal-glukożju jew xropp tal-glukożju mnixxef, 
- lamtu msajjar minn qabel (ħieles mill-glutina b’mod 
naturali), 
- lamtu bil-ġelatina (ħieles mill-glutina b’mod naturali). 
4.2 Lattosju 
Minimu Massimu 
0.85 g/100 kJ - 
(3.86 g/100 kcal) - 
Din id-disposizzjoni ma tapplikax għal formuli li fihom proteini 
tas-soja jirrappreżentaw aktar minn 50% mill-kontenut ta’ proteina 
totali. 
4.3 Zokkor tal-kannamieli 
Minimu Massimu 
- 20% tal-kontenut ta’ 
karboidrati totali. 
4.4 Lamtu msajjar minn qabel u/jew lamtu bil-ġelatina 
Minimu Massimu 
- 2g/100 ml, u 30% tal-kontenut 
ta’ karboidrati totali 
5. Sustanzi minerali

8 L.S.231.36ħ 
FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT 
5.1 Formuli manifatturati minn proteini tal-ħalib tal-baqar 
5.2 Formuli manifatturati minn proteini tas-soja, waħedhom 
jew imħalltin ma’ proteini tal-ħalib tal-baqar 
Il-ħtiġiet kollha tal-paragrafu 5.1 huma applikabbli minbarra 
dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ ħadid u ż-żingu, li huma kif ġej: 
6. Vitamini 
kull 100kJ kull 100 kcal 
Minimu Massimu Minimu Massimu 
Sodju (mg) 5 14 20 60 
Potassju (mg) 15 35 60 145 
Klorur (mg) 12 29 50 125 
Kalċju (mg) 12 - 50 - 
Fosfru (mg) 6 22 25 90 
Magnesju (mg) 1.2 3.6 5 15 
Ħadid (mg)1 0.12 0.36 0.5 1.5 
Żingu (mg) 0.12 0.36 0.5 1.5 
Ram (µg) 4.8 19 20 80 
Jodju (µg) 1.2 - 5 - 
Selenju (µg)2 - 0.7 - 3 
Il-proporzjon bejn kalċju u fosfru ma għandux ikun la inqas minn 
1.2 u lanqas ogħla minn 2.0. 
1 Limitu applikabbli għal formuli b’ħadid miżjud. 
2 Limitu applikabbli għal formuli b’selenju miżjud. 
kull 100kJ kull 100 kcal 
Minimu Massimu Minimu Massimu 
Ħadid (mg) 0.25 0.5 1 2 
Żingu (mg) 0.18 0.6 0.75 2.4 
kull 100kJ kull 100 kcal 
Minimu Massimu Minimu Massimu 
Vitamina A (µg-RE)3 14 43 60 180 
Vitamina D (µg)4 0.25 0.65 1 2.5 
Tiamina (µg) 10 - 40 - 
Riboflavin (µg) 14 - 60 - 
Niaċin (mg-NE)5 0.2 - 0.8 - 
Aċidu pantoteniku (µg) 70 - 300 - 
Vitamina B6 (µg) 9 - 35 - 
Biotin (µg) 0.4 - 1.5 - 
Aċidu foliku (µg) 1 - 4 - 
Vitamina B 12 (µg) 0.025 - 0.1 - 
Vitamina C (µg) 1.9 - 8 - 
Vitamina K (µg) 1 - 4 -

FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT ġL.S.231.36 9 
7. Jistgħu jiżdiedu n-nukleotidi li ġejjin: 
Vitamina E (mg µ-TE)6 0.5 g ta’ 
aċidi 
xaħmin 
polyunsaturated 
espressi 
bħala aċidu 
linolejku 
imma f’ebda 
każ inqas 
minn 0.1 mg 
għal kull 
100 kJ 
disponibbli 
0.5 g ta’ 
aċidi 
xaħmin 
polyunsaturated 
espressi 
bħala aċidu 
linolejku 
imma f’ebda 
każ inqas 
minn 0.1 mg 
għal kull 
100 kJ 
disponibbli 
3 RE = kull ekwivalenti ta’ trans retinol. 
4 F’forma ta’ kolekalċiferol, li minnu 10 µg = 400 i.u. ta’ vitamina D. 
5 NE = niaċin ekwivalenti = mg aċidu nikotiniku + mg tryptophan/60. 
6 µ-TE = d-µ-tokoferol ekwivalenti. 
Massimu7 
(mg/100 kJ) (mg/100 kcal) 
Ċitidina 5’-monofosfat 0.60 2.50 
Uridina 5’-monofosfat 0.42 1.75 
Adenosina 5’-monofosfat 0.36 1.50 
Gwanosina 5’-monofosfat 0.12 0.50 
Inosina 5’-monofosfat 0.24 1.00 
7 Il-konċentrazzjoni totali ta’ nuklejotidi ma għandiex taqbeż il-1.2 mg/100 kJ 
(5 mg/100 kcal).

10 L.S.231.36ħ 
FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT 
IT-TIENI SKEDA 
Kompożizzjoni Essenzjali ta’ Formuli ta’ Prosegwiment meta 
rikostitwiti skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur 
N.B: Il-valuri jirreferu għall-prodott lest biex jintuża. 
1. Enerġija 
Minimu Massimu 
250 kJ/100 ml 335 kJ/100 ml 
(60 kcal/100 ml) (80 kcal/100 ml) 
2. Proteini 
(Kontenut ta’ proteina = kontenut ta’- nitroġenu x 6.38) fil-każ 
ta’ proteini tal-ħalib tal-baqar. 
(Kontenut ta’ proteina = kontenut ta’ nitroġenu x 6.25) fil-każ ta’ 
iżolati tal-proteina tas-soja. 
Minimu Massimu 
0.5 g/100 kJ 1 g/100 kJ 
(2.25 g/100 kcal) (4.5 g/100 kcal) 
L-indiċi kimiku tal-proteini preżenti għandu jkun mill-inqas 
ugwali għal 80% tal-proteina li ssir referenza għaliha (kaseina jew 
ħalib tas-sider kif definit fis-Sitt Skeda). 
L-"indiċi kimiku" ifisser l-inqas waħda mill-proporzjonijiet bejn 
il-kwantità ta’ kull aċidu amminiku essenzjali tat-test ta’ proteina u 
l-kwantità ta’ kull aċidu amminiku korrispondenti tal-proteina li 
għaliha ssir referenza. 
Fil-każ ta’ formuli ta’ prosegwiment manifatturati minn proteini 
tas-soja, waħedhom jew imħalltin ma’ proteini tal-ħalib tal-baqar, 
jistgħu jintużaw biss iżolati ta’ proteini meħudin mis-soja. 
Aċidi aminiċi jistgħu jiżdiedu ma’ formuli ta’ prosegwiment biex 
itejjbu l-valur nutrittiv tal-proteini, fil-proporzjonijiet meħtieġa 
għal dak l-iskop. 
Biex jintlaħaq valur ta’ enerġija uwgali, dawn il-formuli għandu 
jkollhom kwantità disponibbli ta’ metionina mill-inqas ugwali għal 
dak li jkun hemm fil-ħalib tas-sider kif definit fil-Ħames Skeda. 
3. Lipidi 
Minimu Massimu 
0.8 g/100 kJ 1.5 g/100 kJ 
(3.3 g/100 kcal) (6.5 g/100 kcal) 
3.1 L-użu ta’ dawn is-sustanzi li ġejjin hu pprojbit: 
- żejt taż-żerriegħa tal-ġulġlien, 
- żejt taż-żerriegħa tal-qoton. 
3.2 Aċidu lawriku 
Minimu Massimu

FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT ġL.S.231.36 11 
- 15% tal-kontenut ta’ xaħam totali 
3.3 Aċidu miristiku 
Minimu Massimu 
- 15% tal-kontenut ta’ xaħam totali 
3.4 Aċidu linolejku (f’forma ta’ gliċeridi = linoleati) 
Minimu Massimu 
70 mg/100 kJ - 
(300 mg/100 kcal) - 
Dan il-limitu japplika biss għal 
formuli tal-prosegwiment li fihom 
xaħmijiet tal-ħaxix 
3.5 Il-kontenut ta’ aċidu trans xaħmin ma għandux jaqbeż 4% 
tal-kontenut ta’ xaħam totali. 
3.6 Il-kontenut ta’ aċidu eruċiku ma għandux jaqbeż 1% talkontenut 
ta’ xaħam tortali. 
4. Karboidrati 
Minimu Massimu 
1.7 g/100 kJ 3 .4 g/100 kJ 
(7 g/100 kcal) (14 g/100 kcal) 
4.1 L-użu ta’ ingredjenti li fihom il-glutina hu pprojbit. 
4.2 Lattosju 
Minimu Massimu 
0 .45 g/100 kJ - 
(l.8 g/100 kcal) - 
Din id-disposizzjoni ma tapplikax għal formuli ta’ prosegwiment 
li fihom proteini tas-soja jirrappreżentaw aktar minn 50% talkontenut 
ta’ proteina totali. 
4.3 Zokkor tal-kannamieli, zokkor tal-meraq tal-frott, għasel 
Minimu Massimu 
- separatament jew bħala ħaġa sħiħa: 
20% tal-kontenut ta’ 
karboidrati totali 
5. Sustanzi minerali 
5.2 Żingu 
5.2.1 Formuli ta’ prosegwiment manifatturati għal kollox minn 
ħalib tal-baqar 
kull 100kJ kull 100 kcal 
Minimu Massimu Minimu Massimu 
Ħadid (mg) 0.25 0.5 1 2 
Jodju (µg) 1.2 - 5 -

12 L.S.231.36ħ 
FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT 
Minimu Massimu 
0.12 mg/100 kJ - 
(0.5 mg/100 kcal) 
5.2.2 Formuli ta’ prosegwiment li fihom iżolati tal-proteina 
tas-soja, jew imħalltin mal-ħalib tal-baqar 
Minimu Massimu 
0.18 mg/100 kJ - 
(0.75 mg/100 kcal) 
5.3 Sustanzi minerali oħra 
Il-konċentrazzjonijiet huma mill-inqas ugwali għal dawk li 
normalment jinsabu fil-ħalib tal-baqar, ridotti, fejn meħtieġ, blistesss 
proporzjon ta’ konċentrazzjoni ta’ proteini tal-formuli ta’ 
prosegwiment għal dik tal-ħalib tal-baqar. Il-kompożizzjoni tipika 
tal-ħalib tal-baqar hi mogħtija, bħala gwida, fit-Tmien Skeda. 
5.4 Il-proporzjoni ta’ kalċju ma’ fosfru ma għandhiex taqbeż 
it-2.0. 
6. Vitamini 
7. Jistgħu jiżdiedu n-nukleotidi li ġejjin: 
kull 100kJ kull 100 kcal 
Minimu Massimu Minimu Massimu 
Vitamina A (µg-RE)1 14 43 60 180 
Vitamina D (µg)2 0.25 0.75 1 3 
Vitamina C (µg) 1.9 - 8 - 
Vitamina E (mg µ-TE)3 0.5 g ta’ 
aċidi 
xaħmin 
polyunsaturated 
espressi 
bħala aċidu 
linolejku 
imma f’ebda 
każ inqas 
minn 0.1 mg 
għal kull 
100 kJ 
disponibbli 
0.5 g ta’ 
aċidi 
xaħmin 
polyunsaturated 
espressi 
bħala aċidu 
linolejku 
imma f’ebda 
każ inqas 
minn 0.1 mg 
għal kull 
100 kJ 
disponibbli 
1 RE = ekwivalenti kollha trans retinol. 
2 F’forma ta’ kolekalċiferol, li minnu 10 µg = 400 i.u. ta’ vitamina D. 
3 µ-TE = d-µ-tokoferol ekwivalenti. 
Massimu4 
(mg/100 kJ) (mg/100 kcal) 
Ċitidina 5’-monofosfat 0.60 2.50 
Uridina 5’-monofosfat 0.42 1.75 
Adenosinea5’-monofosfat 0.36 1.50

FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT ġL.S.231.36 13 
Gwanosina 5’-monofosfat 0.12 0.50 
Inosina 5’-monofosfat 0.24 1.00 
4 Il-konċentrazzjoni totali ta’ nukleotidi ma għandhiex taqbeż il-1.2 mg/100 kJ 
(5 mg/100 kcal).

14 L.S.231.36ħ 
FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT 
IT-TIELET SKEDA 
Sustanzi Nutrittivi 
1. Vitamini 
Vitamini Formulazzjoni tal-Vitamina 
Vitamina A Aċetat tar-retinil 
Palmitat tar-retinil 
Beta-Karotin 
Retinol 
Vitamina D Vitamina D2 (ergokalċiferol) 
Vitamina D3 (kolekalċiferol) 
Vitamina B1 Idroklorur tat-tiamina 
Monoitrat tat-tiamina 
Vitamina B2 Riboflavin 
Riboflavin-5’-fosfati, sodju 
Niaċin Nikotinamid 
Aċidu nikotiniku 
Vitamina B6 Idroklorur tal-piridossina 
Piridossina-5’-fosfat 
Folat Aċidu foliku 
Aċidu pantoteniku D-pantotenat, kalċju 
D-pantotenat, sodju 
Despantenol 
Vitamina B12 Ċjanokobalamin 
Idrossokobalamin 
Biotin D-biotin 
Vitamina Ċ Aċidu L-assorbiku 
Sodju L-assorbat 
Kalċju L-assorbat 
6-palmityl-L-aċidu askorbiku 
(palamitat ta’ assorbil) 
Assorbat tal-potassju 
Vitamina E D-alfa tokoferol 
DL-alfa tokoferol 
Aċetat tad-D-alfa tokoferol 
Aċetat tad-DL-alfa tokoferol 
Vitamina K Fillokinone (Fitomenadione)

FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT ġL.S.231.36 15 
2. Sustanzi minerali 
Sustanzi minerali Mlieħ li jistgħu jintużaw 
Kalċju (Ca) Karbonat tal-kalċju 
Klorur tal-kalċju 
Mlieħ tal-kalċju ta’ aċidu ċitriku 
Glukonat tal-kalċju 
Gliċerofosfat tal-kalċju 
Lattat tal-kalċju 
Mlieħ tal-kalċju ta’ aċidu 
ortofosforiku 
Idrossidu tal-kalċju 
Magnesju (Mg) Karbonat tal-magnesju 
Klorur tal-magnesju 
Ossidu tal-magnesju 
Mlieħ tal-magnesju ta’ aċidu 
ortofosforiku 
Sulfat tal-magnesju 
Glukonat tal-magnesju 
Idrossidu tal-magnesju 
Mlieħ tal-magnesju ta’ aċidu ċitriku 
Ħadid (Fe) Ċitrat tal-ħadid (II) 
Glukonat tal-ħadid (II) 
Lattat tal-ħadid (II) 
Sulfat tal-ħadid (II) 
Ċitrat ta’ l-ammonju tal-ħadid (III) 
Fumarat tal-ħadid (II) 
Difosfat tal-ħadid (III) (Pirofosfat tal- 
ħadid (III)) 
Ram (Cu) Ċitrat tar-ram (II) 
Glukonat tar-ram (II) 
Sulfat tar-ram (II) 
Kumpless tar-ram (II) u lisina 
Karbonat tar-ram (II) 
Jodju (I) Jodur tal-potassju 
Jodur tas-sodju 
Jjodat tal-potassju 
Żingu (Zn) Aċetat taż-żingu 
Klorur taż-żingu

16 L.S.231.36ħ 
FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT 
Lattat taż-żingu 
Sulfat taż-żingu 
Ċitrat taż-żingu 
Glukonat taż-żingu 
Ossidu taż-żingu 
Manganiż (Mn) Karbonat tal-manganiż 
Klorur tal-manganiż 
Ċitrat tal-manganiż 
Sulfat tal-manganiż 
Glukonat tal-manganiż 
Sodju (Na) Bikarbonat tas-sodju 
Klorur tas-sodju 
Ċitrat tas-sodju 
Glukonat tas-sodju 
Karbonat tas-sodju 
Lattat tas-sodju 
Mlieħ tas-sodju ta’ aċidu 
ortofosforiku 
Idrossidu tas-sodju 
Potassju (K) Bikarbonat tal-potassju 
Karbonat tal-potassju 
Klorur tal-potassju 
Mlieħ tal-potassju ta’ aċidu ċitriku 
Glukonat tal-potassju 
Lattat tal-potassju 
Mlieħ tal-potassju ta’ l-aċidu 
ortofosforiku 
Idrossidu tal-potassju 
Selenju (Se) Selenat tas-sodju 
Selenit tas-sodju 
3. Aċidi aminiċi u komposti tan-nitroġenu oħrajn 
L-arġinina u l-idroklorur tagħha 
L-ċistina u l-idroklorur tagħha 
L-istidina u l-idroklorur tagħha 
L-isolewċina u l-idroklorur tagħha 
L-lewċina u l-idroklorur tagħha 
L-ċistina u l-idroklorur tagħha 
L-metionina

FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT ġL.S.231.36 17 
L-fenilalanina 
L-treonina 
L-triptofan 
L-tirosina 
L-valina 
L-karnitina u l-idroklorur tagħha 
Tawrina 
Ċitidina 5'-monofosfat u l-melħ tas-sodju tagħha 
Uridina 5'-monofosfat u l-melħ tas-sodju tagħha 
Adenosina 5'-monofosfat u l-melħ tas-sodju tagħha 
Gwanosina 5'-monofosfat u l-melħ tas-sodju tagħha 
Inosina 5'-monofosfat u l-melħ tas-sodju tagħha 
4. Oħrajn 
Kolina 
Klorur tal-kolina 
ċitrat tal-kolina 
Bitartrat tal-kolina 
Inositol

18 L.S.231.36ħ 
FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT 
IR-RABA’ SKEDA 
Kriterji ta’ Kompożizzjoni ta’ Formuli tat-Trabl, bi pretensjoni 
korrispondenti 
Pretensjoni relatata ma’: Kondizzjonijiet bi pretensjoni 
1. Proteina adattata Il-kontenut ta’ proteina huwa 
inqas minn 0.6 g/100 kJ (2.5 g/100 
kcal) u l-proporzjon ta’ bejn proteina 
tax-xorrox u kaseina m’hux 
inqas minn 1.0 
2. Sodju baxx Il-kontenut ta’ sodju hu inqas 
minn 9 mg/100 kJ (39 mg/100 kcal 
3. Ma fih ebda zokkor tal-kannamieli 
Ebda zokkor tal-kannamieli m’hu 
preżenti 
4. Lattosju biss Il-lattosju hu l-uniku karboidrat 
preżenti 
5. Ma fih ebda lattosju L-ebda lattożju ma hu preżenti 
6. Msaħħaħ bil-ħadid Ħadid miżjud 
7. Tnaqqis tar-riskju ta’ 
allerġija għal proteini tal- 
ħalib. Din il-pretensjoni 
tista’ tinkludi termini li jirreferu 
għal proprjetajiet ta’ 
allerġen ridott jew ta’ 
antiġen ridotti. 
(a) Il-formuli għandhom 
jissodisfaw id-disposizzjonijiet 
mniżżlin fil-paragrafu 2.2 ta’ l-Ewwel 
Skeda u l-ammont ta’ proteina 
immunoreattiva mkejjel b’metodi 
aċċettati b’mod ġenerali bħala adatti 
għandu jkun inqas minn 1% ta’ 
sustanzi li fihom in-nitroġenu filformuli; 
(b) It-tikketta għandha tindika li 
l-proteina m’għandhiex tittieħed minn 
trabi allerġiċi ghall-proteini intatti li 
hi magħmula minnhom sakemm 
testijiet kliniċi aċċettati b’mod 
ġenerali jagħtu prova li t-tolleranza 
tal-formuli f’aktar minn 90% tat-trabi 
( i n t e r v a l l t a ’ f i d u ċ j a 9 5 % ) 
i p e r s e n s i t t i v i g ħ a l l - p r o t e i n i l i 
minnhom isir l-idrolisat; 
(ċ) Il-formuli amministrati mill- 
ħalq ma għandhomx jilkkaġunaw 
sensitizzazzjoni, f’annimali, lillproteini 
intatti li minnhom jittieħdu lformuli; 
(d) Għandu jkun hemm 
disponibbli informazzjoni oġġettiva li 
tkun verifikata xjentifikament bħala 
prova tal-proprjetajiet pretiżi.

FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT ġL.S.231.36 19 
IL-ĦAMES SKEDA 
Aċidi Aminiċi Essenzjali u Semi-Essenzjali fil-Ħalib tas-Sider 
Għall-iskop ta’ dan ir-rapport, l-aċidi aminiċi essenzjali u semiessenzjali 
fil-ħalib tas-sider, espressi f’mg kull 100 kJ u 100 kcal, 
huma dawn li ġejjin: 
Kull 100 kJ1 Kull 100 kcal 
Arġinina 16 69 
Ċistina 6 24 
Istidina 11 45 
Isolewċina 17 72 
Lewċina 37 156 
Lisina 29 122 
Metionina 7 29 
Fenilalanina 15 62 
Treonina 19 80 
Triptofan 7 30 
Tirosina 14 59 
Valina 19 80 
1 1 kJ = 0.239 kcal.

20 L.S.231.36ħ 
FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT 
IS-SITT SKEDA 
Kompożizzjoni ta’ Aċidu Aminiku ta’ Proteina ta’ Kaseina 
u Ħalib tas-Sider 
Il-kompożizzjoni ta’ aċidu aminiku ta’ proteina ta’ kaseina u 
ħalib tas-sider (g/100 g ta’ proteina): 
IS-SEBA’ SKEDA 
L-Elementi Minerali fil-Ħalib tal-Baqar 
Bħala referenza, il-kontenut ta’ elementi minerali fil-ħalib talbaqar 
espress kull 100 g ta’ solidi li mhux xaħam u kull g ta’ 
proteini huma li ġejjin: 
Casein1 Ħalib tas-sider1 
Arġinina 3.7 3.8 
Ċistina 0.3 1.3 
Istidina 2.9 2.5 
Isolewċina 5.4 4.0 
Lewċina 9.5 8.5 
Lisina 8.1 6.7 
Metionina 2.8 1.6 
Fenilalanina 5.2 3.4 
Treonina 4.7 4.4 
Triptofan 1.6 1.7 
Tirosina 5.8 3.2 
Valina 6.7 4.5 
1 Il-kontenut ta’ amino aċidi fl-ikel u tagħrif bioloġiku fuq il-proteina. FAO 
Nutritional Studies, Nru. 24, Ruma 1970, partiti 375 u 383. 
Kull 100 g SNF1 Kull g ta’ proteini 
Sodju (mg) 550 15 
Potassju (mg) 1680 43 
Klorur (mg) 1050 28 
Kalċju (mg) 1350 35 
Fosforu (mg) 1070 28 
Magnesju (mg) 135 3.5 
Ram (mg) 225 6 
Jodju NS2 NS 
1 SNF = solidi mhux xaħmin. 
2 NS = mhux speċifikat, ivarja ħafna skond l-istaġun u kundizzjonijiet tattrobbija 
ta’ bhejjem fl-irziezet.

FORMULI GĦAT-TRABI U FORMULI 
TA’ PROSEGWIMENT ġL.S.231.36 21 
IT-TMIEN SKEDA 
Valuri ta’ Referenza fit-Tikketti ta’ Nutriment fuq Ikel 
maħsub għal Trabi u Tfal Żgħar 
Nutrijent Valur ta’ Referenza fit-Tikketti 
Vitamina A 400 µg 
Vitamina D 10 µg 
Vitamina Ċ 25 mg 
Tiamina 0.5 mg 
Riboflavin 0.8 mg 
Ekwivalenti tan-niaċin 9 mg 
Vitamina B6 0.7 mg 
Folat 100 µg 
Vitamina B 12 0.7 µg 
Kalċju 400 mg 
Ħadid 6 mg 
Żingu 4 mg 
Jodju 70 µg 
Selenju 10 µg 
Ram 0.4 mg

