﻿SAPURI LI JINTUŻAW FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL U 
MATERJALI EWLENIN GĦALL-PRODUZZJONI TAGĦHOM ġL.S.231.38 1 
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.38 
REGOLAMENTI DWAR SAPURI LI JINTUŻAW FI 
ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL U MATERJALI EWLENIN 
GĦALL-PRODUZZJONI TAGĦHOM 
1 ta’ Jannar, 1999 
L-Avviż Legali 257 ta’ l-1998. 
Titolu. 1. It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar 
Sapuri li Jintużaw fi Ħwejjeġ ta’ l-Ikel u Materjali Ewlenin għall- 
Produzzjoni Tagħhom. 
Tifsir. 2. F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma 
teħtieġx xort’oħra- 
(a) "sapur" tfisser sustanzi ta’ sapur, preparati ta’ sapur, 
sapur proċessat, sapur mill-fwar jew taħlitiet tagħhom; 
(b) "sustanza ta’ sapur" tfisser sustanza kimika definita bi 
proprjetajiet ta’ sapur li tinsab: 
(i) bi proċessi fiżiċi xierqa (inkluża d-distillazzjoni 
u l-estrazzjoni ta’ solventi) jew bi proċessi 
enżimatiċi jew mikrobioloġiċi minn materjal ta’ 
oriġini veġetali jew minn annimali jew fi stat nej 
jew wara li jiġi proċessat għall-konsum uman bi 
proċessi tradizzjonali ta’ tħejjija ta’ l-ikel 
(inkluż it-tnixxif, torrefazzjoni u 
fermentazzjoni), 
(ii) b’sintesi kimika jew li tiġi iżolata bi proċessi 
kimiċi u li hi kimikament identika għal sustanza 
li tinsab preżenti b’mod naturali f’materjal ta’ 
oriġini veġetali jew minn annimal kif deskritt 
fis-subparagrafu (i), 
(iii) b’sintesi kimika iżda li mhix kimikament 
identika għal sustanza li tinsab preżenti b’mod 
naturali f’materjal li jkun preżenti f’materjal ta’ 
oriġini veġetali jew minn annimali kif deskritt 
fis-subparagrafu (i); 
(ċ) "preparat ta’ sapur" tfisser prodott, minbarra s-sustanzi 
mfissra fil-paragrafu (b)(i), sew konċentrat sew le, bi 
proprjetajiet ta’ sapur, li jinkiseb bi proċessi fiżiċi 
idoneji (inkluża d-distillazzjoni u l-estrazzjoni ta’ 
solventi) jew bi proċessi enżimatiċi jew 
mikrobioloġiċi minn materjal ta’ oriġini veġetali jew 
minn annimal, sew fi stat nej jew wara li jiġi proċessat 
għall-konsum uman bi proċessi tradizzjonali ta’ 
tħejjija ta’ l-ikel (inkluż it-tnixxif, torrefazzjoni u 
fermentazzjoni); 
(d) "sapur proċessat" tfisser prodott li jinkiseb skond 
prattika ta’ manifattura tajba bit-tisħin sa temperatura 
ta’ mhux aktar minn 180 grad Celsius għal żmien 
mhux aktar minn ħmistax il-minuta taħlita ta’

2 L.S.231.38ħ 
SAPURI LI JINTUŻAW FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL U 
MATERJALI EWLENIN GĦALL-PRODUZZJONI TAGĦHOM 
ingredjenti, li mhux tabilfors li huma nfushom 
ikollhom proprjetajiet ta’ sapur, li minnhom għallinqas 
ingredjent wieħed ikun fih nitroġenu (amino) u 
ieħor ikun reducing sugar; 
(e) "sapur mill-fwar" tfisser estratt mill-fwar li jiġi użat 
fil-proċessar ta’ ħwejjeġ ta’ l-ikel tradizzjonali bilfwar. 
Ingredjenti ta’ 
sapuri. 3. Is-sapuri jista’ jkun fihom ħwejjeġ ta’ l-ikel kif ukoll - 
- additivi meħtieġa għall-ħażna u l-użu ta’ sapuri, 
- prodotti użati biex is-sapuri jkunu jistgħu jiddewbu u 
jitħalltu, 
- additivi meħtieġa għall-produzzjoni ta’ sapuri 
(għajnuna fl-ipproċessar) meta dawk l-additivi ma 
jkunux koperti minn xi disposizzjonijiet oħra. 
Applikabbilità. 4. Dawn ir-regolamenti għandhom ikunu japplikaw għal 
sapuri li jiġu importati ġewwa Malta jew li jiġu manifatturati 
f’Malta, li jintużaw jew li huma intiżi li jintużaw fi jew fuq ħwejjeġ 
ta’ l-ikel bil-għan li jfewħuhom u/jew jagħtuhom togħma, u għal 
materjali ewlenin, li jiġu importati ġewwa Malta jew li jiġu 
manifatturati f’Malta, li jintużaw għall-produzzjoni ta’ sapuri. 
Dawn ir-regolamenti, madankollu, m’għandhomx ikunu japplikaw 
għal: 
(a) sustanzi li jittieklu u prodotti intiżi li jiġu ikkunsmati 
bħala tali, bi jew mingħajr ir-rikostituzzjoni, 
(b) sustanzi li għandhom b’mod esklużiv togħma ħelwa, 
qarsa jew mielħa, 
(ċ) matejal ta’ oriġini veġetali jew minn annimal, li jkollu 
proprjetajiet ta’ sapuri inerenti, meta dawn ma 
jintużawx bħala sorsi ta’ sapur. 
Kriterji ta’ purità. 5. (1) Ebda sapur ma jista’ jkun fih xi element jew sustanza fi 
kwantità li tkun tossikoloġikament perikoluża. 
(2) Bla ħsara għal kull eċċezzjoni li hemm provdut dwarha f’xi 
kriterji ta’ purità speċifiċi preskritti taħt dawn ir-regolamenti jew 
xort’oħra b’xi liġi oħra, is-sapuri ma jistax ikun fihom iktar minn: 
- 3 mg/kg ta’ arseniku, 
- 10 mg/kg ta’ ċomb, 
- 1 mg/kg ta’ kadmju, u 
- 1 mg/kg ta’ merkurju. 
(3) L-użu ta’ sapuri m’għandux jirriżulta filli jkun hemm fi 
ħwejjeġ ta’ l-ikel kif ikkunsmati, sustanzi mhux mixtieqa li hemm 
elenkati fl-Ewwel Skeda fi kwantitajiet ogħla minn dawk hemm 
speċifikati. 
(4) L-użu ta’ sapuri u ta’ ingredjenti oħra ta’ l-ikel bi 
proprjetajiet ta’ sapur m’għandhux jirriżulta filli jkun hemm fi 
ħwejjeġ ta’ l-ikel kif ikkunsmati, sustanzi li hemm elenkati fit- 
Tieni Skeda fi kwantitajiet ogħla minn dawk hemm speċifikati. 
Bejgħ ta’ sapuri 
eċċ., u materjali 
ewlenin. 
6. (1) Ħadd m’għandu, għall-fini ta’ kummerċ fl-ikel, 
jimporta, iżomm għandu jew ibiegħ xi ikel li fih jew fuqu jkun 
hemm xi sapur li ma jkunx konformi mal-ħtiġiet ta’ dawn ir

SAPURI LI JINTUŻAW FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL U 
MATERJALI EWLENIN GĦALL-PRODUZZJONI TAGĦHOM ġL.S.231.38 3 
regolamenti. 
(2) Ħadd m’għandu jżomm jew jippermetti li jinżamm ġewwa, 
jew juża f’xi post ta’ l-ikel fejn issir il-preparazzjoni, jew ilpreparazzjoni 
għall-bejgħ, ta’ l-ikel, xi sapur jew materjal ewlieni 
għall-produzzjoni tiegħu, li rispettivament ma jkunx sapur jew 
materjal ewlieni għall-produzzjoni ta’ dak l-ikel li jkun konformi 
mal-ħtiġiet ta’ dawn ir-regolamenti. 
Tikkettjar ta' 
sapuri li ma 
jkunux intiżi għallbejgħ 
lillkonsumatur 
aħħari. 
7. Sapuri li ma jkunux intiżi għall-bejgħ lill-konsumatur 
aħħari ma jistgħux jitqegħdu fis-suq kemm-il darba l-ippakkettjar 
jew il-kontenituri tagħhom ma jkollhomx fuqhom f’mill-inqas 
wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ Malta dan it-tagħrif li ġej, li għandu 
jkun jidher u jinqara sew b’mod faċli, u li ma jitħassarx: 
(a) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz talmanifattur, 
jew ta’ min jippakkjah, jew ta’ bejjiegħ 
stabbilit f’Malta; 
(b) id-deskrizzjoni ta’ l-oġġetti għall-bejgħ; jew il-kelma 
"sapur" jew isem jew deskrizzjoni iktar speċifika ta’ 
dak is-sapur; 
(ċ) jew id-dikjarazzjoni "għal ħwejjeġ ta’ l-ikel" jew 
riferenza aktar speċifika għal dak l-ikel partikolari illi 
s-sapur huwa intiż għalih; 
(d) lista f’ordni dixxendenti ta’ piż, ta’ kategoriji ta’ 
sustanzi ta’ sapur, u ta’ preparati ta’ sapur li jkun fih u 
li jkunu klassifikati kif ġej: 
- sustanzi ta’ sapur naturali fil-każ ta’ sustanzi ta’ 
sapur imfissra fir-regolament 2(b)(i), 
- sustanzi ta’ sapur identiċi għal sustanzi naturali 
fil-każ ta’ sustanzi ta’ sapur imfissra firregolament 
2(b)(ii), 
- sustanzi ta’ sapur artifiċjali fil-każ ta’ sustanzi 
ta’ sapur imfissra fir-regolament 2(b)(iii), 
- preparati ta’ sapur fil-każ ta’ preparati mfissra 
fir-regolament 2(ċ), 
- sapuri proċessati fil-każ ta’ sapuri mfissra firregolament 
2(d), 
- sapuri mill-fwar fil-każ ta’ sapuri mfissra firregolament 
3(e); 
(e) fil-każ ta’ taħlita ta’ sapuri b’additivi meħtieġa għall- 
ħażna u għall-użu ta’ sapuri jew ma’ prodotti użati 
għat-tidwib u t-taħlit ta’ sapuri, lista f’ordni 
dixxendenti ta’ piż fit-taħlita ta’: 
- il-kategoriji ta’ sapuri klassifikati hekk kif 
jidhru fil-paragrafu (d), 
- l-ismijiet ta’ kull wieħed mis-sustanzi jew millmaterjali 
l-oħra jew, meta dan ikun japplika, innumri 
tagħhom ta’ l-EEC; 
(f) indikazzjoni ta’ l-ogħla kwantità ta’ kull komponent 
jew grupp ta’ komponenti suġġetti għal limitazzjoni 
kwantitattiva f’xi ikel partikolari, jew tagħrif siewi; 
(g) indikazzjoni li tkun tidentifika l-kunsinna;

4 L.S.231.38ħ 
SAPURI LI JINTUŻAW FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL U 
MATERJALI EWLENIN GĦALL-PRODUZZJONI TAGĦHOM 
(h) il-kwantità nominali espressa f’units ta’ toqol jew ta’ 
volum: 
Iżda t-tagħrif meħtieġ bil-paragrafi (d), (e) u (f) jista’ biss 
jidher fuq id-dokumenti kummerċjali li jkunu jirrigwardaw ilkunsinna 
u li għandhom jiġu provduti flimkien ma’ jew qabel ilkonsenja, 
b’dan illi l-indikazzjoni "intiż għall-manifattura ta’ 
ħwejjeġ ta’ l-ikel u mhux għall-bejgħ bl-imnut" tkun tidher f’parti 
prominenti tal-ippakkettjar jew tal-kontenitur tal-prodotti involuti. 
Tikkettjar ta’ 
sapuri intiżi għallbejgħ 
lillkonsumatur 
aħħari. 
8. Sapuri li jkunu intiżi għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari ma 
jistgħux jitqegħdu fis-suq kemm-il darba it-tikketti tagħhom ma 
jkunux jindikaw f’mill-anqas wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ Malta 
dan it-tagħrif obbligatorju li ġej, li għandu jkun jidher u jinqara 
sew b’mod faċli, u li ma jitħassarx: 
(a) jew il-kelma "sapur" jew isem jew deskrizzjoni iktar 
speċifiċi ta’ dak is-sapur; 
(b) jew il-kliem "għal ħwejjeġ ta’ l-ikel" jew riferenza 
aktar speċifika għal dak l-ikel partikolari li s-sapur 
huwa intiż għalih; 
L.S.231.27 
(ċ) id-data ta’ l-inqas durabbiltà kif provdut dwarha fir- 
Regolamenti dwar Twaħħil ta’ Tikketti, Preżentazzjoni 
u Riklamar ta’ Oġġetti ta’ l-Ikel; 
(d) meta hekk meħtieġ, il-kondizzjonijiet speċjali għall- 
ħażna u l-użu tagħhom; 
(e) l-istruzzjonijiet għall-użu jekk in-nuqqas ta’ dak ittagħ
rif ikun jimpedixxi l-użu sew ta’ dak is-sapur; 
(f) il-kwantità nominali espressa f’units ta’ toqol jew ta’ 
volum; 
(g) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz talmanifattur, 
jew ta’ min jippakkjah, jew ta’ bejjiegħ 
stabbilit f’Malta; 
L.S.231.27 
(h) indikazzjoni jew sinjal li jkun jidentifika l-lott kif 
provdut dwarha fir-Regolamenti dwar Twaħħil ta’ 
Tikketti, Preżentazzjoni u Riklamar ta’ Oġġetti ta’ l- 
Ikel; 
(i) fil-każ ta’ taħlita ta’ sapur(i) flimkien ma’ sustanzi 
oħra, lista f’ordni dixxendenti tal-piż fit-taħlita ta’: 
- il-kategoriji ta’ sapuri klassifikati skond ma 
hemm fir-regolament 7(d); 
- l-ismijiet ta’ kull wieħed mis-sustanzi jew millmaterjali 
l-oħra jew, meta dan ikun japplika, innumru 
tagħhom ta’ l-EEC. 
Użu tal-kelma 
"naturali". 9. (1) Il-kelma "naturali", jew kull kelma oħra li jkollha 
sostanzjalment l-istess tifsira, tista’ tintuża biss għal sapuri li fihom 
il-komponent ta’ sapur ikun fih esklużivament sustanzi ta’ sapur kif 
imfissra fir-regolament 2. 
(2) Jekk id-deskrizzjoni tal-bejgħ tas-sapuri jkun fiha riferenza 
għal xi ikel partikolari jew għal xi sorsi ta’ sapur, il-kelma 
"naturali", jew kull kelma oħra li jkollha sostanzjalment l-istess 
tifsira, ma tistax tintuża kemm-il darba l-komponent ta’ sapur ma

SAPURI LI JINTUŻAW FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL U 
MATERJALI EWLENIN GĦALL-PRODUZZJONI TAGĦHOM ġL.S.231.38 5 
jkunx ġie iżolat bi proċessi fiżiċi idoneji, bi proċessi enżimatiċi jew 
mikrobioloġiċi jew bi proċessi tradizzjonali ta’ tħejjija ta’ l-ikel 
unikament jew kważi unikament minn dak l-ikel jew sorsi ta’ sapur 
involut. 
(3) Id-disposizzjonijiet tas-sub-regolamenti (1) u (2) 
għandhom ikunu japplikaw għat-tikkettjar ta’ sapuri msemmija firregolamenti 
7 u 8.

6 L.S.231.38ħ 
SAPURI LI JINTUŻAW FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL U 
MATERJALI EWLENIN GĦALL-PRODUZZJONI TAGĦHOM 
L-EWWEL SKEDA 
(Regolament 5(3)) 
L-ogħla livelli għal ċerti sustanzi mhux mixtieqa li jkunu fi ħwejjeġ ta’ l-ikel kif 
ikkunsmati b’riżultat ta’ l-użu ta’ sapuri. 
SUSTANZA ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL XARBIET 
3,4 benzopyrene 0.03 µg/kg 0.03 µg/kg 
IT-TIENI SKEDA 
(Regolament 5(4)) 
L-ogħla livelli għal ċerti sustanzi miksubin minn sapuri u ingredjenti oħra ta’ likel 
bi proprjetajiet ta’ sapur li jkun hemm fi ħwejjeġ ta’ l-ikel kif ikkunsmati li 
magħhom ikunu intużaw is-sapuri. 
Sustanzi Ħwejjeġ ta’ l-ikel 
mg/kg 
Xarbiet 
mg/kg 
Eċċezzjonijiet u/jew 
restrizzjonijiet speċjali 
Agaric acid * 20 20 100 mg/kg f’xarbiet alkoholiċi u ħwejjeġ 
ta’ l-ikel li jkun fihom il-faqqiegħ 
Aloin * 0.1 0.1 50 mg/kg f’xarbiet alkoholiċi 
Beta asarone * 0.1 0.1 1 mg/kg f’xarbiet alkoholiċi u fi ħwawar 
li jintużaw f’ikel snack 
Berberine * 0.1 0.1 10 mg/kg f’xarbiet alkoholiċi 
Coumarin * 2 2 10 mg/kg f ċerti għamliet ta' ħelu talkaramella 
50 mg/kg fi chewing gum 
10 mg/kg f’xarbiet alkoholiċi 
Hydrocyanic acid * 1 1 50 mg/kg fil-qubbajt, marzipan jew issostituti 
tagħha jew prodotti simili 
1 mg/% volum ta' alkohol f’xarbiet 
alkoholiċi 
5 mg/kg fi frott bl-għadma fil-laned 
Hypericine * 0.1 0.1 10 mg/kg f’xarbiet alkoholiċi 
1 mg/kg fil-ħelu 
Pulegone * 25 100 250 mg/kg f’xarbiet tal-menta jew 
b’sapur tal-peppermint 
350 mg/kg f’ħelu tal-menta 
Quassine * 5 5 10 mg/kg f’ħelu fl-għamla ta' pastilji 
50 mg/kg f’xarbiet alkoholiċi 
Safrole u isosafrol* 1 1 2 mg/kg f’xarbiet alkoholiċi b'mhux iktar 
minn 25% volum ta' alkohol 
5 mg/kg f’xarbiet alkoholiċi b'mhux iktar 
minn 25% volum ta' alkohol 
15 mg/kg fi ħwejjeġ ta’ l-ikel li jkun 
fihom il-maċis u n-nuċimuskata 
Santonin * 0.1 0.1 1 mg/kg f’xarbiet alkoholiċi b'mhux iktar 
minn 25% volum ta' alkohol

SAPURI LI JINTUŻAW FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL U 
MATERJALI EWLENIN GĦALL-PRODUZZJONI TAGĦHOM ġL.S.231.38 7 
Thuyone 
(µ u ß) * 
0.5 0.5 5 mg/kg f’xarbiet alkoholiċi b'mhux iktar 
minn 25% volum ta' alkohol 
10 mg/kg fxarbiet alkoholiċi b'iktar minn 
25% volum ta' alkohol 
25 mg/kg fi ħwejjeġ ta’ l-ikel li jkun 
fihom preparati bażati fuq is-salvja 
35 mg/kg f’xarbiet morri (bitters) 
* Jista' ma jiżdiedx bħala tali ma' ħwejjeġ ta’ l-ikel jew ma' sapuri. Jista' jkun f’ikel partikolari sew b'mod 
naturali sew wara ż-żieda ta' sapuri mħejjija minn materjal naturali mhux maħdum. 
Sustanzi Ħwejjeġ ta’ l-ikel 
mg/kg 
Xarbiet 
mg/kg 
Eċċezzjonijiet u/jew 
restrizzjonijiet speċjali

