 IKEL IPPROĊESSAT B’BAŻI TA’ ĊEREALI U 
IKEL IEĦOR GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR ġ L.S.231.39 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.39
REGOLAMENTI DWAR IKEL IPPROĊESSAT 
B’BAŻI TA’ ĊEREALI U IKEL IEĦOR
GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR
1 ta’ Awissu, 2002
L-Avviż Legali 207 ta’ l-2002.
Titolu.
Ipproċessat b’Bażi ta’ Ċereali u Ikel Ieħor għat-Trabi u għat-Tfal
Żgħar.
Applikabilità  ta’ 
dawn ir-
regolamenti.
2.1 Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għal oġġetti ta’
l-ikel għal użu nutrittiv partikolari li jissodisfaw il-ħtiġiet
partikolari ta’ trabi u tfal żgħar f’saħħithom u li huma maħsubin
biex jintużaw minn trabi meta jkunu qed jinfatmu u minn tfal żgħar
bħala suppliment għad-dieta tagħhom u/jew biex jadattaw ruħhom
progressivament għal ikel ordinarju. Dawn jinkludu:
(a) "Ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali" li hu maqsum fl-
erba’ kategoriji li ġejjin:
(i) ċereali sempliċi li huma jew iridu jkunu
rikostitwiti bil-ħalib jew b’likwidi nutrittivi
adatti oħra;
(ii) ċereali li għandhom magħhom ikel b’ħafna
proteini li huma jew iridu jkunu rikostitwit bl-
ilma jew b’likwidu ħieles mill-proteini;
(iii) għaġin li jrid jintuża wara li jissajjar f’misħun
jagħli jew f’likwidi adatti oħra;
(iv) qriemeċ u gallettini li jridu jintużaw jew
direttament jew, wara li jintaħnu, biż-żjieda ta’
ilma, ħalib jew likwidi adatti oħra.
(b) "Ikel tat-trabi" minbarra ikel ipproċessat ibbażat fuq
ċereali.
2.2 Dawn ir-regolamenti m’għandhomx japplikaw għal
ħalibijiet maħsubin għal tfal żgħar.
2.3 Għall-iskopijiet ta’ dawn ir-regolamenti:
- "trabi" tfisser tfal taħt it-tnax-il xahar,
- "tfal żgħar" għandha tfisser tfal ta' bejn is-sena u t-tliet
snin,
- "fdal tal-pestiċidi" tfisser dak li jifdal f’ikel
ipproċessat ibbażat fuq ċereali u ikel tat-trabi minn
prodott li jħares il-pjanti kif definit fil-punt 1 ta’ l-
Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/EEC*,
inklużi l-metaboliti tagħha u prodotti li joħorġu mid-
degradazzjoni jew reazzjoni tagħha.
*OJ L230, 19.8.1991, p.1.
2 L.S.231.39 ħ
 IKEL IPPROĊESSAT B’BAŻI TA’ ĊEREALI U 
IKEL IEĦOR GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR
Bejgħ ta’ ikel 
ipproċessat bbażat 
fuq ċereali u ikel 
tat-trabi għat-trabi 
u tfal żgħar.
3.1 Ebda persuna m’għandha timporta, żżomm jew tbigħ xi
ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali jew xi ikel tat-trabi ieħor
maħsub għal trabi u tfal żgħar li ma jkunx konformi mal-ħtiġiet ta’
dawn ir-regolamenti.
Manifattura ta’ ikel 
ipproċessat ibbażat 
fuq ċereali u ikel 
tat-trabi.
4.1 Ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali u ikel tat-trabi għandu
jkun immanifatturat minn ingredjenti li ġie stabbilit kemm kienu
adatti għal użu nutrittiv partikolari minn trabi u tfal żgħar minn
informazzjoni xjentifika komunement aċċettata.
4.2 Ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali għandu jikkonforma
mal-kriterji ta’ kompożizzjoni speċifikati fl-Ewwel Skeda.
4.3 Ikel tat-trabi li hu deskritt fit-Tieni Skeda għandu
jikkonforma mal-kriterji ta’ kompożizzjoni speċifikati fiha.
4.4 Huma biss is-sustanzi nutrittivi elenkati fir-Raba’ Skeda li
jistgħu jiżdiedu fil-manifattura ta’ ikel ipproċessat ibbażat fuq
ċereali u ikel tat-trabi.
4.5 Ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali u ikel tat-trabi
m’għandux ikollu ammont ta’ xi sustanza li l-kwantità  tagħha tista’
tkun ta’ periklu għas-saħħa tat-trabi u tfal żgħar.
4.6 Ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali u ikel tat-trabi
m’għandux ikollu fdalijiet ta’ pestiċidi individwali f’livelli li
jaqbżu l-0.01 mg/kg tal-prodott kif ikun lest għall-konsum jew kif
rikostitwit skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
4.7 Metodi analitiċi biex jiddeterminaw il-livelli ta’ fdalijiet
ta’ pestiċidi għandhom ikunu metodi standardizzati aċċettabbli
komunement.
4.8 Il-limiti massimi fil-każ ta’ vitamini, minerali u ammonti
żgħar ta’ sustanzi mniżżlin fis-Sitt Skeda m’għandhomx jinqabżu
jekk dawn il-vitamini, minerali u ammonti żgħar ta' sustanzi jkunu
miżjuda ma’ ikel ipproessat ibbażat fuq ċereali u ikel tat-trabi
maħsub għal trabi u tfal żgħar.
Twaħħil ta’ tikketti 
fuq ikel ipproċessat 
ibbażat fuq ċereali 
u ikel tat-trabi 
maħsub għat-trabi 
u tfal żgħar.
L.S.231.27
5.1 It-tikketti fuq il-prodotti msemmija għandu jkollhom
fuqhom, minbarra l-partikolaritajiet li hemm maħsub għalihom fir-
Regolamenti dwar it-Twaħħil ta’ Tikketti, Preżentazzjoni u
Riklamar ta’ Oġġetti ta’ l-Ikel, il-partikolaritajiet mandatarji li
ġejjin, bil-Malti, bl-Ingliż jew bit-Taljan:
(a) dikjarazzjoni dwar l-età  adatta minn meta l-prodott
jista’ jibda jittieħed, b’konsiderazzjoni tal-
kompożizzjoni, tessut u propjetajiet partikolari oħra.
L-età  ddikjarata m’għandhiex tkun inqas minn erba’
xhur għal kull prodott. Prodotti rakkomandati biex
jibdew jittieħdu mill-età  ta’ erba’ xhur jistgħu
jindikaw li huma adatti minn dik l-età  sakemm persuna
indipendenti kwalifikata fil-mediċina, nutriment jew
farmaċija, jew professjonisti oħra responsabbli għall-
kura ta’ l-ommijiet u tat-tfal, ma jagħtux parir mod
ieħor;
(b) informazzjoni fuq il-preżenza jew assenza ta’ glutina
jekk l-età  indikata li minnha ’l fuq il-prodott jista’
jittieħed hija ta’ is-sitt xhur;
 IKEL IPPROĊESSAT B’BAŻI TA’ ĊEREALI U 
IKEL IEĦOR GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR ġ L.S.231.39 3
(ċ) il-valur ta’ enerġija disponibbli espress bħala kJ jew
kcal, u l-proteina, karboidrati u kontenut lipidu,
espressi f’forma numerika, kull 100 g jew 100 ml tal-
prodott kif mibjugħ u, fejn hu adatt, kull kwantità
speifikata tal-prodott kif propost għall-konsum;
(d) il-kwantità  medja ta’ kull sustanza minerali u ta’ kull
vitamina regolata b’livell speċifiku fl-Ewwel u t-Tieni
Skeda rispettivament, espressi f’forma numerika, kull
100 g jew 100 ml tal-prodott kif mibjugħ u, fejn hu
adatt, kull kwantità  speċifikata tal-prodott kif propost
għall-konsum;
(e) istruzzjonijiet għal preparazzjoni adattata, meta
meħtieġ, u dikjarazzjoni dwar l-importanza li wieħed
jimxi ma’ dawk l-istruzzjonijiet.
5.2 It-tikketta jista’ jkollha fuqha:
(a) il-kwantità  medja tan-nutrienti mniżżlin fir-Raba’
Skeda meta din id-dikjarazzjoni m’hix koperta mid-
disposizzjonijiet tar-regolament 5.1(d), espressa
f’forma numerika, kull 100 g jew 100 ml tal-prodott
kif mibjugħ u, fejn hu adatt, kull kwantità  speċifikata
tal-prodott kif propost għall-konsum;
(b) b’żjieda ma’ l-informazzjoni numerika, informazzjoni
fuq vitamini u minerali murija fil-Ħames Skeda,
espressa bħala perċentwali tal-valuri ta’ referenza
mogħtijin hemmhekk, kull 100 g jew 100 ml tal-
prodott kif mibjugħ u, fejn ikunu adatt, kull kwantità
speċifikata tal-prodott kif propost għall-konsum,
sakemm il-kwantitajiet preżenti huma għall-inqas
ugwali għal 15% tal-valuri ta’ referenza.
4 L.S.231.39 ħ
 IKEL IPPROĊESSAT B’BAŻI TA’ ĊEREALI U 
IKEL IEĦOR GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR
L-EWWEL SKEDA
Kompożizzjoni Essenzjali ta’ Ikel Ipproċessat ibbażat fuq Ċereali 
għat-Trabi u Tfal Żgħar
Dawn il-ħtiġiet dwar nutrijenti jirreferu għall-prodotti lesti għall-
użu mqegħdin fis-suq bħala tali jew rikostitwiti skond l-
istruzzjonijiet tal-manifattur.
l. Kontenut ta’ Ċereali
Ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali hu ppreparat
primarjament minn waħda jew aktar ċereali mitħunin u/jew prodotti
b’għeruq li fihom il-lamtu.
L-ammont ta’ ċereali u/jew għeruq li fihom il-lamtu ma
għandux ikun inqas minn 25% tat-taħlita finali mkejla skond piż
niexef.
2. Proteina
2.1 Fil-każ ta’ prodotti msemmija fir-regolament 2.1(a)(ii) u
(a)(iv), il-kontenut ta’ proteina ma għandux jaqbeż 1.3 g/100 kJ
(5.5 g/100 kcal).
2.2 Fil-każ ta’ prodotti msemmija fir-regolament 2.1(a)(ii), il-
proteina miżjuda ma għandhiex tkun inqas minn 0.48 g/100 kJ (2 g/
100 kcal).
2.3 Fil-każ ta’ gallettini msemmija fir-regolament 2.1(a)(iv),
maħdumin b’żieda ta’ ikel li fih livell għoli ta’ proteina, u
ppreżentati bħala tali, il-proteina miżjuda ma għandhiex tkun inqas
minn 0.36 g/100 kJ (l.5 g/100 kcal).
2.4 L-indiċi kimiku tal-proteina miżjuda għandu jkun mill-
anqas daqs 80% ta’ dak tal-proteina li għaliha ssir referenza
(kaseina kif definita fit-Tielet Skeda), jew il-proporzjon ta’
enerġija ta’ proteina (PER) tal-proteina fit-taħlita għandu jkun mill-
anqas daqs 70% ta’ dak tal-proteina li għaliha ssir referenza. F’kull
każ, iż-żieda ta’ aċidi aminiċi hi permessa biss biex ittejjeb il-valur
nutrittiv tat-taħlita tal-proteina, u biss f’kull proporzjon meħtieġ
għal dak l-iskop.
3. Karboidrati
3.1 Jekk zokkor tal-kannamieli, zokkor tal-meraq tal-frott, u
zokkor simili, glukożju, xropp tal-glukożju jew għasel jiżdiedu
mal-prodotti msemmija fir-regolament 2.1(a)(i) u (a)(iv):
- l-ammont ta’ karboidrati miżjuda minn dawn is-sorsi
ma għandux jaqbeż 1.8 g/100 kJ (7.5 g/100 kcal),
- l-ammont ta’ zokkor tal-meraq tal-frott u zokkor simili
miżjud ma għandux jaqbeż 0.9 g/100 kJ (3.75 g/100
kcal).
3.2 Jekk iz-zokkor tal-kannamieli, zokkor tal-meraq tal-frott, u
zokkor simili, xropp tal-glukożju jew għasel jiżdiedu mal-prodotti
msemmija fir-regolament 2.1(a)(ii):
- l-ammont ta’ karboidrati miżjuda minn dawn l-għejun
ma għandux jaqbeż 1.2 g/100 kJ (5 g/100 kcal),
- l-ammont ta’ zokkor tal-meraq tal-frott u zokkor simili
miżjud ma għandux jaqbeż 0.6 g/100 kJ (2.5 g/100
kcal).
4. Lipidi
 IKEL IPPROĊESSAT B’BAŻI TA’ ĊEREALI U 
IKEL IEĦOR GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR ġ L.S.231.39 5
4.1 Fil-każ ta’ prodotti msemmija fir-regolament 2.1(a)(i) u
(a)(iv), il-kontenut ta’ lipidi ma għandux jaqbeż 0.8 g/100 kJ (3.3
g/100 kcal).
4.2 Fil-każ ta’ prodotti msemmija fir-regolament 2.1(a)(ii), il-
kontenut ta’ lipidi ma għandux jaqbeż 1.1 g/100 kJ (4.5 g/100
kcal). Jekk il-kontenut ta’ lipidi jaqbeż 0.8 g/100 kJ (3.3 g/100
kcal):
(a) l-ammont ta’ aċidu lawriku ma għandux jaqbeż 15%
tat-total tal-kontenut ta’ lipidi;
(b) l-ammont ta’ aċidu miristiku ma għandux jaqbeż 15%
tat-total tal-kontenut ta’ lipidi;
(ċ) l-ammont ta’ aċidu linolejiku (f’forma ta’ gliċeridi =
linoleati) ma għandux ikun inqas minn 70 mg/100 kJ
(300 mg/100 kcal) u ma għandux jaqbeż 285 mg/ 100
kJ (1,200 mg/ 100 kcal) .
5. Minerali
5.1 Sodju
- mlieħ tas-sodju jistgħu jiżdiedu biss ma’ ikel ipproċessat
ibbażat fuq ċereali għal skopijiet teknologiċi,
- il-kontenut ta’ sodju ta’ ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali
ma għandux jaqbeż 25 mg/100 kJ (100 mg/kcal).
5.2 Kalċju
5.2.1 Fil-każ ta’ prodotti msemmija fir-regolament 2.1(a)(ii),
l-ammont ta’ kalċju ma għandux ikun inqas minn 20 mg/100 kJ (80
mg/100 kcal).
5.2.2 Fil-każ ta’ prodotti msemmija fir-regolament
2.1(a)(iv), manifatturati biż-żieda ta’ ħalib (gallettini tal-ħalib) u
ppreżentati bħala tali, l-ammont ta’ kalċju ma għandux ikun inqas
minn 12 mg/100 kJ (50 mg/100 kcal).
6. Vitamini
6.1 Fil-każ ta’ ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali, l-ammont
ta’ tiamina ma għandux ikun inqas minn 25 µ g/100 kJ (100 µ g/100
kcal) .
6.2 Fil-każ ta’ prodotti msemmija fir-regolament 2.1(a)(ii):
Dawn il-limiti huma applikabbli wkoll jekk Vitamini A u D
jiżdiedu ma’ ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali oħra.
Kull 100 kJ Kull 100 kcal
Minimu Massimu Minimu Massimu
Vitamina A (µ g RE)1 14 43 60 180
Vitamina D (µ g)2 0.25 0.75 1 3
1 RE = l-ekwivalenti trans retinol kollha.
2 Fil-forma ta’ kolekalċiferol, minn liema 10 µ g = 400 i.u. ta’ vitamina D.
6 L.S.231.39 ħ
 IKEL IPPROĊESSAT B’BAŻI TA’ ĊEREALI U 
IKEL IEĦOR GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR
IT-TIENI SKEDA
Kompożizzjoni Essenzjali ta’ Ikel tat-Trabi għal Trabi u Tfal Żgħar
Il-ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu ma’ nutrijenti jirreferu għall-
prodotti lesti għall-użu, mqegħdin fis-suq bħala tali jew rikostitwiti
skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
l. Proteina
1.1 Jekk l-ingredjenti msemmija fl-isem tal-prodott huma biss
laħam, tjur, ħut, il-ġewwieni ta’ annimali u sorsi tradizzjonali oħra
ta’ proteina, allura:
- il-laħam, tjur, ħut, il-ġewwieni ta’ annimali u sorsi
tradizzjonali oħra ta’ proteina msemmija b’kollox
għandhom jikkostitwixxu mhux inqas minn 40% skond
il-piż tal-prodott kollu,
- kull laħam, tjur, ħut, il-ġewwieni ta’ annimali u sorsi
tradizzjonali oħra ta’ proteina għandu jikkostitwixxi
mhux inqas minn 25% skond il-piż tat-total ta’ sorsi
ta’ proteini msemmija,
- it-total ta’ proteini mis-sorsi imsemmija m’għandux
ikun inqas minn 1.7 g/100 kJ (7 g/100 kcal).
1.2 Jekk laħam, tjur, ħut, il-ġewwieni ta’ annimali u għejun
tradizzjonali oħra ta’ proteina, wieħed wieħed jew f’taħlita,
jissemmew l-ewwel fl-isem tal-prodott, kemm jekk il-prodott hu
ppreżentat bħala ikla kemm jekk le, allura:
- il-laħam, tjur, ħut, il-ġewwieni ta’ annimali u għejun
tradizzjonali oħra ta’ proteina msemmija b’kollox
għandhom jikkostitwixxu mhux inqas minn 10% skond
il-piż tal-prodott kollu,
- kull laħam, tjur, ħut, il-ġewwieni ta’ annimali u għejun
tradizzjonali oħra ta’ proteina għandu jikkostitwixxi
mhux inqas minn 25% skond il-piż tat-total ta’ sorsi
ta’ proteini msemmija,
- il-proteina mis-sorsi imsemmija m’għandhiex tkun
inqas minn 1 g/100 kJ (4 g/100 kcal).
1.3 Jekk kull laħam, tjur, ħut, il-ġewwieni ta’ annimali u sorsi
tradizzjonali oħra ta proteina, wieħed wieħed jew f’taħlita,
jissemmew fl-isem tal-prodott, iżda ma jissemmewx l-ewwel,
kemm jekk il-prodott hu ppreżentat bħala ikla kemm jekk le, allura:
- il-laħam, tjur, ħut, il-ġewwieni ta’ annimali u sorsi
tradizzjonali oħra ta’ proteina msemmija b’kollox
għandhom jikkostitwixxu mhux inqas minn 8% skond
il-piż tal-prodott kollu,
- kull laħam, tjur, ħut, il-ġewwieni ta’ annimali u sorsi
tradizzjonali oħra ta’ proteina għandu jikkostitwixxi
mhux inqas minn 25% skond il-piż tat-total ta’ sorsi
ta’ proteini msemmija,
- il-proteina mis-sorsi msemmija m’għandhiex tkun
inqas minn 0.5 g/100 kJ (2.2 g/100 kcal),
 IKEL IPPROĊESSAT B’BAŻI TA’ ĊEREALI U 
IKEL IEĦOR GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR ġ L.S.231.39 7
- it-total ta’ proteina fil-prodott mis-sorsi kollha
m’għandhiex tkun inqas minn 0.7 g/100 kJ (3 g/100
kcal).
1.4 Jekk il-prodott hu deskritt fuq it-tikketta bħala ikla, imma
laħam, tjur, ħut, il-ġewwieni ta’ annimali u sorsi tradizzjonali oħra
ta’ proteina ma jissemmewx fl-isem tal-prodott, allura:
- it-total ta’ proteina fil-prodott mis-sorsi kollha
m’għandhiex tkun inqas minn 0.7 g/100 kJ (3 g/100
kcal).
1.5 Iż-żjieda ta’ aċidi aminiċi hi permessa biss biex ittejjeb il-
valur nutrittiv tal-proteina preżenti, u biss fil-proporzjonijiet
meħtieġa għal dak l-iskop.
1.6 Jekk jissemma l-ġobon flimkien ma’ ingredjenti oħra fl-
isem ta’ prodott ta’ togħma tajba, kemm jekk il-prodott ikun
ippreżantat bħala ikla kemm jekk le, allura:
- il-proteina minn sorsi ta’ ħalib m’għandhiex tkun
inqas minn 0.5 g/100 kJ (2.2 g/100 Kcal)
- it-total ta’ proteina fil-prodott mis-sorsi kollha
m’għandux ikun inqas minn  0.7 g/100 kJ (3 g/100
Kcal).
1.7 Zlazi ppreżentati bħala kontorn ma’ ikla huma eżenti mill-
ħtiġiet tal-paragrafi 1.1 sa 1.4.
1.8 Ikliet ħelwin li jsemmu prodotti tal-ħalib bħala l-ewwel
jew l-uniku ingredjent fl-isem għandu jkollhom mhux inqas minn
2.2 g proteina tal-ħalib/100 kcal. L-ikliet ħelwin l-oħra kollha
huma eżenti mill-ħtiġiet tat-taqsimiet 1.1 sa 1.4.
2. Karboidrati
Il-kwantitajiet ta’ totali ta’ karboidrati preżenti f’meraq u
nettari tal-frott u l-ħaxix, ikliet ta’ frott biss, u deżerti jew pudini
m’għandhomx jaqbżu:
- 10 g/100 ml fil-każ ta’ meraq tal-ħaxix u xarbiet
ibbażati fuqhom,
- 15 g/100 ml fil-każ ta’ meraq u nettari tal-frott u
xarbiet ibbażati fuqhom,
- 20 g/100 g fil-każ ta’ ikliet ta’ frott biss,
- 25 g/100 g fil-każ ta’ deżerti u pudini,
- 5 g/100 g fil-każ ta’ xarbiet oħra mhux ibbażati fuq
ħalib.
3. Xaħam
3.1 Fil-każ ta’ prodotti li hemm referenza għalihom fil-
paragrafu 1.1 ta’ din l-Iskeda:
Jekk l-ingredjenti huma biss laħam jew ġobon jew
jissemmew l-ewwel fl-isem tal-prodott, allura:
- it-total ta’ xaħam fil-prodott mis-sorsi kollha
m’għandux jaqbeż il-1.4 g/100 kJ (6 g/100 kcal).
3.2 Fil-każ tal-prodotti l-oħra kollha:
8 L.S.231.39 ħ
 IKEL IPPROĊESSAT B’BAŻI TA’ ĊEREALI U 
IKEL IEĦOR GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR
- it-total ta’ xaħam fil-prodott mis-sorsi kollha
m’għandux jaqbeż il-1.1 g/100 kJ (4.5 g/100 kcal).
4. Sodju
4.1 Il-kontenut ta’ sodju finali fil-prodott għandu jkun jew
mhux aktar minn 48 mg/100 kJ (200 mg/100 kcal) jew mhux aktar
minn 200 mg kull 100 g. Madankollu, jekk il-ġobon ikun l-uniku
ingredjent imsemmi fl-isem tal-prodott, il-kontenut ta’ sodju finali
fil-prodott m’għandux ikun aktar minn 70 mg/100 kJ (300 mg/100
kcal).
4.2 Mlieħ tas-sodju jistgħu ma jiżdidux ma’ prodotti bbażati
fuq frott, lanqas ma’ deżerti, pudini ħlief għal skopijiet teknoloġiċi.
5. Vitamini
Vitamina Ċ
F’meraq tal-frott, nettaru jew meraq tal-ħaxix, il-kontenut
finali ta’ Vitamina  fil-prodott għandu jkun jew mhux inqas minn 6
mg/100 kJ (25 mg/100 kcal) jew mhux inqas minn mg kull 100g.
Vitamina A
F'meraq tal-ħaxix, il-kontenut finali ta’ Vitamina A fil-
prodott m’għandux ikun inqas minn 25 µ g RE/100 kJ (100 µ g RE/
100 kcal).*
Vitamina A m’għandhiex tiżdied ma’ ikel tat-trabi ieħor.
Vitamina D
Vitamina D m’għandhiex tiżdied ma’ ikel tat-trabi ieħor.
IT-TIELET SKEDA
Kompożizzjoni Aċidu Aminika tal-Kaseina
*RE = l-ekwivalenti trans retinol kollha.
g kull 100 g ta’ proteina
Arġinina 3.7
Ċistina 0.3
Istidina 2.9
Isolewċina 5.4
Lewċina 9.5
Lisina 8.1
Metionina 2.8
Fenilalanina 5.2
Treonina 4.7
Triptofan 1.6
Tirosina 5.8
Valina 6.7
 IKEL IPPROĊESSAT B’BAŻI TA’ ĊEREALI U 
IKEL IEĦOR GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR ġ L.S.231.39 9
IR-RABA’ SKEDA
Sustanzi Nutrittivi
1. Vitamini
Vitamina A
Retinol
Aċetat tar-Retinil
Palmitat tar-Retinil
Beta karotin
Vitamina D
Vitamina D2 (ergokaliferol)
Vitamina D3 (kolekaliferol)
Vitamina B1
Idroklorur tat-tiamina
Mononitrat tat-tiamina
Vitamina B2
Riboflavine
Riboflavin-5'-fosfat, sodju
Niaċina
Nikotinamid
Aċidu nikotiniku
Vitamina B6
Idroklorur tal-piridoksina
Piridoksina-5-fosfat
Diplamitat tal-piridoksina
Aċidu Pantoteniku
D-pantotenat, kalċju
D-pantotenat, sodju
Dekspantenol
Folat
Aċidu Foliku
10 L.S.231.39 ħ
 IKEL IPPROĊESSAT B’BAŻI TA’ ĊEREALI U 
IKEL IEĦOR GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR
Vitamina B12
Ċjanokobalamin
Idrossokobalamin
Biotin
D-biotin
Vitamina C
L-Aċidu askorbiku
Sodju L-Askorbat
Kalċju L-Askorbat
6-Palmitil-L-aċidu askorbiku (palmitat ta’ l-askorbil)
Askorbat tal-potassju
Vitamina K
Fillokinina (Fitomenadione)
Vitamina E
D-alfa tokoferol
DL-alfa tokoferol
Aċetat tad-D-alfa tokoferol 
Aċetat  tad-DL-alfa tokoferol 
2. Aċidi amminiċi
L-arġinina (u idroklorur)
L-ċistina (u idroklorur)
L-istidina (u idroklorur)
L-isolewċina (u idroklorur)
L-lewċina (u idroklorur)
L-lisina (u idroklorur)
L-ċisteina (u idroklorur)
L-metionina
L-fenilalanina
L-treonina
L-triptofan
L-tirosina
L-valina
 IKEL IPPROĊESSAT B’BAŻI TA’ ĊEREALI U 
IKEL IEĦOR GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR ġ L.S.231.39 11
3. Oħrajn
Kolina
Klorur tal-Kolina
itrat tal-Kolina
Bitartrat tal-Kolina
Inositol
L-Karnitina
Idroklorur ta' L-Karnitina 
4. Mlieħ ta’ minerali u elementi ta’ traji
Kalċju
Karbonat tal-kalċju
Klorur tal-kalċju
Mlieħ tal-kalċju ta’ aċidu ċitriku
Glukonat tal-kalċju 
Glierofosfat tal-kalċju
Lattat tal-kalċju
Ossidu tal-kalċju
Idrossidu tal-kalċju
Mlieħ tal-kalċju ta’ aċidu ortofosforiku
Magneżju
Karbonat tal-magnesju
Klorur tal-magnesju
Mlieħ tal-magnesju ta’ aċidu ċitriku
Glukonat tal-magnesju 
Ossidu tal-magnesju
Idrossidu tal-magnesju
Mlieħ tal-magnesju ta’ aċidu ortofosforiku
Sulfat tal-magnesju 
Lattat tal-magnesju
Glierofosfat tal-magnesju
Potassju
Klorur tal-potassju
Mlieħ tal-potassju ta’ aċidu ċitriku
Glukonat tal-potassju
12 L.S.231.39 ħ
 IKEL IPPROĊESSAT B’BAŻI TA’ ĊEREALI U 
IKEL IEĦOR GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR
Lattat tal-potassju
Gliċerofosfat tal-potassju
Ħadid
Ċitrat tal-ħadid (II)
Ċitrat ta’ l-ammonju tal-ħadid (III)
Glukonat tal-ħadid (II)
Lattat tal-ħadid (II)
Sulfat tal-ħadid (II)
Fumarat tal-ħadid (II)
Difosfat tal-ħadid (pirofosfat tal-ħadid (III))
Ħadid elementali (karbonil + elettrolitiku + ridott bl-idroġenu)
Sakkarat tal-ħadid (III)
Difosfat tal-ħadid tas-sodju
Karbonat tal-ħadid (II)
Ram
Kumpless tar-ram (ii) u lisina
Karbonat tar-ram (II)
Ċitrat tar-ram (II)
Glukonat tar-ram (II)
Sulfat tar-ram (II)
Żingu
Aċetat taż-żingu
Ċitrat taż-żingu
Lattat taż-żingu
Sulfat taż-żingu
Ossidu taż-żingu
Glukonat taż-żingu
Manganiż
Karbonat tal-Manganiż
Klorur tal-Manganiż
Ċitrat tal-Manganiż
Glukonat tal-Manganiż
Sulfat tal-Manganiż
 IKEL IPPROĊESSAT B’BAŻI TA’ ĊEREALI U 
IKEL IEĦOR GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR ġ L.S.231.39 13
Gliċerofosfat tal-Manganiż
Jodju
Jodur tas-sodju
Jodur tal-potassju
Jodat tal-potassju
Jodat tas-sodju
IL-ĦAMES SKEDA
Valuri ta’ Referenza għal Tikkettjar b’Tagħrif Nutrittiv għal Ikel 
intiż għal Trabi u Tfal Żgħar
Nutrijent Valur ta’ Referenza għal Tikket-
tjar
Vitamina A (µ g) 400
Vitamina D (µ g) 10
Vitamina C (mg) 25
Tiamina (mg) 0.5
Riboflavin (mg) 0.8
Ekwivalenti tan-Niaċina (mg) 9
Vitamina B6 (mg) 0.7
Folat (µ g) 100
Vitamina B12 (µ g) 0.7
Kalċju (mg) 400
Ħadid (mg) 6
Żingu (mg) 4
Jodju (µ g) 70
Selenju (µ g) 10
Ram (mg) 0.4
14 L.S.231.39 ħ
 IKEL IPPROĊESSAT B’BAŻI TA’ ĊEREALI U 
IKEL IEĦOR GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR
IS-SITT SKEDA
Limiti Massimi għal Vitamini, Minerali u Elementi ta’ Traji, jekk 
miżjudin, f’Ikel Ipproċessat bbażat fuq Ċereali u Ikel għat-Trabi 
maħsub għat-Trabi u Tfal Żgħar
Il-ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu man-nutrijenti jirreferu għall-
prodotti lesti biex jintużaw, mqegħdin fis-suq bħala tali jew
rikostitwiti skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur, minbarra l-
potassju u l-kalċju li fil-każ tagħhom jirreferu għall-prodott kif
mibjugħ.
Nutrijent Massimu kull 100 kcal
Vitamina A (µ g) RE 1801
Vitamina E (mg a-TE) 3
Vitamina C (mg)  12.5/252/1253
Tiamina (mg)  0.25/0.54
Riboflavin (mg)  0.4
Niaċin (mg NE) 4.5
Vitamina B6 (mg)  0.35
Aċidu Foliku (µ g)  50
Vitamina B12 (µ g)  0.35
Aċidu Pantoteniku (mg) 1.5
Biotin (µ g) 10
Potassju (mg) 160
Kalċju (mg)  80/1605/1006
Magneżju (mg) 40
Ħadid (mg)  3
Żingu (mg)  2
Ram (µ g) 40
Iodju (µ g) 35
Manganiż (mg) 0.6
1 Skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Ewwel u tat-Tieni Skedi.
2 Limitu applikabbti għal ikliet ibbażati fuq frott u għal prodotti msaħħin bil-
ħadid.
3 Limitu applikabbli għal meraq tal-frott, nettari u meraq tal-ħaxix.
4 Limitu applikabbli għat ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali.
5 Limitu applikabbli għal prodotti msemmija fir-regolament 2.1(a)(ii).
6 Limitu applikabbli għal prodotti msemmija fir-regolament 2.1(a)(iv).
