IKEL INTIŻ GĦALL-UŻU F’DIETI RISRETTI 
FL-ENERĠIJA GĦAT-TNAQQIS FIL-PIŻ ġ L.S.231.40 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.40
REGOLAMENTI DWAR IKEL INTIŻ GĦALL-UŻU 
F’DIETI RISRETTI FL-ENERĠIJA
GĦAT-TNAQQIS FIL-PIŻ
31 ta’ Marzu, 1999
L-Avviż Legali 1 ta’ l-1999.
Titolu.
Intiż għall-Użu f’Dieti Ristretti fl-Enerġija għat-Tnaqqis fil-Piż.
Applikabilità  ta’ 
dawn ir-
regolamenti.
2.1. Dawn ir-regolamenti jirrigwardaw ħtiġiet ta’
kompożizzjoni u ta’ ittikkettjar għal ikel għal skop nutrittiv
partikolari intiż għall-użu f’dieti ristretti fl-enerġija għat-tnaqqis
fil-piż, u li jiġi ppreżentat bħala tali.
2.2. Dawn ir-regolamenti ma japplikawx għal kull ikel intiż
speċifikament għal persuni li jkunu qed ibatu minn xi diżordni fil-
metaboliżmu tal-karboidrati, bħalma hi d-dijabete.
Tifsir.
enerġija għat-tnaqqis fil-piż huwa ikel magħmul għal ta’ l-apposta
li, meta jintuża skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur, jieħu post id-
dieta sħiħa ta’ kuljum jew parti minnha. Dan l-ikel jinqasam f’żewġ
kategoriji:
(a) prodotti ppreżentati bħala li jieħdu post id-dieta sħiħa
ta’ kuljum;
(b) prodotti ppreżentati bħala li jieħdu post ikla waħda jew
iktar fid-dieta ta’ kuljum.
Bejgħ ta’ ikel għal 
użu f’dieti ristretti 
fl-enerġija għat-
tnaqqis fil-piż.
4.1. Ħadd ma jista’ jimmanifattura, jimporta, ibiegħ, iżomm
għall-bejgħ jew b’xi mod ieħor iqassam xi ikel intiż għall-użu
f’dieti ristretti fl-enerġija għat-tnaqqis fil-piż jekk dan ma
jikkonformax mal-ħtiġiet ta’ dawn ir-regolamenti.
4.2. Il-partijiet individwali kollha li jiffurmaw prodotti
ppreżentati bħala li jieħdu post id-dieta sħiħa ta’ kuljum, meta
jinbiegħu, għandhom ikunu jinstabu fl-istess pakkett.
Kriterji ta’ 
kompożizzjoni.
5.1. L-ikel li jaqa’ taħt dawn ir-regolamenti għandu jkun
jikkonforma mal-kriterji ta’ kompożizzjoni speċifikati fl-Ewwel
Skeda.
Ittikkjettjar ta’ ikel 
għal dieti ristretti 
fl-enerġija għat-
tnaqqis fil-piż.
6.1. L-isem li bih jinbiegħ il-prodott għandu jkun:
(a) għal prodotti li jaqgħu taħt ir-regolament 3.1(a),
"Sostitut għad-dieta kollha għall-kontroll fil-piż";
(b) għal prodotti li jaqgħu taħt ir-regolament 3.1(b),
"Sostitut ta’ ikla għall-kontroll fil-piż".
L.S.231.27
6.2. It-tikketta tal-prodotti involuti għandu jkollha fuqha,
b’żieda ma’ dak li hu pprovdut fir-Regolamenti dwar Twaħħil ta’
Tikketti, Preżentazzjoni u Riklamar ta’ Oġġetti ta’ l-Ikel, il-
partikolaritajiet mandatorji li ġejjin:
(a)  l-valur ta’ enerġija ottjenibbli espress bħala kJ u bħala
2 L.S.231.40 ħ
IKEL INTIŻ GĦALL-UŻU F’DIETI RISRETTI 
FL-ENERĠIJA GĦAT-TNAQQIS FIL-PIŻ
kcal, u l-kontenuti ta’ protejini, karboidrati u xaħam,
mogħtija f’forma numerika, għal kull kwantità
speċifikata tal-prodott lest għall-użu kif propost għall-
konsum;
(b) il-kwantità  medja ta’ kull sustanza minerali u ta’ kull
vitamina li għaliha huma stipulati ħtiġiet mandatorji
fil-paragrafu 5 ta’ l-Ewwel Skeda, espressa f’forma
numerika, għal kull kwantità  speċifikata tal-prodott
lest għall-użu kif propost għall-konsum. B’żieda,
għall-prodotti msemmija fir-regolament 3.l(b), l-
informazzjoni dwar il-vitamini u minerali mniżżla fit-
tabella tal-paragrafu 5 ta’ l-Ewwel Skeda għandha
wkoll tiġi espressa bħala perċentwali tal-valuri kif
mogħtija fit-Tielet Skeda;
(ċ) istruzzjonijiet għal preparazzjoni xierqa, meta jkunu
meħtieġa, u stqarrija dwar l-importanza li wieħed
jimxi ma’ dawk l-istruzzjonijiet;
(d) jekk prodott, meta dan jintuża skond l-istruzzjonijiet
tal-manifattur, jipprovdi konsum ta’ polyols ta’ iktar
minn 20 g kuljum, għandha ssir stqarrija dwar il-fatt li
l-ikel jista’ jikkawża l-ippurgar;
(e) stqarrija dwar l-importanza li wieħed jikkonsma
kwantità  adekwata ta’ fluwidi kuljum;
(f) għall-prodotti msemmija fir-regolament 3.l(a):
(i) stqarrija li l-prodott jipprovdi ammonti adekwati
tan-nutrijenti essenzjali kollha għall-ġurnata;
(ii) stqarnja li l-prodott m’għandux jintuża għal iktar
minn tlett ġimgħat mingħajr parir mediku;
(g) għall-prodotti msemmija fir-regolament 3.l(b),
stqarrija dwar il-fatt li l-prodotti huma utli għal dak l-
iskop biss bħala parti minn dieta ristretta fl-enerġija u
li ħwejjeġ oħra ta’ l-ikel għandhom ikunu parti
neċessarji minn dik id-dieta.
6.3. L-ittikkettjar, reklamar u preżentazzjoni tal-prodotti
involuti m’għandhom jagħmlu ebda referenza għar-rata jew għall-
ammont ta’ telf fil-piż li jistgħu jirriżultaw mill-użu tagħhom jew
għal xi tnaqqis fis-sens ta’ ġuħ jew xi żieda fis-sens ta’ xaba’.
L-EWWEL SKEDA
Kompożizzjoni Essenzjali ta’ Ikel għal Dieti Ristretti fl-Enerġija
L-ispeċifikazzjonijiet jirreferu għall-prodotti lesti għall-użu,
mibjugħa bħala tali jew rikostitwiti skond l-istruzzjonijiet tal-
manifattur.
l. Enerġija
1.1 L-enerġija pprovduta minn xi prodott imsemmi fir-
regolament 3.1(a) m’għandiex tkun inqas minn 3,360 kJ (800 kcal)
IKEL INTIŻ GĦALL-UŻU F’DIETI RISRETTI 
FL-ENERĠIJA GĦAT-TNAQQIS FIL-PIŻ ġ L.S.231.40 3
u m’għandiex taqbeż 5,040 kJ (l,200 kcal) għar-razzjon totali ta’
kuljum.
1.2 L-enerġija pprovduta minn xi prodott imsemmi fir-
regolament 3.l(b) m’għandiex tkun inqas minn 840 kJ (200 kcal) u
m’għandiex taqbeż 1,680 kJ (400 kcal) għal kull ikla.
2. Protejina
2.1 Il-protejina fil-prodotti msemmija fir-regolament 3.1(a) u
(b) għandha tipprovdi mhux inqas minn 25% u mhux iktar minn
50% ta’ l-enerġija totali tal-prodott. F’kull każ l-ammont ta’
protejina fil-prodotti msemmija fir-regolament 3.1(a) m’għandux
jaqbeż 125 g.
2.2 Il-provvedimenti dwar il-protejina hawn aktar qabel
imsemmija jirreferu għal protejina li l-indiċi kimiku tagħha huwa
daqs dak tal-protejina ta’ referenza FAO/WHO (1985) li hemm fit-
Tieni Skeda. Jekk l-indiċi kimiku jkun inqas minn 100% ta’ dik tal-
protejina ta’ referenza, il-livelli minimi ta’ protejina għandhom
jiżdiedu b’mod li jiġu jikkorrispondu. F’kull każ l-indiċi kimiku
tal-protejina għandu ta’ lanqas ikun daqsinsew 80% ta’ dik tal-
protejina ta’ referenza.
2.3 L-"indiċi kimiku" tfisser l-inqas mir-ratios ta’ bejn il-
kwantità  ta’ kull amino aċidu essenzjali tal-protejina taħt il-prova,
u l-kwantità  ta’ l-amino aċidu korrispondenti, fil-protejina ta’
referenza.
2.4 F’kull każ, iż-żieda ta’ amino aċidi hija permessa biss
għall-iskop li jitjieb il-valur nutrittiv tal-protejini, u biss fil-
proporzjonijiet meħtieġa għal dak l-iskop.
3. Xaħam
3.1 L-enerġija li ġejja mix-xaħam m’għandiex taqbeż 30% ta’
l-enerġija totali ottjenibbli totali tal-prodott.
3.2 Għall-prodotti msemmija fir-regolament 3.l (a), il-kontenut
ta’ aċidu linolejiku (fil-forma ta’ gliċeridi) m’għandux ikun inqas
minn 4.5 g.
3.3 Għall-prodotti msemmija fir-regolament 3.l(b), l-aċidu
linolejiku (fil-forma ta’ gliċeridi) m’għandux ikun inqas minn 1 g.
4. Fibra dietetika
Il-kontenut ta’ fibra dietetika tal-prodotti msemmija fir-
regolament 3.1(a) m’għandux ikun inqas minn 10 g u m’għandux
jaqbeż 30 g għar-razzjon ta’ kuljum.
5. Vitamini u minerali
5.1 Il-prodotti msemmija fir-regolament 3.1(a) għandhom
jipprovdu għad-dieta sħiħa ta’ kuljum b’ta’ l-anqas 100% ta’ l-
ammonti ta’ vitamini u minerali mogħtija fit-Tabella li hawn f’din
l-lskeda.
5.2 Il-prodotti msemmija fir-regolament 3.1(b) għandhom
jipprovdu ta’ l-anqas 30% ta’ l-ammonti ta’ vitamini u minerali
mogħtija fit-Tabella għal kull ikla; madanakollu, l-ammont ta’
potassju għal kull ikla pprovdut minn dawn il-prodotti għandu jkun
4 L.S.231.40 ħ
IKEL INTIŻ GĦALL-UŻU F’DIETI RISRETTI 
FL-ENERĠIJA GĦAT-TNAQQIS FIL-PIŻ
ta’ l-anqas 500 mg.
IT-TIENI SKEDA
Pattern ta’ Ħtieġa ta’ Amino Aċidi1
Vitamina A µ g RE 700
Vitamina D µ g 5
Vitamina E mg-TE 10
Vitamina C mg 45
Thiamin mg 1.1
Riboflavin mg 1.6
Niacin mg-NE 18
Vitamina B6 mg 1.5
Folate µ g 200
Vitamina B12 µ g 1.4
Biotin µ g 15
Aċidu Pantoteniku mg 3
Kalċju mg 700
Fosforu mg 550
Potassju mg 3100
Ħadid mg 16
Żingu mg 9.5
Ramm mg 1.1
Jodju µ g 130
Selenju µ g 55
Sodju mg 575
Magneżju mg 150
Manganeżju mg 1
gl/00 g protejina
Cystine + methionine 1.7
Histidine 1 .6
Isoleucine 1.3
Leucine 1.9
Lysine 1.6
Phenylalanine + tyrosine 1.9
Threonine 0.9
Tryptophan 0.5
Valine 1.3
1 Organizazzjoni Dinjija tas-Sahha (WHO) Energy and protein requirements.
Rapport tal-Laqgha Konġunta FAO/WHO/UNU. Ġinevra: WHO, 1985
(WHO Technical Report Series, 724).
IKEL INTIŻ GĦALL-UŻU F’DIETI RISRETTI 
FL-ENERĠIJA GĦAT-TNAQQIS FIL-PIŻ ġ L.S.231.40 5
IT-TIELET SKEDA
Vitamini u Minerali u l-Ammont Rakkomandat ta’ Kuljum (RDA) 
tagħhom
Vitamina A µ g 800
Vitamina D µ g 5
Vitamina E mg 10
Vitamina C mg 60
Thiamine mg 1.4
Riboflavin mg 1.6
Niacin mg 18
Vitamina B6 mg 2
Folacin µ g 200
Vitamina B12 µ g 1
Biotin mg 0.15
Aċidu Pantoteniku mg 6
Kalċju mg 800
Fosforu mg 800
Ħadid mg 14
Magneżju mg 300
Żingu mg 15
Jodju µ g 150
