 SOLVENTI ESTRATTIVI FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.41 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.41
REGOLAMENTI DWAR SOLVENTI ESTRATTIVI
FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
27 ta’ April, 1999
L-Avviż Legali 25 ta’ l-1999.
Titolu.
Solventi Estrattivi fi Ħwejjeġ ta’ l-Ikel.
Tifsir.
tifsiriet, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma titlobx xort’oħra -
"solvent" tfisser kull sustanza li tħoll oġġett ta’ l-ikel jew xi
komponent tiegħu, inkluża kull sustanza li tikkontamina li tkun fi
jew fuq dak l-oġġett ta’ l-ikel; u
"solvent estrattiv" tfisser solvent li jintuża fi proċedura ta’
estrazzjoni waqt l-ipproċessar ta’ materjal grezz, ta’ oġġetti ta’ l-
ikel jew ta’ komponenti jew ingredjenti ta’ dawk il-prodotti, u li
jitneħħa imma li jista’ jirriżulta fil-preżenza mhux intenzjonata
imma li teknikament ma tistax tkun evitata ta’ residwi jew
derivattivi fl-oġġett ta’ l-ikel jew fl-ingredjent ta’ l-ikel.
Lista ta’ solventi 
estrattivi permessi.
3.1. Dawk is-sustanzi u materjali biss li huma permessi minn
dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw bħala solventi estrattivi fl-
ipproċessar ta’ materjal grezz, oġġetti ta’ l-ikel, komponenti ta’
ikel jew ingredjenti ta’ ikel u biss taħt kondizzjonijiet ta’ użu
speċifikati u fil-limiti ta’ l-ogħla residwu, jekk ikun il-każ.
3.2. Is-solventi estrattivi li ġejjin huma permessi għal kull użu,
skond il-prattika ta’ manifatturar tajba sakemm residwi jew
derivattivi li jistgħu jirriżultaw ikunu preżenti biss fi kwantitajiet li
teknikament ma jistgħux ikunu evitati u li ma jippreżentaw ebda
periklu għas-saħħa tal-bniedem:
Propan Aċeton*
Butan Ossidu Nitruż
Ethyl Acetate Diossidu tal-karbon
Ethanol
3.3. Is-solventi estrattivi li ġejjin jistgħu jintużaw biss
f’kondizzjonijiet ta’ użu speċifikati:
*L-użu ta’ l-aċeton fir-raffinar taż-żejt ta’ l-għadam taż-żebbuġ hu pprojbit.
Isem/Kondizzjoni ta’ użu
(deskrizzjoni fil-qosor kif issir l-
estrazzjoni)
Limiti ta’ l-ogħla residwu f’oġġeti ta’ 
l-ikel jew ingredjenti ta’ l-ikel estratti
Hexane1
2 L.S.231.41 ħ  SOLVENTI ESTRATTIVI FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
3.4. Is-solventi estrattivi li ġejjin jistgħu jintużaw biss
f’kondizzjonijiet ta’ użu speċifikati:
(Prodott kummerċjali li essenzjal-
ment jikkonsisti f’idrokarboni sat-
urati aċikliċi li fihom 6 atomi tal-
karbon u li jiddistilla f’temperat-
twa bejn 64º  C u 70º C)
Produzzjoni jew iffrazzjonar ta’ 
xaħmijiet u żjut u produzzjoni ta’ 
butir tal-kawkaw
1 mg/kg f’xaħam jew żejt jew butir 
tal-kawkaw
Preparazzjoni ta’ prodotti ta’ pro-
teina b’xaħam imneħħi u dqiq 
b’xaħam imneħħi
10 mg/kg f’ikel li jkun fih prodotti ta’ 
proteina b’xaħam imneħħi u dqiq 
b’xaħam
30 mg/kg fi prodotti tas-soja b’xaħam 
imneħħi kif mibjugħin lill-konsumatur 
aħħari
Preparazzjoni ta’ ġermi ta’ ċereali, 
b’xaħam imneħħi
5 mg/kg f’ġermi ta’ ċereali b’ xaħam 
imneħħi
Methyl acetate
Tneħħija tal-kaffeina minn kafè , 
jew tneħħija ta’ kull irritar u mrara 
minn kafè  u tè
20 mg/kg fil-kafè  jew tè
Produzzjoni ta’ zokkor minn 
melassa
1 mg/kg fiz-zokkor
Ethyl methyl ketone2
Frazzjonar ta’ xaħmijiet u żjut 5 mg/kg f’xaħam jew żejt
Tneħħija tal-kaffeina mill-kafè , 
jew tneħħija ta’ kull irritar u mrara 
minn kafè  u tè
20 mg/kg fil-kafè  jew tè
Dichloromethane
Tneħħija tal-kaffeina mill-kafè , 
jew tneħħija ta’ kull irritar u mrara 
minn kafè  u tè
2 mg/kg fil-kafè  inkaljat,
5 mg/kg fit-tè
Methanol
Kull użu 10 mg/kg
Propan-2-ol
Kull użu 10 mg/kg
1 L-użu flimkien ta’ hexane u ethyl methyl ketone hu pprojbit.
2 Il-preżenza ta’ n-hexane f’dan is-solvent m’għandhiex taqbeż il-50 mg/kg. Dan 
is-solvent ma jistax jintuża flimkien mal-hexane.
L-ogħla limiti ta’ residwu f’oġġetti
ta’ l-ikel minħabba l-użu ta’ solventi
estrattivi fil-preparazzjoni ta’ sapuri
minn sustanzi naturali li jagħtu t-
togħma
Etere diethyl 2mg/kg
Hexane3 1mg/kg
Cyclohexane 1mg/kg
 SOLVENTI ESTRATTIVI FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.41 3
Awtorizrazzjonijiet 
addizzjonali.
3.5. Hu permess l-użu ta’ sustanzi li jintużaw biex ikunu dilwiti
jew maħlula sapuri bħala solventi għall-estrazzjoni ta’ sapuri minn
sustanzi naturali li jagħtu togħma.
3.6. L-ilma, li jistgħu jkunu żdiedu miegħu sustanzi li
jirregolaw l-aċidità  jew l-alkalinità , dawk l-oġġetti ta’ l-ikel oħrajn
li għandhom proprjetajiet solventi, u l-ethanol, huma awtorizzati
bħala solventi estrattivi fil-manifattura ta’ oġġetti ta’ l-ikel jew ta’
ingredjenti ta’ l-ikel.
Applikabilità .
estrattivi użati jew maħsubin biex jintużaw fil-produzzjoni ta’
oġġetti ta’ l-ikel jew ta’ ingredjenti ta’ l-ikel.
4.2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw bla preġudizzju
għall-provvedimenti adottati taħt regolamenti aktar speċifiċi.
4.3. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw bl-istess mod
għal oġġetti ta’ l-ikel jew ingredjenti ta’ l-ikel importati ġewwa
Malta, u li jkunu intużaw solventi estrattivi fil-produzzjoni
tagħhom.
4.4. Dawn ir-regolamenti m’għandhomx japplikaw għal
solventi estrattivi jew għal oġġetti ta’ l-ikel maħsubin għall-
esportazzjoni minn Malta.
4.5. Dawn ir-regolamenti m’għandhomx japplikaw għal
solventi estrattivi li jintużaw fil-produzzjoni ta’ addittivi ta’ l-ikel,
vitamini u nutrimenti oħra sakemm dawn ma jkunux elenkati fir-
regolament 3.2, 3.3 u 3.4 u sakemm l-użu ta’ addittivi, vitamini u
nutrimenti oħra ma jwasslux biex l-oġġetti ta’ l-ikel jkun fihom
livelli ta’ residwu ta’ solventi estrattivi li jkunu perikolużi għas-
saħħa tal-bniedem.
Twaħħil ta’ 
tikketti.
5.1. Is-sustanzi mniżżlin fir-regolamenti 3.2, 3.3, u 3.4 u li
huma maħsubin biex jintużaw bħala solventi estrattivi f’oġġetti ta’
l-ikel jistgħu jitqegħdu fis-suq biss jekk l-ippakkjar, it-tikketti jew
il-kontenituri tagħhom ikollhom fuqhom l-informazzjoni li ġejja li
għandha tkun tidher ċar, tinqara tajjeb u ma titħassarx:
5.1.1 l-isem kummerċjali tas-sustanza kif imniżżel fir-
regolamenti 3.2, 3.3 u 3.4;
5.1.2 indikazzjoni ċara li l-materjal użat ikun ta’ kwalità
addattata biex tintuża fl-estrazzjoni ta’ l-ikel jew ta’ ingredjenti ta’
l-ikel;
5.1.3 referenza li tidentifika l-partita jew il-lott;
Methyl acetate 1mg/kg
Butan-l-ol 1mg/kg
Butan-2-ol 1mg/kg
Ethyl methyl ketone3 1mg/kg
Dichloromethane 0.02 mg/kg
Propan-l-ol 1mg/kg
1,1,1,2-tetrafluoroethane 0.02 mg/kg
3 L-użu flimkien ta’ hexane u ethyl methyl ketone hu pprojbit.
4 L.S.231.41 ħ  SOLVENTI ESTRATTIVI FI ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
5.1.4 l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-manifattur,
ta’ min ippakkja jew ta’ bejjiegħ stabbilit f’Malta;
5.1.5 il-kwantità  netta, fi kwantitajiet ta’ volum;
5.1.6 jekk meħtieġ, xi kondizzjoni ta’ tiħżin speċjali jew xi
kondizzjoni għall-użu.
5.2. L-informazzjoni speċifikata fir-regolamenti 5.1.3., 5.1.4,
5.1.5 u 5.1.6 tista’ tidher biss fuq dokumenti tan-negozju li
jkollhom x’jaqsmu mal-partita jew il-lott li għandhom jingħataw
mal-konsenja jew qabilha.
5.3. Il-provvedimenti stabbiliti f’dawn ir-regolamenti
għandhom japplikaw bla preġudizzju għal provvedimenti aktar
eżatti jew aktar wesgħin dwar piżijiet u qisien jew provvedimenti li
japplikaw għall-klassifikazzjoni, ippakkjar jew twaħħil ta’ tikketti
fuq sustanzi u preparamenti perikolużi.
5.4. Id-dettalji li hemm ipprovdut dwarhom f’dawn ir-
regolamenti għandhom jidhru bil-Malti, bl-Ingliż jew bit-Taljan.
Dan il-provvediment ma jeskludix li dawk id-dettalji jistgħu jidhru
wkoll f’ilsna oħra.
Kriterji ta’ purità . 6.1. Is-sustanzi u l-materjali li huma elenkati bħala solventi
estrattivi fir-regolamenti 3.2, 3.3 u 3.4 m’għandux ikollhom xi
ammonti tossoloġikament perikoluż ta’ xi element jew sustanza u,
sakemm ma jkunx hemm kriterji ta’ purità  speċifiċi li jitolbu
xort’oħra, m’għandux ikollhom aktar minn 1 mg/kg arseniku jew
aktar minn 1 mg/kg ċomb.
Periklu għas-
saħħa.
6.2. Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’ jissospendi
temporanjament jew jirrestrinġi l-użu ta’ xi solvent estrattiv jekk
ikun hemm raġunijiet dettaljati biex jistabbilixxi li l-użu f’oġġett
ta’ l-ikel ta’ sustanza jew ta’ livell ta’ wieħed jew aktar mill-
komponenti tas-solvent jista’ jipperikola s-saħħa tal-bniedem.
