STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT ġ L.S.231.43 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.43
REGOLAMENTI DWAR STABBILIMENTI
GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT
1 ta’ Jannar, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 255 ta’ l-2000.
Titolu.
Stabbilimenti għall-Ippakkettjar u Proċessar ta’ Ħut.
Tifsir.
titlobx xort’oħra:
"detentur ta’ liċenza" tfisser persuna li jkollha liċenza skond ir-
regolament 3 biex ikollu stabbiliment għall-ippakkettjar ta’
affarijiet ta’ l-akwakultura;
"grupp" tfisser dik il-kwantità  ta’ prodotti tal-ħut miksuba taħt
kondizzjonijiet prattikament identiċi;
"ilma baħar nadif’ tfisser ilma baħar li jkun ħieles minn
kontaminazzjoni mikrobijoloġika, sustanzi li jagħmlu l-ħsara jew
plankton tal-baħar tossiku li jkunu f’daqstant kwantitajiet li jistgħu
jkunu ta’ ħsara għall-kwalità  fis-saħħa ta’ prodotti ta’ l-
akwakultura;
"ilma tax-xorb" tfisser ilma ta’ tali kwalità  li jkun tajjeb għall-
konsum tal-bniedem;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-sajd u l-
akwakultura;
"parassit li jidher" tfisser parassit jew grupp parassiti b’qies,
kulur jew nisġa li tkun tidher bħala għalkollox distinta minn tessuti
tal-ħut u li tkun tidher mingħajr il-ħtiega ta’ xi mezz ta’ tkabbir fid-
dehra u taħt tidwil tajjeb biex jara l-bniedem;
"ppakkettjar" tfisser il-proċedura li biha prodotti tal-ħut jew ta’ l-
akwakultura jiġu protetti permezz ta’ materjal tat-tgeżwir,
kontenitur jew xi oġġett bħal dak;
"prodotti ta’ l-akwakultura" tfisser il-prodotti kollba tal-ħut li
jitwieldu u jitkabbru f’kondizzjonijiet kontrollati sakemm dawn
jitqegħdu fis-suq bħala ħwejjeġ ta’ l-ikel. Ħut li jinqabad fl-
ambjent naturali tiegħu meta jkun għadu f’żgħoritu u li jinżamm
f’oqsma għat-tiħxin sakemm jilħqu l-qies kummerċjali mixtieq
għall-konsum mill-bniedem, jitqiesu wkoll bħala prodotti ta’ l-
akwakultura. Madankollu, ma jitqiesux bħala tali jekk il-ħut
sempliċement jinżammu ħajjin biex jinbiegħu iktar tard mingħajr
ma jsir xejn biex jiżdied il-qies jew piż tagħhom;
"prodotti friski" tfisser prodott tal-ħut, sew sħiħ sew imħejji,
inklużi prodotti ppakkjati bil-vakwu, li ma jkunu għaddew minn
ebda trattament ieħor biex jiġi żgurat li jibqgħu preservati ħlief it-
tkessiħ;
"prodotti ffriżati" tfisser prodott tal-ħut li jkun għadda minn
proċess ta’ l-iffriżar biex jilħaq temperatura ġewwinija ta’ -18º C
2 L.S.231.43 ħ STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT
wara li t-temperatura tiġi stabbilizzata;
"prodotti tal-ħut" tfisser kull annimal ta’ l-ilma baħar jew ilma
ħelu, jew partijiet minnhom, inkluż kull għanqud bajd, iżda esklużi
mammali akwatiċi u anfibji;
"prodotti mħejjija" tfisser prodott tal-ħut jew ta’ l-akwakultura li
jkun għadda minn operazzjoni li tinvolvi s-sħuħija anatomika
tiegħu, bħalma huma tiswija, qtugħ ta’ flettijiet, slajsijiet, rjus, u
ħidmiet simili;
"prodotti proċessati" tfisser prodott tal-ħut jew akwakultura, sew
imkessaħ sew iffrizat, sew jekk assoċjat ma’ ikel ieħor sew jekk le,
li jkun għadda minn proċess kimiku jew fiżiku bħalma huma l-
affumikazzjoni, tmelliħ, tisħin, marinar u proċessi simili;
"punt kritiku’ tfisser kull sit, proċedura, jew parti minn
procedura fejn periklu potenzjali għas-sigurtà  alimentari jista’ jigi
mwaqqaf jew imnaqqas f’livelli aċċettabli permezz ta’ miżuri ta’
kontroll adattati;
"spezzjoni viżwali" tfisser eżami mhux distruttiv ta’ ħut jew
prodotti tal-ħut mingħajr il-ħtieġa ta’ xi mezz ta’ tkabbir fid-dehra
u taħt tidwil tajjeb biex jara l-bniedem, inkluż, jekk meħtieġ, eżami
fid-dawl tax-xemgħa;
"stabbiliment għall-ippakkettjar approvat" tfisser stabbiliment
għall-ippakkettjar fejn prodotti tal-ħut ġejjin mill-akwakultura u
mill-ibħra kostali jiġu ppakkjatti, mkessħin jew maħżuna, sakemm
l-istabbiliment ikun konformi ma’ dawn ir-regolamenti u jkun ġie
spezzjonat u approvat mid-Direttur;
"stabbiliment għall-ipproċessar approvat" tfisser stabbiliment
għall-ipproċessar fejn prodotti tal-ħut imkessħin jew iffriżati
jgħaddu minn proċess kimiku jew fiżiku bħalma huma t-tisħin,
affumikazzjoni, tmelliħ, dejdratazzjoni jew marinar, jew xi proċess
ieħor sakemm l-istabbiliment ikun konformi ma’ dawn ir-
regolamenti u jkun ġie spezzjonat u approvat mid-Direttur;
"Suprintendent" tfisser is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika;
"tkessiħ" tfisser il-proċess ta’ tkessiħ ta’ prodotti tal-ħut sa
temperatura li toqrob lejn dik tas-silġ idub.
Liċenza għal 
stabbiliment għall-
ippakkettjar jew 
proċessar tal-ħut.
3. (1) Ħadd ma jista’ jkollu stabbiliment għall-ippakkettjar
jew proċessar ta’ ħut kemm-il darba ma jkunx detentur ta’ liċenza
maħruġa għal dak l-għan mill-Ministru.
(2) Ebda fond ma jista’ jintuża bħala stabbiliment għall-
ippakkettjar jew proċessar ta’ ħut kemm-il darba dak l-
istabbiliment ma jkollux liċenza għal dak l-iskop maħruġa mill-
Ministru.
(3) Il-Ministru jista’ biss jagħti liċenza għal stabbiliment
għall-ippakkettjar jew proċessar ta’ ħut wara li jikkonsidra
applikazzjoni għaldaqshekk, u wara li jkun żgura ruħu li l-ħtiġiet
kollha msemmija f’dawn ir-regolamenti u kull ħtieġa oħra li huwa
seta’ talab lill-applikant iwettaq, jkunu ġew sodisfatti.
(4) Il-Ministru jista’, meta jkun qed jagħti jew iġedded xi
liċenza, jagħmel kull kondizzjoni li jista’ jqis li tkun xierqa.
STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT ġ L.S.231.43 3
(5) Il-liċenzi jkunu validi għal sena kalendarja u jistgħu
jiġġeddu minn sena għal sena mill-Ministru wara li tkun saret
spezzjoni minn uffiċjal awtorizzat.
(6) Uffiċjal awtorizzat ikollu s-setgħa li jidħol biex
jispezzjona stabbiliment kull meta is-Suprintendent jqis li jkun
hekk meħtieġ.
(7) Ma tista’ ssir ebda estensjoni jew alterazzjoni f’xi
stabbiliment għall-ippakkettjar jew proċessar ta’ ħut kemm-il darba
din ma tkunx ġiet awtorizzata bil-quddiem mis-Suprintendent.
(8) Is-Suprintendent għandu jżomm reġistru li fih jitniżżel kull
stabbiliment għall-ippakkettjar jew proċessar ta’ ħut u fejn
tiddaħħal din l-informazzjoni li ġejja:
(a) numru ta’ approvazzjoni tas-servizz maħruġ mis-
Suprintendent;
(b) isem, indirizz u numru tat-telefon tal-manager;
(ċ) isem, indirizz u numru tat-telefon tad-detentur tal-
liċenza;
(d) indirizz u numru tat-telefon ta’ l-istabbiliment;
(e) pjanta tas-sit, ta’ l-elevazzjoni, tal-firxa tal-bini u tal-
firxa tat-tagħmir ta’ l-istabbiliment.
(9) Id-detentur tal-liċenza jkun responsabbli għal kull fond li
jintuża fi stabbiliment għall-ippakkettjar jew proċessar ta’ ħut
tiegħu, u dawk il-fondi għandhom jew jinbnew jew jitneħħew bil-
mod kif speċifikat f’dawn ir-regolamenti.
(10) Kull min ikun responsabbli għal stabbiliment għall-
ippakkettjar jew proċessar ta’ ħut għandu jagħmel dak kollu
meħtieġ sabiex, f’kull stadju tal-produzzjoni, jitħarsu l-
kondizzjonijiet elenkati hawnhekk iktar ’il quddiem.
(11) Stabbilimenti għall-ippakkettjar jistgħu biss jintużaw
għall-iskop speċifiku li jiġi ppakkettjat ħut frisk u ebda prodott
ieħor ma jista’ jitħejja ġewwa fih.
(12) Stabbilimenti ta’ l-ipproċessar għandhom jipprovdu
deskrizzjoni dettaljata tal-prodott tal-ħut, u tal-proċeduri ta’ l-
ipproċessar speċifici għal dak l-istabbiliment. Dan għandu jinkludi
kull parametru li jkun qed jiġi sorveljat u kontrollat matul il-
proċess. Għandu jkun hemm disponibbli records għall-ħtieġa tal-
veterinarju tal-Gvem, u dawn għandhom jinżammu għal mill-inqas
kemm suppost itul il-prodott fuq l-ixkaffa.
(13) Jista’ jintuża biss trattament xjentifikament vatidu fi
stabbilimenti ta’ l-ipproċessar sabiex jipprevjeni l-iżvilupp ta’
mikro-organismi patoġenici jew xort’oħra jippreserva l-prodott.
Struttura ta’ l-
istabbiliment għall-
ippakketjar jew 
proċessar ta’ ħut.
4. (1) L-istabbiliment għall-ippakkettjar jew proċessar ta’ ħut
għandu jkollu s-sit tiegħu mill-inqas mitejn metru ’l bogħod mill-
abitat, rziezet ta’ l-annimali u kull struttura oħra industrijali jew ta’
xort’oħra tista’ titfa’ dħaħen jew materjal ieħor li jista’
jikkontamina l-prodotti ta’ ħut u akwakultura.
(2) Kull stabbiliment ta’ l-ippakkettjar għandu jinqasam f’area
"kontaminata" fejn jiddaħħal il-ħut miġbur, jiġi maqtul u ssir l-
4 L.S.231.43 ħ STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT
ewwel għażla tiegħu, u f’area "nadifa" fejn il-ħut jingħata
kategorija u jitqiegħed f’kontenituri. Sew ix-xogħol sew il-
ħaddiema għandhom dejjem jimxu mill-area nadifa għal ġo l-area
kontaminata, u f’ebda każ bil-maqlub. Iż-żewġ arei għandhom
ikunu ta’ daqs biżżejjed li jippermettu li jkun hemm kondizzjonijiet
iġjenici tajba.
(3) Kull stabbiliment ta’ l-ipproċessar għandu jinqasam f’area
"kontaminata" fejn jinġieb għall-ewwel darba l-ħut frisk jew
iffriżat, jitniżżel mis-silġ, jitnaddaf, titneħħa rasu jew issirlu t-
tiswija, u f’area "nadifa" fejn il-ħut jitqatta’, fi flettijiet, slajsijiet
jew jiġi xort’oħra proċessat u mqiegħed f’kontenituri. Sew ix-
xogħol sew il-ħaddiema għandhom dejjem jimxu mill-area nadifa
għal ġo l-area kontaminata, u f’ebda każ bil-maqlub. Iż-żewġ arei
għandhom ikunu ta’ daqs biżżejjed li jippermettu li jkun hemm
kondizzjonijiet iġjenici tajba.
(4) Għandhom jitħarsu dawn il-ħtiġiet dwar il-bini li ġejjin
f’kull stabbiliment għall-ippakkettjar jew proċessar ta’ ħut:
(a) il-paviment u l-ħitan għandhom ikunu lixxi, jifilħu
għall-istrapazz, faċli li jitnaddfu u jiġu disinfettati, kif
ukoll li minnhom ma jgħaddix ilma. Il-ħitan għandhom
ikunu miksija b’kisja jew żebgħa li jinħaslu, ta’ lewn
ċar, f’għoli ta’ mill-inqas żewġ metri, bit-truf u l-
kantunieri mdawrin. Kull ilma żejjed għandu joskula
faċilment minn fuq il-paviment;
(b) il-bibien u t-twieqi jridu jkunu faċli li jitnaddfu. Dawn
l-aperturi għandhom jinbnew b’tali mod li minnhom
ma jkunux jistgħu jidħlu annimali, għasafar, dubbien u
insetti. Jekk jista’ jkun m’għandux jintuża njam, bi
preferenza għal aperturi li jiffittjaw flaxx. Is-soqfa u
trufhom iridu jkunu faċli li jitnaddfu;
(ċ) meħtieġ li jkun hemm tidwil biżżejjed sew naturali
sew artifiċjali fuq il-postijiet tax-xogħol;
(d) it-tagħmir, l-istrumenti, reċipjenti u l-uċuh fejn isir ix-
xogħol għandhom jinżammu nodfa u disinfettati, u
għandhom ikunu reżistenti għall-korrożjoni. Mwejjed
tax-xogħol u uċuh oħra fejn isir ix-xogħol
m’għandhomx ikunu ta’ l-injam;
(e)  it-temperatura fl-arei ta’ l-ippakkettjar għandha tkun
ta’ inqas minn 12º C, u fejn ikun hemm ħażna fil-friża
ta’ 0º C. Għandu jkun hemm ventilazzjoni adegwata,
jekk ikun meħtieġ, sabiex jiġi żgurat li t-temperatura
tinżamm stabbli.
Tindif u disinfettar. 5. (1) Għandu jkun hemm għadd ta’ faċilitajiet adegwati
għat-tindif ta’ l-idejn, strumenti u għodda, bl-ilma ġieri kiesaħ u
sħun, bi prodotti tat-tindif u disinfettar, u ta’ xugamani ta’ l-idejn li
jintużaw darba biss. Dawn għandhom kemm jista’ jkun jinsabu fil-
qrib għall-postijiet tax-xogħol, u l-vitien m’għandhomx ikunu
jitħaddmu bl-idejn.
(2) Għandu jkun hemm għadd adegwat ta’ faċilitajiet għat-
tindif u d-disinfettar ta’ l-istabbifiment innifsu kif ukoll tat-
tagħmir, l-istrumenti, u l-uċuh fejn isir ix-xogħol, tiegħu.
STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT ġ L.S.231.43 5
(3) Id-disinfettanti jew deterġenti li jintużaw fuq it-tagħmir
jew l-istrumenmi li jidħlu f’kuntatt mal-ħut għandhom ikunu
approvati għall-użu fit-tħejjija ta’ l-ikel.
(4) Għandu jkun hemm għadd adegwat ta’ kmamar fejn wieħed
ibiddel u kmamar bid-doċċa b’lokijiet bil-flushing u sinkijiet għall-
ħasil ta’ l-idejn li jitħaddmu sew permezz ta’ pedala jew bil-
minkeb. Dawn il-kmamar m’għandhomx ikunu jagħtu dritt għal ġo
l-area fejn isir ix-xogħol. Is-sinkijiet għall-ħasil ta’ l-idejn
għandhom ikunu jinsabu qrib il-lokijiet u għandu jkollhom ilma
ġieri sħun u kiesaħ, materjal għat-tindif u disinfettar ta’ l-idejn, u
xugamani ta’ l-idejn li jintremew.
Tneħħija ta’ skart.
tal-ħut matul l-ippakkettjar jew l-ipproċessar tal-ħut kontenitur li
jagħlaq sew għall-ilma u jirreżisti għall-korrożjoni, li jkollu l-
kontenut tiegħu mneħħi mill-area tax-xogħol kemm jista’ jkun ta’
spiss. Dawn għandhom jiġu mnaddfa u disinfettati ta’ kull darba li
jiġu mbattla.
(2) L-iskart tal-ħut għandu minnufih u iġjenikament jitneħħa
f’postijiet li jkunu ’l barra mill-istabbiliment fi tmiem kull qabda u,
jew ċiklu ta’ proċess. Jekk l-iskart tal-ħut ma jitneħħiex ta’ kuljum
mill-istabbiliment dan għandu jiġi maħżun f’kamra li tinqafel u li
jkollha temperatura kontrollata li tkun mifruda mill-area fejn isir
ix-xogħol.
(3) Jekk il-qirda ta’ l-iskart tal-ħut jew it-trattament tekniku
ta’ iskart tal-ħut maħsub għal skopijiet industrijali isir fil-fond ta’
l-istabbiliment, dan għandu jsir fi kmamar li jissakkru li jkunu
mifruda mill-arei tax-xogħol.
(4) L-ilma maħmuġ għandu jinġabar f’kontenitur jew ġibjun
jew tank tas-sedimentazzjoni u jsir minnu b’tali mod li tiġi evitata
kull kontaminazzjoni għall-ambjent.
Kontroll ta’ 
ħlejqiet li jagħmlu 
l-ħsara.
7. Għandu jsir programm ta’ kontroll ta’ ħlejqiet li jagħmlu l-
ħsara bħal insetti, ħlejqiet gerriema u ħlejqiet oħra li jagħmlu l-
ħsara. Ir-rodentiċidi, pestiċidi oħra u kull sustanza li tista’ tagħmel
il-ħsara għandhom jinħażnu f’armarju li jissakkar u jintużaw bl-
ikbar attenzjoni sabiex jevitaw il-kontaminazzjoni ta’ xi prodott.
Provvista ta’ ilma 
ġieri u tal-baħar.
8. (1) Għandha tintuża provvista adegwata ta’ ilma baħar
nadif jew ta’ ilma tax-xorb għal kull fini ħlief għas-sistemi ta’
tkessiħ. Il-pajpijiet relevanti għandhom ikunu mmarkati
adegwatament biex jiġu distinti dawk li jittrasportaw l-ilma tax-
xorb minn dawk li jkollhom l-ilma baħar nadif. Dijagramma tas-
sistema tad-distribuzzjoni ta’ l-ilma u ta’ l-iżbokki tagħha għandha
tkun disponibbli għall-ispezzjon tal-veterinarju tal-Gvern.
(2) Jekk tintuża sistema ta’ klorinazzjoni, il-klorina għandha
tiġi injettata qabel ma ssir il-ħażna intermedja fit-tankijiet jew fil-
ġibjuni sabiex jigi permess ħin ta’ kuntatt ta’ mill-inqas għoxrin
minuta bejn l-ilma u l-klorina fit-tank. Ilma iperklorinat m’għandux
jiġi f’kuntatt mal-prodotti ta’ l-akwakultura jew tal-ħut, u għalhekk
il-livell tal-klorin għandu jkun ekwivalenti għal dak ta’ l-ilma tax-
xorb għall-konsum dirett tal-bniedem.
(3) Għall-produzzjoni u l-ħżin tas-silġ, għandu jkun hemm
6 L.S.231.43 ħ STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT
kamra ta’ daqs biżżejjed, li tkun tista’ titnaddaf u tiġi disinfettata
faċilment, u li tkun mgħammra b’sistema ta’ refriġerazzjoni ta’
qawwa adegwata u b’arloġġ fejn tinqara t-temperatura. Is-silġ
jista’, madankollu, jiġi prodott f’cold stores b’liċenza
għaldaqshekk barra mill-istabbiliment ta’ l-ippakkettjar jew
ipproċessar, u jiġi trasportat f’kontenituri iġjenici għal ġo l-
istabbiliment meta jkun hekk meħtieġ.
(4) Is-silġ għandu jintagħmel minn ilma baħar nadif jew minn
ilma tax-xorb u jinħażen f’reċipjenti nodfa fil-kamra mkessħa.
Persunal. 9. (1) Il-persunal għandu jxidd ilbies tax-xogħol nadif, ta’
lewn ċar b’fardal, ingwanti u xidd ir-ras, kollha tal-plastik, biex
jagħlaq ix-xahar. L-idejn għandhom jinħaslu kull darba li jitkompla
x-xogħol, u kull qata’ jew brix tal-ġilda għandhom jitgħattew
b’infaxxar li ma jgħaddix ilma minnu. Mhu permess ebda tipjip jew
teħid ta’ ikel fl-arei tax-xogħol.
(2) Għandhom jinħarġu ċertifikati mediċi li jkunu jiċċertifikaw
u jagħmluha possibli għal kull membru tal-persunal li jmiss ikel
b’idejh. Dawn iċ-ċertifikati għandhom jiġġeddu ta’ kull sena jew
kull meta jiġi hekk mitlub mill-veterinarju tal-Gvern li jkun dejjem
jista’ jara dawk iċ-ċertifikati. Dawk il-persuni li jistgħu
jikkontaminaw il-prodotti ta’ l-ikel għandhom ikunu pprojbiti milli
jmissu ikel b’idejhom.
(3) Id-detentur ta’ liċenza għandu jiżgura li l-impjegati kollha
fl-istabbiliment tiegħu għandhom jiġu mgħallma dwar l-importanza
ta’ l-iġjene personali u l-prinċipji bażiċi ta’ sigurtà  ta’ l-ikel. Id-
detentur ta’ liċenza għandu jkun ukoll responsabbli għaż-żamma
fost l-impjegati tiegħu ta’ għarfien ta’ kull kondizzjoni medika li
tista’ tiżviluppa u li tista’ tolqot l-impieg tagħhom.
(4) Għandu jkun hemm kamra li tkun qegħda għall-użu
esklużiv tal-veterinarju tal-Gvern meta l-volum tax-xogħol ikun
jeħtieġ il-preżenza permanenti tiegħu.
Sistema ta’ awto-
verifika.
10. (1) Id-detentur ta’ liċenza għandu jistabbilixxi sistema ta’
awto-verifika, msejsa fuq Punt ta’ Kontroll Kritiku ta’ Analiżi ta’
Periklu, sabiex jiġu identifikati x’ikunu l-punti kritiċi u
jissorveljhom.
(2) Għandhom jinżammu fil-fond records ta’ riżultati u
proċeduri u dawn għandhom ikunu disponibbli għall-ispezzjon.
(3) Il-punti kritiċi huma speċifiċi għal kull stabbiliment u
għandhom għaldaqshekk ikunu identifikati għal kull stabbiliment
ta’ l-ippakkettjar jew ipproċessar skond l-istrutturi, it-tagħmir, u l-
proċess tax-xogħol tiegħu.
(4) Is-sistema ta’ awto-verifika għandha tkun immirata lejn is-
sorveljar ta’ dawk il-punti kritiċi sabiex jiġi żgurat li l-prodotti ta’
akwakultura u tal-ħut ikunu jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ dawn ir-
regolamenti.
(5) Din is-sistema ta’ awto-verifika għandha tkun tinkludi dan
li ġej:
(a) deskrizzjoni tal-prodott ta’ l-akwakultura jew tal-ħut;
(b) identifikazzjoni ta’ punti kritiċi matul il-linja kollha
STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT ġ L.S.231.43 7
ta’ l-ippakkettjar jew ipproċessar;
(ċ) identifikazzjoni tal-perikli fis-sigurtà  ta’ l-ikel f’kull
punt kritiku;
(d) miżuri ta’ kontroll li għandhom jittieħdu f’kull punt
kritiku sabiex jiġi evitat xi riskju;
(e) persunal li jkun imħarreġ b’mod speċjati fil-kamp ta’
sigurtà  fl-ikel, iġjene u suġġetti relatati, li jieħdu
f’idejhom it-twaqqif tas-sistema ta’ awto-verifika u t-
tmexxija tagħha, u jżommu reġistrazzjonijiet bil-
miktub tar-riżultati miksubin għal mill-inqas sentejn;
(f) proċeduri ta’ sorveljar u limiti kritiċi għall-pammetri
involuti;
(g) miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu fil-każ ta’
devjazzjoni minn limiti kritiċi speċifiċi;
(h) progamm ta’ eżemplari li għandu jsir minn laboratorju
approvat flimkien mal-persunal speċjalizzat sabiex tiġi
verifikata u rikonfermata l-effikaċja tas-sistema ta’
awto-verifika nnifisha, u terġa’ tiġi meqjusa fil-każ ta’
xi bidla fil-proċeduri tax-xogħol.
Qabda u qatla fi 
stabbilimenti ta’ l-
ippakkjettar.
11. (1) Kull tagħmir meħtieġ għall-ħatt, qabda, u tniżżil ta’
ħut mill-gaġeġ tal-baħar għal ġo l-istabbiliment ta’ l-ippakkettjar
għandu jinżamm nadif u fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni.
(2) Il-mess ta’ ħut waqt il-qabda, tniżżil u qtil għandu jkun
kemm jista’ jkun malajr u l-ħut għandu jiġi trasferit għal ġo
ambjent protett imkessaħ kemm jista’ jkun malajr. Jekk dan l-
ippakkettjar ma jsirx minnufih, il-ħut għandu jinżamm imkessaħ.
(3) Il-qtil ta’ prodotti ta’ l-akwakultura għandu jsir b’mod
iġjeniku, u l-ħut m’għandux jidħol f’kuntatt ma’ l-art, trab jew xi
sustanza oħra kontaminanti.
Eżami post mortem 
waqt il-qabda fi 
stabbilimenti ta’ l-
ippakkettjar.
12. Għandha ssir spezzjoni viżiva fuq għadd rappreżentattiv ta’
kampjuni minn kull grupp waqt li jkun qed isir l-ippakkettjar ta’
ħut frisk, u kull parassit li jidher, jew partijiet ta’ ħut li jkunu
infestati, għandhom jitneħħew u jitqiesu bħala skart ta’ ħut,
jiġifieri, ħut mhux tajjeb għall-konsum tal-bniedem.
Ħut li jiġi 
pproċessat fi 
stabbilimenti ta’ l-
ipproċessar.
13. Ħut sew frisk sew iffriżat, li għandhom jintużaw għall-
ipproċessar għandhom ikunu jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet li
ġejjin:
(a) jekk għandhom jintużaw ħut imkessżin għall-
ipproċessar, dawn għandhom ikunu maħżuna b’mod
iġjeniku fil-kamra mkessħa taħt silġ magħmul minn
ilma tax-xorb jew ilma baħar nadif sakemm jiġu
pproċessati;
(b) jekk jintużaw prodotti tal-ħut iffriżati, dawn
għandhom jiġu maħżuna fi kmamar mgħammra
b’apparat ta’ l-iffriżar qawwi biżżejjed li permezz
tiegħu t-temperatura tkun tista’ titbaxxa malajr ħafna
sabiex jiġi żgurat li tintlaħaq temperatura fil-qalba ta’
-18º C jew inqas u li din tinżamm. It-tidwib ta’ dawn il-
prodotti għandu jsir b’mod iġjeniku, b’sistema tajba
8 L.S.231.43 ħ STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT
mnejn joskula l-ilma mdewweb u żieda fit-temperatura
kontrollata sew. Wara t-tidwib, il-prodotti għandhom
jiġu pproċessati kemm jista’ jkun malajr.
Prodotti tal-ħut 
fumigati fi 
stabbilimenti ta’ l-
ippproċessar.
14. (1) Sew il-qtugħ ir-ras sew it-tiswija għandhom isiru bil-
mod l-aktar iġjeniku f’qasam differenti minn dak fejn isir il-qtugħ
fi flettijiet u slajsijiet biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni.
(2) L-intestini u ġewwieni ieħor għandhom jitneħħew ta’ spiss
minn dak il-qasam f’kontenituri li la joqtru lanqas inixxu u li
faċilment jistgħu jitnaddfu u jiġu disinfettati.
(3) Il-proċess ta’ fumigazzjoni nnifsu għandu jsir fi kmamar
mgħammrin għaldaqshekk biex jipprevjenu d-duħħan, is-sħana u
prodotti oħra ta’ kombustjoni li jolqtu partijiet oħra tal-bini fejn
jiġi mħejji, pproċessat jew maħżun il-ħut.
(4) Sew l-injam sew kull materjal ieħor li jintuża għall-proċess
ta’ fumigazzjoni għandu jinħażen u jitqandel, kemm jista’ jkun, fl-
area kontaminata ’il bogħod min-naħa n-nadifa fejn isir il-proċess
ta’ fumigazzjoni.
(5) Dak l-injam li jintuża biex isir id-duħħan minnu
m’għandux ikollu żebgħa, kolla jew xi trattament kimiku jkun li
jkun.
(6) Wara l-fumigazzjoni, l-prodotti għandhom jitkessħu kemm
jista’ jkun malajr sat-temperatura ta’ konservazzjoni tagħhom qabel
l-ippakkettjar. ll-kondizzjonijiet adatti għall-ħżin għandhom jiġu
mmarkati ċar fuq il-pakkett.
Tmelliħ fi 
stabbilimenti ta’ l-
ipproċessar.
15. (1) It-tmelliħ għandu jsir ġewwa fondi mifrudin mill-bqija
ta’ l-impjant ta’ l-ipproċessar. Dawk il-fondi għandhom jinżammu
fi stat ta’ ndafa u iġjene sew filwaqt u wara l-proċess ta’ tmelliħ.
(2) Il-melħ li jintuża għat-tmelliħ jew tqegħid ġos-salmura
għandu jkun nadif u maħżun b’mod iġjeniku. Ma jistax jerga’
jintuża.
(3) Il-kontenituri li jintużaw għat-tmelliħ jew għat-tqegħid
ġos-salmura għandhom ikunu nodfa, fi stat ta’ manutenzjoni tajba,
u għandhom ikunu magħmulin b’mod tali li jipprevjenu milli jkun
hemm xi kontaminazzjoni matul il-proċess.
Tqegħid fil-laned fi 
stabbilimenti ta’ l-
ipproċessar.
16. Fil-każ ta’ prodotti tal-ħut li kienu suġġetti għall-
isterilizzazzjoni f’kontenituri ssiġillati hekk li ma tistax tgħaddi l-
arja minnhom -
(a) l-ilma użat għall-preparazzjoni għandu jkun ilma tax-
xorb;
(b) il-proċess użat għat-trattament bis-sħana għandu jkun
adattat, fil-qies ta’ dawk il-kriterji maġġuri bħalma
huma il-ħin għat-tisħin, it-temperatura, il-mili, id-daqs
tal-kontenituri u ħwejjeġ oħra, u li għandu jinzamm
record tagħhom. It-trattament bis-sħana għandu jkun
kapaċi jeqred jew jagħmel inattiv organiżmi patoġeniċi
u l-ispori ta’ mikro-organiżmi patoġeniċi. It-tagħmir
għat-tisħin għandu jkun mgħammar b’apparat li
jivverifika jekk il-kontenituri fil-fatt ikunux għaddew
minn trattament bis-sħana kif kellhom jagħmlu.
STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT ġ L.S.231.43 9
Għandu jintuża ilma tax-xorb biex ikessaħ il-
kontenituri wara t-trattament bis-sħana, mingħajr
preġudizzju għall-preżenza ta’ xi addittivi kimiċi li
jintużaw skond prattika teknoloġika siewja biex
tipprevjeni l-korrożjoni tat-tagħmir u tal-kontenituri;
(ċ) għandhom isiru iktar verifiki kull fejn ġie mill-
manifattur biex jiżgura li l-prodotti pproċessati jkunu
għaddew minn ttattament bis-sħana kif kellhom
jagħmlu, jiġifieri -
- testijiet ta’ inkubazzjoni: l-inkubazzjoni
għandha ssir f’temperatura ta’ 37° C għal sebat
ijiem jew ta’ 35° C għal għaxart ijiem, jew f’kull
kombinazzjoni oħra ekwivalenti;
- ezami mikrobijoloġiku tal-kontenut u tal-
kontenituri fil-laboratorju ta’ l-istabbiliment jew
f’xi laboratorju approvat ieħor;
(d) għandhom jittieħdu kampjuni ta’ produzzjoni ta’
kuljum f’intervalli stabbilit minn qabel sabiex tiġi
żgurata l-effikaċja ta’ l-issiġillar jew ta’ kull metodu
ieħor ta’ għeluq li ma jistax jgħaddi arja minnu. Għal
dak l-iskop, għandu jkun hemm tagħmir adattat
disponibbli għall-eżami ta’ kampjuni taż-żewġt ixfar
tal-landa mgħaqqdin ma’ xulxin;
(e) isiru verifiki sabiex jiġi żgurat li l-kontenituri
m’għandhomx ħsara;
(f) il-kontenituri kollha li jkunu għaddew minn trattament
bis-sħana taħt kondizzjonijiet prattikament identiċi
għandhom jingħataw marka ta’ identifikazzjoni ta’
grupp.
Prodotti msajjra ta’ 
frott tal-baħar bil-
qoxra krustaċji u 
molluski.
17. Frott tal-baħar bil-qoxra krustaċju u mollusk għandu jiġi
msajjar kif gej:
(a) kull tisjira għandha tiġi segwita minn tkessiħ ta’
f’daqqa. L-ilma li jintuża għal dan l-għan għandu jkun
ilma tax-xorb jew ilma baħar nadif. Jekk ma jintuża
ebda metodu ieħor ta’ preservazzjoni, it-tkessiħ
għandu jkompli sakemm tintlaħaq it-temperatura li
toqrob lejn dik ta’ silġ li qed idub;
(b) it-tqaxxir jew tfesdiq għandu jsir taħt kondizzjonijiet
iġjenici hekk li tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-
prodott. Meta dawk il-ħidmiet isiru bl-idejn, il-
ħaddiema għandhom joqogħdu mill-iktar attenti għall-
ħasil ta’ jdejhom u l-ucuh kollha fejn isir ix-xogħol
għandhom jitnaddfu sew. Jekk jintużaw xi magni,
dawn għandhom jitnaddfu f’intervalli ta’ spiss u jiġu
disinfettati wara kull ġurnata tax-xogħol. Wara li jsir
it-tqaxxir jew it-tfesdiq, il-prodotti msajrin għandhom
minnufih jiġu ffriżati jew inkella jinżammu mkessħin
f’temperatura li tipprekludi l-iżvilupp ta’ patoġeni, u
jinħażnu f’postijiet adattati;
(ċ) kull manifattur għandu jagħmel verifiki mikro-
bijologiċi, skond ir-regolament 10, fil-produzzjoni
10 L.S.231.43 ħ STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT
tiegħu f’intervalli regolari, sew waqt il-proċess ta’
manifattura sew qabel ma jissajru l-prodotti ta’ frott
tal-baħar bil-qoxra krustaċji u molluski fl-impjant ta’
l-ipproċessar, sabiex jitħarsu standards stabbiliti fir-
Raba’ Skeda;
(d) għandhom jiġu stabbiliti programmi ta’ kampjuni mill-
persunal maniġerjali ta’ l-impjant ta’ l-ipproċessar
għar-rigward tax-xorta tal-prodotti (sħaħ, imqaxxrin
jew imfesdqin), it-temperatura, il-ħin tat-tisjira u l-
evalwazzjoni tar-riskju;
(e) il-programmi msemmija fil-paragrafu (ċ) u (d) għandu
jkun fihom, fil-każ ta’ nuqqas ta’ tħaris ta’ standards
stipulati taħt il-kapijiet 1 u 2 ta’ l-Iskeda, rabta -
- li jiġi avżat is-Suprintendent bir-riżultanzi u bl-
azzjoni li tittieħed dwar gruppi mhux
sodisfaċenti, kif ukoll il-miżuri li jkun hemm
provdut dwarhom fit-tieni subinċiż hawn iktar ’l
isfel,
- li jiġu riveduti l-metodi ta’ sorveljar u ta’
verifika tal-punti kritiċi sabiex tiġi identifikata
mnejn tkun ġejja l-kontaminazzjoni, u biex isiru
analiċi iktar ta’ spiss,
- biex ma jitqegħdux fis-suq għall-konsum tal-
bniedem li ma jinsabux li jkunu sodisfaċenti
minħabba fl-iskoperta ta’ patoġeni jew meta l-
valur M għal Staphylococcus pprovdut taħt il-
kap 2 tar-Raba’ Skeda jinqabeż.
Il-metodu ta’ analiżi li jiġi wżat għandu jiġi reġistrat
flimkien mar-riżultati korrispondenti.
Laħam tal-ħut li 
jinkiseb permezz 
ta’ magni.
18. Il-ksib bil-magni tal-laħam tal-ħut għandu jsir taħt dawn il-
kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-ksib bil-magni ta’ ħut imsewwi għandu jsir mingħajr
ebda dewmien wara l-qtugħ fi flettijiet, billi tintuża
materja prima ħielsa minn kull imsaren. Meta jintuża
ħut sħiħ, dawn għandhom jiġu msewwijin u maħsulin
minn qabel;
(b) il-magni għandhom jinħaslu ta’ spiss ħafna u mill-
inqas kull sagħtejn;
(ċ) wara l-ksib, il-laħam li jkun inkiseb bil-magna għandu
jiġi ffriżat kemm jista’ jkun malajr jew inkella
jiddaħħal f’xi prodott maħsub biex jiġi ffriżat jew
jingħata trattament stabbilizzanti.
Kondizzjonijiet li 
jirrigwardaw il-
parassiti.
19. (1) Waqt il-produzzjoni u qabel ma jinħarġu għall-konsum
tal-bniedem, sew il-ħut sew il-prodotti tal-ħut għandhom jgħaddu
minn spezzjoni viżiva bħalma hemm fit-Tielet Skeda bil-għan li
jingħaraf u jitneħħa kull parassit li jkun jidher. L-iskala u l-
frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet, li għandhom isiru minn persuna
kwalifikata, għandhom jiġu stabbiliti skond ix-xorta tal-prodotti
tal-ħut, l-oriġini ġeografika tagħhom, u l-użu tagħhom.
(2) Waqt it-tħejjija tal-ħut li jkollu l-ġewwieni mneħħi l-
STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT ġ L.S.231.43 11
ispezzjoni viżiva għandha ssir fuq il-fetħa addominali u l-fwied u l-
għanqud bajd li jkunu maħsubin għall-konsum mill-bniedem b’dan
il-mod:
(a) fil-każ li l-ġewwieni jinqala’ bl-idejn, l-ispezzjoni
viżiva għandha ssir b’mod kontinwu mill-operatur
filwaqt ta’ dik it-tneħħija ta’ l-imsaren, u
(b) fil-każ li l-ġewwieni jinqala’ bil-magni, l-ispezzjoni
viżiva għandha ssir permezz tat-teħid ta’ kampjun ta’
mill-inqas għaxar ħutiet minn kull grupp.
(3) L-ispezzjoni viżiva ta’ flettijiet jew slajsijiet tal-ħut
għandha ssir waqt it-trimming wara li jkun sar il-qtugħ fi flettijiet
jew slajsijiet. Meta ma jkunx possibbli li jsir eżami individwali,
minħabba fid-daqs tal-flettijiet jew il-ħidma ta’ qtugħ fi flettijiet,
għandu jsir pjan ta’ kif jittieħdu l-kampjuni mill-veterinarju tal-
Gvern. Meta jkun jista’ jsir eżami tal-flettijiet fid-dawl tax-xemgħa
minn aspett tekniku, dan għandu jkun inkluż fil-pjan ta’ kif
jittieħdu l-kampjuni.
(4) Dak il-ħut jew partijiet minnu li huma bid-dieher infestati
bil-parassiti, u li jiġu mneħħija, m’għandhomx jitqegħdu fis-suq
għall-konsum tal-bniedem.
(5) Il-ħut u l-prodotti tal-ħut imsemmija fis-subregolament (6)
li għandhom jittieklu kif inhuma għandhom, b’żieda, jgħaddu minn
iffriżar f’temperatura ta’ mhux aktar minn -20º C f’kull parti tal-
prodott għal mhux inqas minn siegħa. Prodotti li jgħaddu minn dan
il-proċess ta’ ffriżar għandhom jew ikunu nejjin jew lesti.
(6) Il-ħut u l-prodotti tal-ħut li huma suġġetti għall-
kondizzjonijiet fis-subregolament (5) huma:
(a) ħut li jittiekel nej jew kważi nej, bħal aringa nejja,
maatje;
(b) dawn l-ispeċi li ġejjin, jew għandhom jgħaddu minn
proċess ta’ fumigazzjoni kiesħa li matulu t-
temperatura ġewwinijia tal-ħuta tkun inqas minn 60° C:
- aringa,
- kavall,
- sardina,
- salamun (salvaġġ) ta’ l-Atlantiku u l-Paċifiku;
(ċ) aringa marinata u, jew immellħa meta dan il-proċess
ma jkunx biżżejjed biex joqtol il-larvi ta’ nematodi.
Din il-lista tista’ tiġi emendata, fid-dawl ta’ data xjentifiċi,
u għandhom jiġu stipulati kriterji biex jiddefenixxu l-proċessi li
għandhom jitqiesu suffiċjenti jew mhux biex jeqirdu nematodi.
(7) Il-manufatturi għandhom jiżguraw li l-ħut u l-prodotti tal-
ħut elenkati fis-subregolament (3) jew il-materja prima għall-użu
fil-manifattura tagħhom ikunu suġġetti għat-trattament deskritt fis-
subregolament (2) qabel ma dawn jinħarġu għall-konsum.
(8) Il-prodotti tal-ħut elenkati fis-subregolament (3) għandu
jkollhom magħhom, meta dawn jitqegħdu fis-suq, dokument
mingħand il-manifattur li jkun jiddikjara t-tip ta’ proċess dawn
12 L.S.231.43 ħ STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT
ikunu għaddew minnu.
Ippakkettjar. 20. (1) Il-materjal ta’ l-ippakkettjar għad-dispaċċ ta’ ħut frisk
jew ipproċessat m’għandux jibdel il-karatteristiċi organolettiċi
tagħhom jew jikkontamina l-ħut b’sustanzi kimiċi jew sustanzi li
jħassru s-saħħa tal-bniedem.
(2) M’għandux jgħaddi ilma minn dak il-materjal li għandu
jkun iddisinjat biex iżomm u jħares lill-ħut u jkollu żbokk biżżejjed
għall-ilma li jdub. Preferibilment, dak l-ippakkettjar m’għandux
ikun wieħed li jista’ jerġa’ jintuża, sakemm ma jkunx daqstant
b’saħħtu li jista’ jiġi mnaddaf u disinfettat faċilment.
(3) Kull materjal ta’ l-ippakkettjar li ma jiġix użat għandu
jinħażen f’ambjent protett u nadif.
Identifikazzjoni. 21. (1) It-tikketta li biha jingħaraf prodott ta’ l-akwakultura
għandu jkollha n-numru ta’ l-approvazzjoni, l-isem u l-indirizz tal-
qasam u ta’ l-istabbiliment ta’ l-ippakkettjar, u l-ispeċi tal-ħut
b’mod għalkollox leġibbli u li ma jitħassarx, u ma’ kull kontenitur
għandha titwaħħal tikketta.
(2) It-tikketta li biha jingħaraf prodott tal-ħut għandu jkollha
n-numru ta’ l-approvazzjoni, l-isem u l-indirizz ta’ l-istabbiliment
ta’ l-ipproċessar, l-ispeċi tal-ħut, l-ingredjenti, u l-ħtiġiet għall-
ħżin b’mod għalkollox leġibbli u li ma jitħassarx, u ma’ kull
kontenitur għandha titwaħħal tikketta.
Trasport. 22. (1) Vetturi tat-trasport għal ħut frisk jew ipproċessat
m’għandhom iġorru ebda prodott ieħor li jista’ jikkontamina jew
xort’oħra jibdel il-karatteristiċi organolettiċi tal-ħut.
(2) Dawk il-vetturi għandhom ikunu mgħammra biex iżommu
temperatura ta’ 0º C għal ħut frisk (jew skond it-tip ta’ prodott fil-
każ ta’ ħut ipproċessat) matul il-ħin kollu tal-ġarr u għandu
jkollhom apparat li jiċċartja t-tempemtura.
(3) Dawk il-vetturi għandhom ukoll ikunu jistgħu jitnaddfu u
jiġu disinfettati faċilment f’imkien fejn ikun hemm faċilitajiet
adatti li jiġu provduti mill-qasam nnifsu jew minn stabbilimenti
oħra.
(4) Bħala parti mill-vettura għandu jkun hemm kontenimr
għall-ilma li jdub.
Programm ta’ 
sorveljar ta’ 
stabbilimenti għall-
ippakkettjar jew 
proċessar ta’ ħut.
23. L-istabbilimenti għall-ippakkettjar jew proċessar ta’ ħut
għandhom jiġu sorveljati mis-Suprintendent skond dan il-
programm, li huwa sottodiviċ fi tliet sezzjonijiet:
(a) Sorveljar ta’ saħħet il-ħut:
Għandhom jittieħdu mill-veterinarju tal-Gvern
kampjuni kif jiġu ta’ kull grupp ta’ ħut minn oqsma
tal-ħut sabiex isir eżami sħiħ parassitoloġiku,
batterjoloġiku u anatomo-patoloġiku, biex jigi stabbilit
l-istat ta’ saħħa, u xi mard emerġenti fi stadji diversi
taċ-ċiklu tal-ħajja.
Għandha tittieħed azzjoni fil-każ li titfaċċa xi marda
minn dawk elenkati bħala li għandu jingħata avviż
dwarhom.
STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT ġ L.S.231.43 13
(b) Sorveljar ta’ l-iġjene:
Kull stabbiliment għall-ippakkettjar jew proċessar
għandu jkun spezzjonat regolarment minn veterinarju
tal-Gvern sabiex jiġi żgurat li jkunu qegħdin jitħarsu l-
kondizzjonijiet li jidhru hawn aktar qabel, u għandhom
jittieħdu kampjuni permezz ta’ assorbenti, ta’ silġ,
ilma u ħut darba fix-xahar, għal eżami batterjoloġiku
sabiex jiġi żgurat li l-livell ta’ iġjene jkun sodisfacenti.
It-testijiet indikati fl-Ewwel Skeda għandhom isiru.
(ċ) Kontroll tal-kwalità  u analisi residwa:
Għandhom jittieħdu kampjuni minn uffiċjal
awtorizzat, ta’ ħut maqbud u pproċessat biex jiġu
analizzati mikrobijoloġikament għall-preżenza ta’
patoġeni batteriċi, organolettikament biex jingħaraf
kemm ikun frisk u tajjeb għall-konsum mill-bniedem
skond ma hemm fit-Tieni Skeda, u kimikament għall-
preżenza ta’ diversi residwi kif indikat fit-Tielet
Skeda.
14 L.S.231.43 ħ STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT
L-EWWEL SKEDA
Solveljar ta’ l-Iġjene
IT-TIENI SKEDA
Kontroll tal-Kwalità : mikrobijoloġi
Spezzjonijiet/
eżami
Metodu tal-
laboratorju
Limiti ta’ 
tolleranza Frekwenza
Persunal u 
stabbilimenti ta’ l-
ippakkettjar/ 
ipproċessar
Livell ġenerali ta’ 
l-iġjene kif elenkat 
f’dawn ir-
regolamenti u l-
maniġġar tal-
prodott
/ /
Kull qabda 
(Stabbiliment ta’ l-
ippakkjar)
Ta’ kull xahar 
(Stabbiliment ta’ l-
ipproċessar)
Kampjuni ta’ silġ u 
ilma minn kull 
żbokk
Għadd totali ta’ 
batterji
Għadd ta’ kolonji fi 
plate count agar
< 2 x 10cfu/ml 
f’37º C
< 2 x 102cfu/ml 
f’22º C
Ta’ kull xahar
Koliformi totali;
Koliformi mill-
ħmieġ ta’ l-imsaren
Fermentazzjoni 
multipla f’tubu u 
għadd MPN
0 Ta’ kull xahar
Eżami 
organolettiku u 
fiżjokimiku
Skond regolamenti 
maħruġin taħt l-Att 
dwar Ħwejjeġ ta’ l-
Ikel, Mediċinali u 
Ilma tax-Xorb
Skond regolamenti 
maħruġin taħt l-Att 
dwar Ħwejjeġ ta’ l-
Ikel, Mediċinali u 
Ilma tax-Xorb
Ta’ kull sena, jekk 
il-provvista ta’ l-
ilma hi waħda 
privata
* unitajiet li jifformaw kolonji
Tip ta’ analiżi Testijiet Metodu tal-
laboratorju
Limiti ta’ 
tolleranza Frekwenza
Għadd totali ta’ 
batterji
Għadd ta’ kolonji fi 
plate count agar
1 x 107 cfu/g Ta’ kull xahar
Batterjoloġiku Koliformi mill-
ħmieġ ta’ l-imsaren
Multipla f’tubi 
f’fermentazzjoni fi 
44º C u għadd MPN
100 E. coli/g Ta’ kull xahar
Salmonella;
S.fecalis;
S.aureus;
V.parahaemolyticus
Innokulazzjoni fuq 
mezzi selettivi u 
konfermatorji
0
< 100 S.fecalis/g
< 10 S.aureus/g
0
Ta’ kull xahar
Parassitoloġiku Tfittix għall-
parassiti
Spezzjoni viżiva Ebda parassit li 
jidher
Ta’ kull jum
(Stabbiliment ta’ l-
ipproċessar)
Kull qabda 
(Stabbiliment ta’ l-
ippakkjar)
Organolettiku Spezzjon għal kemm 
ikun frisk
Spezzjoni viżiva, 
mgħejjuna fejn 
meħtieġ 
b’informazzjoni 
Torrymeter
Ħut li jkun għadu 
kif inqabad 
m’għandux ikollu 
marki ta’ 
presssjoni, tbajja’, 
ħsarat fil-ġisem jew 
kuluri ħżiena
Kull qabda
STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT ġ L.S.231.43 15
IT-TIELET SKEDA
Kontroll tal-kwalità : Residwi kimiċi
Grupp kimiku ta’ sustanzi 
(Prodotti ta’ l-akwakultura 
biss)
Komposti Metodu tal-laboratorju Livell ta’ azzjoni Għadd ta’ kampjuni Frekwenza
Bażijiet tan-Nitroġenu li jtiru TVB-N Metodu ta’ 
referenza 
skond 
95/149/EC
Jiġi stabbilit għal annimali 
fl-akwakultura
F’każ ta’ 
stima 
organolettika 
kuntrarja
Stilbenes DES;
Hexestrol;
Dienestrol
HPTLC
1ppb 6 ta’ kull sena
Steroids Oestradiol HPTLC 2.5ppb 6 ta’ kull sena
Sustanzi antibatteriċi Nitrofurans
Tetracyclines
Sulphonamides
Quinolones
HPTLC
four-plate
Test
5ppb
10ppb
100ppb
10ppb
12
6-8
ta’ kull sena
ta’ kull xahar
Antihelminthics Ivermectin HPTLC 15ppb 20 ta’ kull sena
Carbamates Aldicarb
Bufencarb
Carbaryl
Carbofuran
Methiocarb
Methomyl
HPTLC
10ppb
500ppb
200ppb
100ppb
50ppb
20ppb
10 ta’ kull sena
Pyrethroids Cypermethrin
Deltamethrin
Flumethrin
Permethrin
Tetramethrin
GC-MS
0.2ppm
0.5ppm
0.5ppm
10 ta’ kull sena
Komposti organoklorini DDT
BHC
Lindane
Dieldrin
GC-MS
1.0ppm
0.1ppm
0.1ppm
0.1ppm
10 ta’ kull sena
Komposti organofosfori Melathion
Chlorphenvin-
phos
Dichlorvos
Coumaphos
GC-MS 10ppm 10 ta’ kull sena
Elementi kimiċi Pb
Hg
As
Cd
GF-AAS
500ppb
500ppb
1000ppb
50ppb
30 ta’ kull sena
Kuluranti Aħdar malakita HPLC Il-metodu għadu qed jiġi żviluppat
16 L.S.231.43 ħ STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT
IR-RABA’ SKEDA
Standards għal prodotti ta’ frott tal-baħar bil-qoxra krustaċji u molluski msajjra
1. Patoġeni
Salmonella spp. Assenti fi 25g
n = 5
c = 0
B’żieda patoġeni u tossini tagħhom li għandhom jiġu mfittxija skond il-
valutazzjoni tar-riskju, m’għandhomx ikunu preżenti fi kwantitajiet tali li jolqtu s-
saħħa ta’ konsumaturi.
2. Organismi li jindikaw iġjene batuta (prodotti bil-qoxra jew fosdqa)
Staphytococcus aureus
m = 100
M = 1 000
n = 5
c = 2
jew: Koliformi termotolleranti (44° C fuq mezz solidu)
m = 10
M = 100
n = 5
c = 2
jew: Escherichia coli (fuq mezz solidu)
m = 10
M = 100
n = 5
c = 2
Fejn il-parametri n, m, M, u c jkunu mfissra kif ġej:
n = għadd ta’ unitajiet li jagħmlu l-kampjun,
m = limitu li inqas minnu r-riżultati kollha jitqiesu sodisfaċenti,
M = limitu ta’ accettabilità  li inqas minnu r-riżultati jitqiesu insodisfaċenti;
c = għadd ta’ untitajiet ta’ kampjuni li jkollhom għadd batteriku ta’ bejn n u M.
Il-kwalità  ta’ grupp titqies li tkun:
(a) sodisfaċenti meta l-valuri kollha osservati jkunu 3m jew inqas;
(b) aċċettabbli meta l-valuri osservati jkunu bejn 3m u 10Om (= M) u meta
c/n jkun 2/5 jew inqas.
ll-kwalità  ta’ grupp titqies li ma tkunx sodisfaċenti:
- f’kull każ fejn il-valuri jkunu iktar minn M,
- fejn dn hu akbar minn 2/5.
3. Organismi indikaturi (linji direttivi)
STABBILIMENTI GĦALL-IPPAKKETTJAR U PROĊESSAR TA’ ĦUT ġ L.S.231.43 17
Batteriji aerobiċimesofoliċi (30° C)
(a) Prodotti sħaħ
m = 10 000
M = 100 000
n = 5
c = 2
(b) Prodotti bil-qoxra jew fosqda ħlief għal-laħam tal-granċ
m = 50 000
M = 500 000
n = 5
c = 2
(ċ) Laħam tal-granċ 
m = 100 000
M = 1 000 000
n = 5
c = 2
