TRATTAMENT BIR-RADJAZZJONI TA’ ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.45 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.45
REGOLAMENTI DWAR IT-TRATTAMENT
BIR-RADJAZZJONI TA’ ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
16 ta’ April, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 61 ta’ l-2001.
Titolu.
Trattament bir-Radjazzjoni ta’ Ħwejjeġ ta’ l-Ikel.
Skop.
manifattura, tqeghid fis-suq u importazzjoni ta’ ikel u ingredjenti
ta’ l-ikel, hawn iktar ’il quddiem imsejjħa "oġġetti ta’ l-ikel",
ittrattati b’radjazzjoni jonizzanti.
2.2 Dawn ir-regolamenti ma japplikawx għal:
(a) oġġetti ta’ l-ikel esposti għal radjazzjoni jonizzanti
ġġenerata minn tagħmir ta’ tikjil jew spezzjon,
sakemm id-doża assorbita ma tkunx aktar minn 0.01
Gy fil-każ ta' tagħmir ta’ spezzjon li juża n-newtroni u
0.5 Gy f’każijiet oħra, b’massimu ta’ livell ta’ enerġija
ta’ radjazzjoni ta’ 10 MeV fil-każ ta’ X-rays, 14 MeV
fil-każ ta’ newtroni u 5 MeV f’każijiet oħra;
(b) trattament bir-radjazzjoni ta’ oġġetti ta’ l-ikel
imħejjija għal pazjenti li jkunu jeħtieġu dieti sterili
taħt superviżjoni medika.
Projbizzjoni ta’ 
tqegħid fis-suq.
3.1 Oġġetti ta’ l-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jistgħu jitqegħdu
fis-suq biss jekk ikunu jikkonformaw mal-provvedimenti ta’ dawn
ir-regolamenti.
Kondizzjonijiet li 
jridu jitħassru.
4.1 Il-kondizzjonijiet li jridu jitħarsu biex tingħata
awtorizzazzjoni għat-trattament ta’ oġġetti ta’ l-ikel b’radjazzjoni
jonizzanti huma mniżżla fl-Ewwel Skeda. Fil-mument tat-
trattament, dawk l-oġġetti ta’ l-ikel għandhom ikunu fi stat adattat
tajjeb għas-saħħa.
4.2 Trattament bir-radjazzjoni jista’ jsir biss permezz ta’ l-
għejun imniżżlin fit-Tieni Skeda u skond il-ħtiġiet tal-Kodiċi ta’
Prattika msemmi fir-regolament 7.2. Il-medja ġenerali ta’ doża
assorbita għandha tkun kalkulata skond it-Tielet Skeda.
4.3 L-ogħla doża ta’ radjazzjoni fil-każ ta’ oġġetti ta’ l-ikel
tista’ tingħata f’dożi parzjali; madankollu, ma tistax tinqabeż l-
ogħla doża ta’ radjazzjoni.
4.4 It-trattament bir-radjazzjoni ma jistax jintuża flimkien ma’
xi trattament kimiku li jkollu l-istess skop bħal dak it-trattament.
Oġġetti ta’ l-ikel li 
jistgħu jingħataw 
radjazzjoni.
5.1 L-oġġetti ta’ l-ikel li jistgħu jiġu trattati b’radjazzjoni
jonizzanti u l-ogħla doża medja totali li tista’ tingħata jinsabu
mniżżlin fir-Raba’ Skeda. Huma biss dawk l-oġġetti ta’ l-ikel
hemm imniżżlin li jistgħu jiġu tttattati b’radjazzjoni jonizzanti.
Twaħħil ta’ tikketti 
fuq ikel trattat bir-
radjazzjoni.
6.1 It-twaħħil ta’ tikketti fuq ikel ittrattat bir-radjazzjoni
jonizzanti għandu jkun regolat bil-provvedimenti li ġejjin:
2 L.S.231.45 ħ TRATTAMENT BIR-RADJAZZJONI TA’ ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
6.1.1 fil-każ ta’ prodotti maħsubin għall-konsumatur
aħħari u provdituri ta’ l-ikel għall-massa:
L.S.231.27
(a) jekk il-prodotti jinbiegħu wieħed wieħed, il-
kliem "ittrattat bir-radjazzjoni" jew "ittrattat
b’radjazzjoni jonizzanti" ghandhom jidhru fuq
it-tikketta kif provdut fir-Regolamenti dwar
Twaħħil ta’ Tikketti, Preżentazzjoni u Riklamar
ta’ Oġġetti ta’ l-Ikel. Fil-każ ta’ prodotti
mibjugħin bl-ingrossa, dan il-kliem għandu
jidher flimkien ma’ l-isem tal-prodott fuq
kartellun tal-wiri jew avviż fuq jew ħdejn il-
kontenitur li fih ikun hemm il-prodotti;
(b) jekk prodott ittrattat bir-radjazzjoni jintuża
bħala ingredjent, għandu jkun hemm l-istess
kliem li jsieħeb it-tismija tiegħu fil-lista ta’
ingredjenti. Fil-każ ta’ prodotti mibjugħin bl-
ingrossa, dawn il-kliem għandhom jidhru
flimkien ma’ l-isem tal-prodott fuq kattellun tal-
wiri jew avviz fuq jew ħdejn il-kontenitur li fih
ikun hemm il-prodotti;
(ċ) b’mod ta’ deroga mir-Regolamenti dwar it-
Tikkettjar u l-Preżentazzjoni ta’ Ħwejjeġ ta’ l-
Ikel, dawn l-istess kliem huma meħtieġa biex
juri liema jkunu l-ingredjenti ttrattati bir-
radjazzjoni użati f’ingredjenti komposti
f’oġġetti ta’ l-ikel, ukoll jekk dawn ikunu
jagħmlu inqas minn 25% tal-prodott lest;
6.1.2 fil-każ ta’ prodotti mhux maħsubin għall-konsumatur
aħħari u għal provdituri ta’ ikel għall-massa:
(a) il-kliem imsemmija fir-regolament 6.1.1
għandhom jintużaw biex juru trattament kemm
ta’ l-ikel u kemm ta’ l-ingredjenti li jkun hemm
f’oġġett ta’ l-ikel ittrattat bir-radjazzjoni;
(b) għandha tkun indikata jew l-identità  u l-indirizz
ta’ l-installazzjoni li tkun għamlet it-trattament
bir-radjazzjoni jew in-numru ta’ referenza
tagħha kif mitlub f’dawn ir-regolamenti;
6.1.3 l-indikazzjoni tat-trattament għandha f’kull każ
tingħata fuq id-dokumenti li jkunu ma’ oġġetti ta’ l-
ikel ittrattati bir-radjazzjoni jew li jirreferu
għalihom.
Approvazzjoni ta’ 
istallazzjonijiet 
għal trattament bir-
radjazzjojni.
7.1 Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika għandu jkun
responsabbli:
- għall-approvazzjoni minn qabel ta’ l-istallazzjonijiet
għal trattament bir-radjazzjoni kollha f’Malta,
- għall-allokazzjoni ta’ numru ta’ referenza uffiċjali
ghal istallazzjonijiet għal trattament bir-radjazzjoni
approvati,
- għall-kontroll u spezzjon uffiċjali,
- għall-irtirar jew il-modifika ta’ l-approvazzjoni.
TRATTAMENT BIR-RADJAZZJONI TA’ ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.45 3
7.2 L-approvazzjoni tingħata biss jekk l-istallazzjoni:
- tkun tissodisfa l-ħtiġiet tal-Kodiċi ta’ Prattika
Internazzjonali Rakkomandat tal-Kummissjoni
Konġunta Codex Alimentarius FAO/WHO għat-
tħaddim ta’ istallazzjonijiet li fihom tintuża r-
radjazzjoni fit-trattament ta’ ħwejjeġ ta’ l-ikel
(referenza FAO/WHO/CAC, vol. XV. l-ewwel
edizzjoni), u kull ħtiġiet supplementari li jistgħu jkunu
adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artiklu 12 tad-
Direttiva 1999/2/EC tal-Parlament Ewropew u tal-
Kunsill,
- tinnomina persuna responsabbli għall-konformità  mal-
kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-
proċess.
7.3 Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika għandu jżomm
registrazzjoni dettaljata għal kull istallazzjoni ta’ trattament bir-
radjazzjoni approvat, li jkun fih:
- l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ referenza ta’ l-
istallazzjoni, kopja tat-test tad-dokument ta’
approvazzjoni u ta’ kull deċiżjoni li tissospendi jew
tirtira l-approvazzjoni;
- ir-riżultati tal-kontrolli li jkunu saru tul l-istadju tat-
tqegħid fis-suq tal-prodott. Il-metodi użati biex wieħed
jara kienx hemm trattament b’radjazzjoni jonizzanti
għandhom jikkonformaw mal-paragrafi 1 u 2 ta’ l-
Anness mad-Direttiva 85/591/EEC* u għandhom ikunu
standardizzati jew validati mhux aktar tard mill-1 ta’
Jannar, 2003.
7.4 L-istallazzjonijiet għal trattament bir-radjazzjoni li jkunu
approvati għandhom, għal kull għajn ta’ radjazzjoni jonizzanti
użata, jżommu reġistrazzjoni li tkun turi għal kull grupp ta’ oġġetti
ta’ l-ikel ittrattat:
(a) ix-xorta u l-kwantità  ta’ oġġetti ta’ l-ikel ittrattati bir-
radjazzjoni;
(b) in-numru tal-grupp;
(ċ) il-persuna li tkun qed tordna t-trattament bir-
radjazzjoni;
(d) min ikun irċieva l-oġġetti ta’ l-ikel ittrattati;
(e) id-data tat-trattament bir-radjazzjoni;
(f) il-materjal ta’ ppakkjar użat waqt it-trattament;
(g) l-informazzjoni għall-kontroll tal-proċess tat-
trattament bir-radjazzjoni kif provdut fit-Tielet Skeda,
il-kontrolli li saru għat-tikjil tad-dożi u r-riżultati
miksubin, b’dettalji b’mod partikolari dwar il-limiti ta’
fuq u t’isfel tad-doża assorbita u tat-tip ta’ radjazzjoni
jonizzanti;
*OJ L372, 31.12.1985, p.50
4 L.S.231.45 ħ TRATTAMENT BIR-RADJAZZJONI TA’ ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
(h) referenza għall-qisien tar-ratifika tad-doża inizjali.
7.5 Ir-registrazzjonijiet imsemmija fir-regolament 7.3
għandhom jinżammu għal perijodu ta’ ħames snin.
Importazzjoni ta’ 
ikel ittrattat bir-
radjazzjoni.
8.1 Ma jistax ikun importat minn pajjiż barra mill-Komunità
Ewropea oġġett ta’ l-ikel ittrattat b’radjazzjoni jonizzanti kemm-il
darba dan:
- ma jkunx jikkonforma mal-kondizzjonijiet li japplikaw
għal dawk l-oġġetti ta’ l-ikel,
- ma jkollux miegħu dokumenti li juru l-isem u l-
indirizz ta’ l-istallazzjoni li jkun għamel it-trattament
bir-radjazzjoni u li jagħtu l-informazzjoni li hemm
referenza għaliha fir-regolament 7.3,
- ma kienx ittrattat f’istallazzjoni għal trattament bir-
radjazzjoni approvat mill-Komunità  Ewropea kif
jidher fil-lista ppubblikata fl-Official Journal of the
European Communities skond l-Artiklu 9 tad-Direttiva
1999/2/EC.
Materjal ta’ 
ippakkjar.
9.1 Kull materjal li jintuża għall-ippakkjar ta’ oġġetti ta’ l-ikel
li se jkunu ttrattati bir-radjazzjoni għandu jkun adattat għal dak l-
iskop.
L-EWWEL SKEDA
Kondizzjonijiet biex ikun awtorizzat Trattament bir-Radjazzjoni
1. It-trattament bir-radjazzjoni ta’ l-ikel jista’ jkun awtorizzat
biss jekk:
- ikun hemm ħtieġa teknoloġika raġonevoli,
- ma jkun jippreżenta ebda periklu għas-saħħa u jsir taħt
il-kondizzjonijiet proposti,
- ikun ta’ benefiċċju għall-konsumatur,
- ma jintużax bħala sostitut għal xi pratka ta’ iġjene u
tas-saħħa jew għal xi pratka adatta ta’ manifattura jew
agrikoltura.
2. It-trattament bir-radjazzjoni ta’ ikel jista’ jintuża biss għal
dawn l-iskopijiet li ġejjin:
- biex inaqqas l-inċidenza ta’ mard li jinfirex mill-ikel
billi jeqred organiżmi patoġeniċi,
- biex inaqqas it-taħsir ta’ oġġetti ta’ l-ikel billi
jirritardja jew iwaqqaf proċessi ta’ taħsir u jeqred l-
organiżmi li jġibu t-taħsir,
- biex inaqqas t-telf ta’ oġġetti ta’ l-ikel li jiġi minn
maturazzjoni qabel iż-żmien, ġelbin jew ħruġ tan-
nebbieta,
- biex ineħħi minn oġġetti ta’ l-ikel organiżmi li
jagħmlu ħsara lill-pjanti jew prodotti tal-pjanti.
TRATTAMENT BIR-RADJAZZJONI TA’ ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.45 5
IT-TIENI SKEDA
Għejun ta’ Radjazzjoni Jonizzanti
1. Oġġetti ta’ l-ikel jistgħu jiġu ttrattati biss b’dawn l-għejun
ta’ radjazzjoni jonizzanti li ġejjin:
(a) raġġi gamma minn radjonuklidi 60Co jew 137Cs;
(b) X-rays ġenerati minn għejun ta’ magni mħaddmin
f’livell ta’ enerġija nominali (maximum  quantum
energy) ta’ 5MeV jew inqas;
(ċ) elettroni ġenerati minn għejun ta’ magni mħaddmin
f’livell ta’ enerġija nominali (maximum  quantum
energy) ta’ 10MeV jew inqas.
IT-TIELET SKEDA
1. Tikjil tad-dożi
Medja totali ta’ doża assorbita
Jista’ jitqies għall-fini li tiġi stabbilita kemm ikunu tajbin
għas-saħħa oġġetti ta’ l-ikel ittrattati b’doża li jkollha medja totali
ta’ 10 kGy jew inqas, li l-effetti kimiċi kollha ta’ radjazzjoni f’dik
il-marġni ta’ doża partikolari ikunu proporzjonali għad-doża.
Id-doża medja totali, D, hija definita b’dan in-numru
integrali li ġej diviż bil-volum totali ta’ l-oġġetti:
fejn, M = il-massa totali tal-kampjun ittrattat
p = id-densità  totali fil-punt (x,y,z)
d = id-doża assorbita lokalment fit-punt (x,y,z)
dV = dx dy dz, l-lement tal-volum infiniteżimali li
f’każijiet reali jkun rappreżentat mill-frazzjonijiet
tal-volum.
Id-doża medja totali assorbita tista’ tigi stabbilita
direttament fil-każ ta’ prodotti omoġenei jew fil-każ ta’ oġġetti bl-
ingrossa ta’ densità  apparenti omoġenea bid-distribuzzjoni ta’
għadd adegwat ta’ mezzi ta’ tikjil tad-doża mqegħdin b’mod
strateġiku u kif jinserta fost il-volum kollu ta’ l-oġġetti. Mid-
distribuzzjoni tad-doża li tigi stabbilita b’dan il-mod, tista’ tinħareġ
medja li tkun id-doża medja totali assorbita.
Jekk l-għamla tal-kurva tad-distribuzzjoni tad-doża ma fil-
prodott kollu tkun giet stabbilita sew, isiru magħrufa il-
pożizzjonijiet ta’ l-inqas u l-ogħla doża. It-tikjil tad-distribuzzjoni
tad-doża f’dawn iż-żewġ pożizzjonijiet f’sensiela ta’ kampjuni tal-
prodotti jista’ jintuża biex jagħti stima tad-doża medja totali.
1
MD = fp(x,y,z)d(x,y,z)dV
6 L.S.231.45 ħ TRATTAMENT BIR-RADJAZZJONI TA’ ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL
F'xi każijiet, il-valur medju tal-valuri medji ta’ l-inqas
doża (D min) u ta’ l-ogħla doża (D max) ikun stima tajba tad-doża
totali: jiġifieri, f’dawn il-każijiet,
2. Proċeduri
2.1 Qabel ma jinbeda t-trattament bir-radjazzjoni ta’ rutina ta’
kategorija speċifika ta’ xi oġġett ta’ l-ikel fi istallazzjoni għat-
trattament bir-radjazzjoni, il-lokazzjonijiet ta’ l-inqas u l-ogħla
dożi jiġu stabbiliti billi jitkejjlu d-dożi fil-volum tal-prodott kollu.
Dawn il-qisien għall-validazzjoni għandhom jittieħdu għal għadd
biżżejjed ta’ drabi (daqs 3-5) biex jingħata każ ta’ varjazzjonijiet
fid-densità  jew il-ġeometrija tal-prodott.
2.2 It-tikjil għandu jigi ripetut kull meta jinbidel il-prodott, il-
ġeometrija tiegħu jew il-kondizzjonijiet tat-trattament bir-
radjazzjoni.
2.3 Matul il-proċess jittieħdu kejlijiet ta’ rutina tad-dożi biex
ikun żgurat li ma jinqabżux l-limiti tad-dożi. It-tikjil irid isir bit-
tqegħid ta’ apparat li jkejjel id-dożi fil-pożizzjonijiet ta’ l-inqas
jew l-ogħla doża, jew f’pożizzjoni ta’ referenza. Id-doża
f’pożizzjoni ta’ referenza għandha tkun marbuta kwantitattivament
ma’ l-ogħla u l-inqas doża. Il-pożizzjoni ta’ referenza għandha tkun
lokalizzata f’punt konvenjenti fil-prodott jew fuqu, meta l-
varjazzjonijiet fid-doża jkunu baxxi.
2.4 It-tikjil ta’ rutina tad-doża għandu jsir fuq kull grupp u
f’intervalli regolari waqt il-produzzjoni.
2.5 F’każi fejn oġġetti sfużi u mhux ippakkjati jingħataw
trattament bir-radjazzjoni, il-lokazzjonijiet ta’ l-inqas u l-ogħla
dożi ma jkunux jistgħu jiġu stabbiliti. F’dawn il-każijiet jkun wisq
aħjar li jittieħdu kampjuni kif jinsertaw b’apparat li jkejjel id-dożi
sabiex jinstabu l-valuri ta’ dawn l-estremitajiet ta’ doża.
2.6 It-tikjil ta’ dożi għandu jsir bl-użu ta’ sistemi ta’ tikjil ta’
dożi rikonoxxuti, u t-tikjil irid ikun jista’ jigi mwassal lura għal
standards primarji.
2.7 Waqt it-trattament bir-radjazzjoni, ċerti parametri fl-
istallazzjoni għandhom ikunu kkontrollati u rregistrati l-ħin kollu.
Fil-każ ta’ istallazzjonijiet radjunuklidiċi, il-parametri jinkludu l-
veloċità  tat-trasport u l-livell ta’ enerġija tal-prodott, il-kurrent ta’
l-elettroni u l-wisa’ ta’ skannjar ta’ l-istallazzjoni.
doża medja totali = D max + D min2
Il-proporzjon ta’ D max m’għandux jaqbeż 3.D min
TRATTAMENT BIR-RADJAZZJONI TA’ ĦWEJJEĠ TA’ L-IKEL ġ L.S.231.45 7
IR-RABA’ SKEDA
Oġġetti ta’ l-Ikel awtorizzati għal Trattament bir-Radjazzjoni
u l-Ogħla Dożi ta’ Radjazzjoni
Kategorija ta’ l-oġġett ta’ l-ikel L-ogħla medja totali ta’ doża ta’ radjazzjoni assorbita (kGy)
Ħxejjex aromatiċi mnixxfin, 
ħwawar u taħwir ta’ ħxejjex ta’ l-
ikel 10
