REĠISTRAZZJONI TA’ MIN JIPPREPARA L-IKEL ġ L.S.231.46 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.46
REGOLAMENTI DWAR IR-REĠISTRAZZJONI TA’ 
MIN JIPPREPARA L-IKEL
1 ta’ Jannar, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 178 ta’ l-2001.
Titolu.
ir-Reġistrazzjoni ta’ Min Jipprepara l-Ikel.
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’
Jannar,  2002.
Tifsiriet.
tkunx teħtieġ xort’oħra -
Kap. 231.
tax-Xorb;
''ċertifikat validu'' tfisser kull ċertifikazzjoni fil-pratka tajba ta’
l-iġjene ta’ l-ikel maħruġa minn xi korp approvat mis-
Suprintendent, u ċertifikazzjoni għandha tiftiehem skond hekk; 
''dokument ta’ reġistrazzjoni'' tfisser forma ta’ identifikazzjoni
maħruġa mis-Suprintendent lil min jipprepara l-ikel u jkollu liċenza
valida u skond il-kategoriji ta’ l-Iskeda;
''ikel ta’ riskju għoli'' tfisser dak l-ikel li, taħt kondizzjonijiet
tajba, jiffavorixxi l-moltiplikazzjoni ta’ batterji patoġeniċi u li hu
maħsub għall-konsum mingħajr ebda trattament li jista’ jiddistruġġi
dawk il-patoġeni;
''min jipprepara l-ikel'' tfisser kull min ikun involut fil-
preparazzjoni, manifattura u trattament skond l-Att f’xi negozju ta’
l-ikel, sew jekk għal profitt sew jekk le, u li jimmaniġġa jew
jipprepara ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem; u l-maniġġ ta’
l-ikel għandu jiftiehem skond hekk;
''negozju ta' l-ikel'' tfisser kull negozju li meta jkun qed jiġi
ġestit, jitwettqu operazzjonijiet kummerċjali dwar l-ikel jew
postijiet mnejn jittieħed l-ikel, inkluża l-importazzjoni u l-
esportazzjoni ta’ ikel, u sew jekk dawn isiru għal profitt sew jekk
le; 
''operazzjoni kummerċjali'' dwar ħwejjeġ ta’ l-ikel jew materjal
ta' kuntatt tfisser xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a) li tbiegħ, ikollok għall-bejgħ, u toffri, tqiegħed jew
tirreklama għall-bejgħ;
(b) li tikkunsinna, twassal jew isservi bħala bejgħ;
(ċ) li tipprepara għall-bejgħ jew tippreżenta, tagħmel
tikketti jew issorr għall-fini ta’ bejgħ;
(d) li taħżen jew tittrasporta għall-fini ta’ bejgħ;
(e) li timporta jew tesporta,
u, għar-rigward ta’ kull post mnejn jittieħed l-ikel, tfisser li tikseb
2 L.S.231.46 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ MIN JIPPREPARA L-IKEL
l-ikel minn dak il-post għall-fini ta’ bejgħ jew għall-finijiet li
għandhom x’jaqsmu mal-bejgħ;
''is-Suprintendent'' tfisser is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
Reġistrazzjoni ta’ 
min jipprepara l-
ikel.
3. (1) Ħadd ma jista’ jagħmilha bħala min jipprepara l-ikel
mingħajr ma qabel ikun reġistrat bħala tali mas-Suprintendent.
(2) Ħadd ma jista’ jimpjega lil min jipprepara l-ikel f’xi
negozju ta’ l-ikel jekk ma jkunx reġistrat mas-Supritendent u jkollu
dokument ta’ reġistrazzjoni korrenti.
(3) Kull min jipprepara l-ikel u japplika biex jiġi reġistrat mas-
Suprintendent għandu jkollu ċertifikat validu kif muri fl-Iskeda li
tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
Identifikazzjoni ta’ 
min jipprepara l-
ikel.
4. (1) Kull min jipprepara l-ikel u jkun reġistrat mas-
Suprintendent għandu jinħariġlu dokument ta’ reġistrazzjoni.
(2) Is-Suprintendent għandu jżomm reġistru ta’ kull min
jipprepara l-ikel u li jkun inħariġlu dokument ta' reġistrazzjoni.
(3) Dak id-dokument ta’ reġistrazzjoni għandu jkun validu
għal perjodu ta’ sentejn jew ta’ ħames snin skond ma jkun
jiddependi mit-tip ta’ ċertifikat validu ppreżentat.
(4) Is-Suprintendent għandu jġedded id-dokument ta’
reġistrazzjoni meta jintalab jagħmel hekk sakemm ikun ġie wkoll
ippreżentat ċertifikat validu meta ssir it-talba.
(5) Dak id-dokument ta’ reġistrazzjoni għandu jkun
disponibbli għall-ispezzjon minn uffiċjal awtorizzat meta jiġi hekk
mitlub.
Ħlas ta’ dritt ta’ 
reġistrazzjoni.
5. Għandu jitħallas lis-Suprintendent dritt ta’ lira meta joħroġ
jew iġedded dokument ta’ reġistrazzjoni.  Dak id-dritt għandu
wkoll jitħallas għall-ħruġ ta’ dokument ta’ reġistrazzjoni
sostituttiv.
Ħtiġiet mediċi. 6. Min jipprepara l-ikel għandu jagħmel kull eżami mediku
jew kura li tista’ tkun meħtieġa mis-Suprintendent.
REĠISTRAZZJONI TA’ MIN JIPPREPARA L-IKEL ġ L.S.231.46 3
SKEDA
(Regolament 3)
Kategorija Deskrizzjoni Validità  taċ-Ċertifikat
A. 1. Min jipprepara l-ikel u jkun involut
fil-preparazzjoni, manifattura, ppakkjar jew
tħejjija ta’ ikel mhux ta’ riskju għoli u ikel
misrur jew imgeżwer
Sentejn
2. Min jipprepara l-ikel u ma jkunx
direttament involut fil-tħejjija jew il-
manifattura ta’ l-ikel
Sentejn
B. Min jipprepara l-ikel u jkun involut fit-
tħejjija jew il-manifattura ta’ ikel ta’ riskju
għoli, u bejjiegħa bl-imnut u bl-ingrossa li
jimmaniġġaw ikel ta’ riskju għoli skopert
(mhux misrur jew imgeżwer)
Ħames snin
