REĠISTRAZZJONI TA’ POSTIJIET TA’ L-IKEL ġ L.S.231.47 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.47
REGOLAMENTI DWAR IR-REĠISTRAZZJONI TA’ 
POSTIJIET TA’ L-IKEL
1 ta’ Jannar, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 180 ta’ l-2001.
Titolu.
ir-Reġistrazzjoni ta’ Postijiet ta’ l-Ikel.
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’
Jannar,  2002.
Tifsiriet.
tkunx teħtieġ xort’oħra -
Kap. 231.
tax-Xorb;
''materjal f'kuntatt'' tfisser kull oġġett jew sustanza maħsuba biex
jidħlu f’kuntatt ma' l-ikel;
''negozju ta’ l-ikel'' tfisser kull negozju li meta jkun qed jiġi
ġestit, jitwettqu operazzjonijiet kummerċjali dwar l-ikel jew
postijiet mnejn jittieħed l-ikel, inkluża l-importazzjoni u l-
esportazzjoni ta’ ikel sew jekk dawn isiru għal profitt sew jekk le; 
''operazzjoni kummerċjali''  dwar ħwejjeġ ta’ l-ikel jew materjal
ta’ kuntatt tfisser xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a) li tbiegħ, ikollok għall-bejgħ, u toffri, tqiegħed jew
tirreklama għall-bejgħ;
(b) li tikkunsinna, twassal jew isservi bħala bejgħ;
(ċ) li tipprepara għall-bejgħ jew tippreżenta, tagħmel
tikketti jew issorr għall-fini ta’ bejgħ;
(d) li taħżen jew tittrasporta għall-fini ta’ bejgħ;
(e) li timporta jew tesporta,
u, għar-rigward ta’ kull post mnejn jittieħed l-ikel, tfisser li tikseb
l-ikel minn dak il-post għall-fini ta’ bejgħ jew għall-finijiet li
għandhom x’jaqsmu mal-bejgħ;
''post ta’ l-ikel'' tfisser kull fond li jintuża għall-fini ta’ negozju
ta’ l-ikel, inkluża posta, sew jekk fi swieq fil-miftuħ jew fuq
ġewwa, u vetturi, sew mobbli sew mhux;
''proprjetarju'' dwar postijiet ta’ l-ikel tfisser il-persuna jew il-
persuni li minnhom jiġi ġestit in-negozju u tinkludi sidien u
okkupanti ta’ fondi, detenturi ta’ liċenza għan-negozju jew il-fond,
u l-persuni li jidhru fuq ir-Reġistru ta’ Postijiet ta’ l-Ikel, kif
provdut dwarhom b’dawn ir-regolamenti;
''is-Suprintendent'' tfisser is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
Reġistrazzjoni ta’ 
postijiet ta’ l-ikel.
3. (1) Ħadd ma jista’ juża xi fond bħala post ta’ l-ikel bil-
għan ta’ negozju ta’ l-ikel għal tliet ijiem jew iktar, sew jekk
konsekuttivi sew jekk le, f’perjodu ta’ tliet ġimgħat konsekuttivi
2 L.S.231.47 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ POSTIJIET TA’ L-IKEL
kemm-il darba dak il-post ma jkunx qabel ġie reġistrat mas-
Suprintendent.
(2) Ebda post ta’ l-ikel m’għandu jintuża ħlief b’konformità
assoluta mal-kondizzjonijiet ta’ dik ir-reġistrazzjoni jew ta’ dik il-
liċenza li jistgħu jiġu imposti minn żmien għal żmien mis-
Suprintendent.
(3) Ir-reġistrazzjoni ta’ postijiet ta’ l-ikel jew ta’ negozju ta’ l-
ikel taħt dan ir-regolament m’għandhiex teżenta lill-proprjetarju
minn xi obbligazzjoni li japplika għal, u li jikseb kull liċenza jew
permess neċessarji li jistgħu jkunu meħtieġa minn xi awtorità
kompetenti.
Metodu ta’ 
reġistrazzjoni.
4. (1) Ir-reġistrazzjoni għandha ssir bil-miktub fuq il-formola
adatta li tinkiseb mingħand is-Suprintendent, u li tiġi debitament
mimlija u ppreżentata fl-uffiċċju msemmi.
(2) Il-partikolaritajiet li jingħataw fuq il-formola ta’
reġistrazzjoni m’għandhomx ikunu qarrieqa, mhux eżatti jew mhux
kompleti.
Reġistru ta’ 
Postijiet ta’ l-Ikel.
5. Is-Suprintendent għandu jżomm reġistru, li jkun magħruf
bħala r-Reġistru ta’ Postijiet ta’ l-Ikel.
Emenda ta’ l-
inserzjonijiet.
6. (1) Meta jkun hemm bdil fil-proprjetarju ta’ negozju ta’ l-
ikel, il-proprjetarju l-ġdid għandu, fi żmien tmienja u għoxrin
ġurnata wara d-data tal-bidla, jagħti lis-Suprintendent dawk l-istess
partikolaritajiet bħalma huma meħtieġa bir-regolament 4.
(2) Meta jkun hemm bdil fix-xorta tan-negozju ta’ l-ikel, li l-
partikolaritajiet tiegħu jkunu jinsabu fir-reġistru msemmi fir-
regolament 5, il-proprjetarju ta’ dak in-negozju għandu jipprovdi
lis-Suprintendent b’kull partikolarità  tal-bdil mhux iktar tard minn
tmienja u għoxrin ġurnata wara li tiġri.
Reati. 7. Kull min jikser id-disposizzjonijiet tar-regolamenti 3, 4 u 6
ikun ħati ta’ reat taħt l-Att.
