KASEINA U PRODOTTI TAL-KASEINA ġL.S.231.50 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 231.50
REGOLAMENTI DWAR KASEINA U PRODOTTI 
TAL-KASEINA
1 ta’ Lulju, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 113 ta’ l-2002.
Titolu.
Kaseina u Prodotti tal-Kaseina.
Skop u 
applikabilità .
2.1 Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għal
lattoproteini, kif definiti fl-Iskedi, li huma intenzjonati għall-
konsum uman u għal taħlitiet tagħhom.
Definizzjonijiet.
tkunx teħtieġ xort’ oħra, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li
ġejjin:
Kaseina:
il-proteina prinċipali kostitwenti tal-ħalib, imxarrba u mnixxfa, li
ma tinħallx fl-ilma u li tittieħed minn ħalib xkumat bis-
separazzjoni tas-solidu mill-likwidu:
- biż-żjieda ta’ aċidu, jew
- b’aċidifikazzjoni mikrobika 
- bl-użu tat-tames, jew
- bl-użu ta’ enzimi oħra li jgħaqqdu l-ħalib, bla
pregudizzju għall-possibiltà  ta’ l-uzu minn qabel ta’
proċessi ta’ skambju ta’ joni u proċessi ta’
konċentrazzjoni.
Ħalib xkumat: 
il-ħalib ta’ baqra waħda jew aktar li ma jkun żdiedlu xejn miegħu
u li jkun tnaqqaslu biss il-kontenut tax-xaħam.
Prodotti tal-kaseina: 
prodotti miksuba bit-tnixxif ta’ kaseini ttrattati b’aġenti
newtralizzanti.
Beigħ ta’ 
Lattoproteini.
4.1 Il-prodotti definiti fl-Iskedi li jinstabu ma’ dawn ir-
regolamenti jistgħu jinbiegħu biss jekk ikunu jikkonformaw mad-
definizzjonijiet u r-regoli mniżżlin f’dawn ir-regolamenti u fl-
Iskedi li hemm magħhom.
4.2 Prodotti li ma jissodisfawx il-kriterji mniżżlin fl-Iskedi
għandhom jissemmew u jitwaħħlulhom tikketti hekk li x-xerrej ma
jitqarraqx dwar ix-xorta, l-kwalità  u l-uzu tagħhom.
Ismijiet riservati.
għall-prodotti definiti u għandhom jintużaw fil-kummerċ biex
ifissru dawn il-prodotti.
Twaħħil ta’ tikketti 
fuq Lattoproteini.
L.S.231.27
5.1 Mingħajr pregudizzju għad-disposizzjonijiet tar-
Regolamenti dwar it-Twaħħil ta’ Tikketti, Preżentazzjoni u
Reklamar ta’ Oġġetti ta’ l-Ikel, u mingħajr pregudizzju għal
2 L.S.231.50 ħ KASEINA U PRODOTTI TAL-KASEINA
provvedimenti oħra li jistgħu jkunu adottati dwar it-twaħħil ta’
tikketti fuq oġġetti ta’ l-ikel mhux maħsubin għall-konsumatur
aħħari, l-uniċi partikolaritajiet mandatarji li għandhom ikunu
mmarkati b’karattri li ma jitħassrux fuq il-pakki, kontenituri jew
tikketti tal-prodotti definiti fl-Iskedi għandhom ikunu kif gej:
5.1.1 l-isem riservat għall-prodotti skond ir-regolament
4.3 b’indikazzjoni, fil-każ ta’ prodotti tal-kaseina,
ta’ katjonu jew katjoni;
5.1.2 fil-każ ta’ prodotti mmarkati bħala taħlitiet, il-kliem
‘taħlita ta’ ............’ segwit bl-ismijiet tal-prodotti
differenti li jikkostitwixxu t-taħlita, fl-ordni nieżel
tal-piż; indikazzjoni tal-katjonu jew katjoni fil-każ
ta’ prodott jew prodotti tal-kaseina, l-ammont ta’
proteina fil-każ ta’ taħlitiet li fihom prodotti ta’
kaseina;
5.1.3 il-kwantità  netta espressa f’kilogrammi jew
grammi;
5.1.4 l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-
manifattur jew ta’ min jippakkja jew ta’ bejjiegħ
stabbilit f’Malta jew fil-Komunità  Ewropea;
5.1.5 fil-każ ta’ prodotti importati minn barra l-Komunità
Ewropea, isem il-pajjiż ta’ l-origini;
5.1.6 id-data tal-manifattura jew xi marka li biha l-pakk
jista’ jkun identifikat.
5.2 Il-bejgħ ta’ kaseini jew prodotti ta’ kaseina li jistgħu
jittieklu hu pprojbit jekk il-partikolaritajiet li hemm referenza
għalihom fil-paragrafi 5.1.1, 5.1.2, 5.1.5 u 5.1.6 ma jidhrux f’mill-
inqas waħda mill-lingwi li ġejjin - Malti, Ingliż jew Taljan -
sakemm l-informazzjoni ma tingħatax b’mezzi oħra.
5.3 Il-partikolaritajiet speċifikati fil-paragrafi 5.1.2, it-tielet
subinċiż, 5.1.3, 5.1.4 u 5.1.5 jistgħu jidhru biss fuq dokument li
jkun mal-pakk. Fil-każ ta’ trasport bil-kwantità , din id-deroga
għandha tapplika wkoll għall-partikolaritajiet speċifikati fil-
paragrafi 5.1.2, it-tieni subinċiż, u 5.1.6.
Trattament bis-
sħana.
6.1 Mingħajr pregudizzju għal provvedimenti oħra li jistgħu
jkunu adottati fil-qasam tas-saħħa u l-igjene f’konnessjoni ma’ kull
materjal bażiku li hemm referenza għalih fl-Ewwel u fit-Tieni
Skedi, prodotti ta’ dik ix-xorta għandhom ikunu soggetti għal
trattament tas-sħana li jirrendi kull phosphatase negattiv.
7.1.1 Meta, minħabba informazzjoni gdida jew
rivalutazzjoni ta’ informazzjoni eżistenti, is-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jsib li jkun hemm
evidenza dettaljata li l-użu fil-prodotti definiti fl-
Ewwel u fit-Tieni Skedi ta’ dawn ir-regolamenti ta’
xi waħda mis-sustanzi msemmija f’dawk l-Iskedi
jew li l-kwantità  massima ta’ sustanza ta’ dik ix-
xorta li tista’ tintuza tkun toħloq periklu għas-saħħa
tal-bniedem, minkejja li tkun tikkonforma mad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, huwa
jista’, wara li jikkonsulta mad-Direttorat
KASEINA U PRODOTTI TAL-KASEINA ġL.S.231.50 3
responsabbli għall-oġġetti ta’ l-ikel fl-Awtorità
Maltija dwar l-iStandards, jissospendi jew
jirrestringi l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet
rilevanti.
Metodi ta’ analiżi.
f’dawn ir-Regolamenti għandha ssir skond l-Ewwel Direttiva tal-
Kummissjoni 85/503/EEC*.
Proċeduru kif 
jittieħdu kampjuni.
9.1 Kampjuni ta’ kaseini u prodotti ta’ kaseina li jinkwadraw l-
iskop ta’ dawn ir-regolamenti għandhom jittieħdu skond l-Ewwel
Direttiva tal-Kummissjoni 86/424/EEC†.
*OJ L 308/12, 20.11.1985
†OJ L 243/29, 28.8.1986
4 L.S.231.50 ħ KASEINA U PRODOTTI TAL-KASEINA
L-EWWEL SKEDA
Kaseini li jistgħu Jittieklu
I. ISMIJIET U DEFINIZZJONIJIET
(a) ‘kaseina aċiduża li tista’ tittiekel’ tfisser kaseina li tista’ tittiekel li tittieħed
bis-separazzjoni tas-solidu mill-likwidu bl-użu ta’ l-għajnuniet teknoloġiċi u kolturi
batterjoloġiċi elenkati fit-Taqsima II(d) li jikkonformaw ma’ l-istandards stipulati
fit-Taqsima II.
(b) ‘kaseina tat-tames li tista’ tittiekel’ tfisser kaseina li tista’ tittiekel li titieħed
bis-separazzjoni tas-solidu mill-likwidu bl-użu ta’ l-għajnuniet teknoloġiċi elenkati
fit-Taqsima III(d) u li jikkonformaw ma’ l-istandards stipulati fit-Taqsima III.
II. STANDARDS APPLIKABBLI GĦAL ‘KASEINA AĊIDUŻA LI TISTA’
TITIEKEL’
(a) Fatturi ta’ kompożizzjoni essenzjali
(b) Sustanzi li jikkontaminaw
(ċ) Impuritajiet
(d) Għajnuniet teknoliġiċi u kolturi batterjoloġiċi li ma jagħmlux ħsara tajbin
għall-konsum uman
(e) Karatteristiċi organolettiċi
1. Kontenut massimu ta’ ndewwa 10.0% skond il-piż
2. Kontenut minimu ta’ proteina tal-ħalib kalkolat skond
l-estratt imnixxef
li l-kontenut minimu ta’ kaseina tiegħu hu
90% skond il-piż
95% skond il-piż
3. Kontenut massimu ta’ xaħam tal-ħalib kalkolat skond
l-estratt imnixxef
2.25% skond il-piż
4. Aċidità  massima titrattabbli espressa f’ml ta’
soluzzjoni ta’ idrossidu tas-sodju deċinormali kull g
0.27
5. Kontenut massimu ta’ rmied (P2O5 inkluż) 2.5% skond il-piż
6. Kontenut massimu ta’ lattosju anidruż 1% skond il-piż
7. Kontenut massimu ta’ sediment (partiċelli maħruqin) 22.5 mg f’25 g
Kontenut massimu ta’ ċomb 1 mg/kg
Materja barranija (bħal partiċelli ta’ injam jew tal-
metall, xagħar jew frammenti ta’ insetti
xejn f’25 g
(i) - aċidu lattiku (E 270)
- aċidu idrokloriku
- aċidu sulfuriku
- aċidu ċitriku (E 330)
- aċidu aċetiku (E 260)
- aċidu ortofostoriku
(ii) -  whey
- kolturi batterjoloġiċi li jipproduċu aċidi lattiċi
1. Riħa Ebda riħa barranija
2. Dehra Kulur bejn abjad u abjad fil-krema; il-prodott ma’ jistax ikollu
għoqod li ma jitfarrkux b’xi ftit tal-pressjoni.
KASEINA U PRODOTTI TAL-KASEINA ġL.S.231.50 5
III. STANDARDS APPLIKABBLI GĦAL ‘KASEINA TAT-TAMES LI TISTA
TITTIEKEL’
(b) Sustanzi li jikkontaminaw
(ċ) Impuritajiet
(d) Għajnuniet teknoloġiċi mhux ta’ periklu u tajbin għall-konsum uman
(e) Karatteristiċi organoleptiċi
IT-TIENI SKEDA
Prodott tal-Kaseina li jistgħu Jittieklu
I. DENOMINAZZJONIJIET U DEFINIZZJONIJIET
‘prodotti tal-kaseina li jistgħu jittieklu’ tfisser prodotti tal-kaseina meħudin minn
kaseini li jistgħu jittieklu bl-użu ta’ aġenti newtralizzanti ta' kwalità  li tista’ tittiekel
elenkati taħt it-Taqsima II(d) u li jkunu jikkonformaw ma’ l-istandards imniżżlin fit-
Taqsima II.
II. STANDARDS APPLIKABBLI GĦAL PRODOTTI TAL-KASEINA LI
JISTGĦU JITTIEKLU
1. Kontenut massimu ta’ ndewwa 10.0% skond il-piż
2. Kontenut minimu ta’ proteina tal-ħalib kalkolat skond
l-estratt imnixxef
li l-kontenut minimu ta’ kaseina tiegħu hu
84% skond il-piż
95% skond il-piż
3. Kontenut massimu ta’ xaħam tal-ħalib kalkolat skond
l-estratt imnixxef
2% skond il-piż
4. Kontenut massimu ta’ rmied (P2O5 inkluż) 7.5% skond il-piż
5. Kontenut massimu ta’ lattosju anidruż 1% skond il-piż
6. Kontenut massimu ta’ sediment (partiċelli maħruqin) 22.5 mg f’25 g
Kontenut ta’ ċomb massimu 1 mg/kg
Materja barranija (bħal partiċelli ta’ injam jew tal-
metall, xagħar jew frammenti ta’ insetti
xejn f’25 g
- tames
- enżimi oħra li jgħaqqdu l-ħalib
1. Riħa Ebda riħa barranija
2. Dehra Kulur bejn abjad u abjad fil-krema; il-prodott ma’ jistax ikollu
għoqod li ma jitfarrkux b’xi ftit tal-pressjoni.
1. Kontenut massimu ta’ ndewwa 8% skond il-piż
2. Kontenut minimu ta’ kaseina tal-proteina tal-ħalib
kalkolat skond l-estratt imnixxef
88% skond il-piż
3. Kontenut massimu ta’ xaħam tal-ħalib kalkolat skond
l-estratt imnixxef
2% skond il-piż
4. Kontenut massimu ta’ lattosju anidruż 1% skond il-piż
6 L.S.231.50 ħ KASEINA U PRODOTTI TAL-KASEINA
(b) Sustanzi li jikkontaminaw
(ċ) Impuritajiet
(d) Għajnuniet teknoloġiċi ta' kwalità li tista' tittiekel
(aġenti newtralizzanti u buffering)
(e) Karatteristiċi
5. Valur pH 6.0 sa 8.0
6. Kontenut massimu ta’ sediment (partiċelli maħruqin) 5 mg f’25 g
Kontenut massimu ta’ ċomb  1 mg/kg
Materja barranija (bħal partiċelli ta’ injam jew tal-
metall, xagħar jew frammenti ta’ insetti
xejn f’25 g
idrossidi
ta’
sodju
karbonati potassju
fosfati kalċju
ċitrati ammonju
manjeżju
1. Riħa Ħwawar u rwejjaħ estranji ħfief ħafna
2. Dehra Kulur bejn abjad u abjad fil-krema; il-prodott ma’ jistax ikollu
għoqod li ma jitfarrkux b’xi ftit tal-pressjoni
3. Solubilità Kważi kollu kemm hu solubbli fl-ilma distillat, minbarra l-
prodott tal-kaseina tal-kalċju.
