INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI ĊIVILI ġ L.S.232.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 232.03
REGOLAMENTI TA’ L-AVJAZZJONI ĊIVILI DWAR 
L-INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI U 
INĊIDENTI TA’ L-AJRU
1 ta’ Ottubru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 135 ta’ l-2002.
Titolu.
Avjazzjoni Ċivili dwar l-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji u Inċidenti
ta’ l-Ajru.
Tifsir.
kliem ma teħtieġx xort’oħra:
"Anness" tfisser l-Anness 13 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;
"diżgrazzja" tfisser dik l-okkorrenza assoċjata mat-tħaddim ta’
ajruplani u li ssir fil-perjodu minn x’ħin persuna tirkeb l-ajruplan
bl-iskop li tagħmel titjira sa x’ħin kull persuna bħala tkun żbarkat,
u meta -
(a) persuna ġġarrab korriment fatali jew serju bħala
riżultat li dik il-persuna -
- kienet ġewwa jew fuq l-ajruplan;
- ġiet f’kuntatt dirett ma’ kwalunkwe parti ta’ l-
ajruplan, inkluż partijiet li ġew maqlugħa mill-
ajruplan, jew;
- kienet esposta direttament għal jet blast,
ħlief meta l-korrimenti jsiru b’riżultat ta’ kawżi
naturali, jew ikunu magħmula mill-persuna nnifisha
jew minn persuni oħra, jew meta l-korrimenti jkunu
saru fuq persuni li jkunu nħbew barra minn dawk iż-
żoni li huma normalment disponibbli għall-passiġġieri
u l-ekwipaġġ, jew 
(b) l-ajruplan ġarrab ħsara jew falliment strutturali li-
- jaffettwa b’mod avvers is-saħħa strutturali, il-
prestazzjoni jew il-karatteristiċi tat-titjir ta’ l-
ajruplan, u
- normalment jirrikjedi tiswija jew tibdil maġġuri
tal-parti affettwata,
ħlief għall-falliment jew ħsara tal-makna, meta l-ħsara
tkun limitata għall-makna, il-qoxra jew aċċessorji
tagħha, jew għall-ħsara limitata ghall-iskrejjen, truf
tal-ġwienaħ, antenni, roti, brejkijiet, fairings, daqqiet
żgħar u toqob żgħar fil-qoxra ta’ l-ajruplan; jew
(ċ) l-ajruplan ikun mitluf jew kompletament inaċċessibbli;
"dokumentazzjoni relevanti" tfisser kwalunkwe oġġett fil-
pussess, kustodja jew poter tal-Ministru li huwa tat-tip kif imsemmi
fis-subparagrafi (a) sa (e)  tal-paragrafu  5.12 ta’ l-Anness;
2 L.S.232.03 ħ INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI ĊIVILI
"ekwipaġġ" tinkludi kull persuna impjegata jew ingaġġjata fuq
ajruplan fuq titjira għal xi dmirijiet fuq dak l-ajruplan;
"flight recorder" tfisser kull tip ta’ mezz ta’ reġistrazzjoni
installat fuq l-ajruplan għall-iskop li jiffaċilita l-investigazzjoni ta’
diżgrazzji u inċidenti;
"inċident" tfisser dik l-okkorrenza, li mhix diżgrazzja, marbuta
ma’ tħaddim ta’ ajruplan  li taffettwa jew tista’ taffettwa  s-
sigurezza tat-tħaddim ta’ l-ajruplan;
"inċident serju" tfisser inċident li jinvolvi ċirkostanzi li jindikaw
li kważi ġrat diżgrazzja;
"investigazzjoni"  tfisser il-proċess li jiġi segwit biex jipprevjeni
d-diżgrazzji u inċidenti li jinkludi l-ġbir u l-analiżi ta’
informazzjoni, it-twassil għall-konklużjonijiet, inkluż id-
determinazzjoni ta’ kawża u, jew, kawżi u, meta f’waqqtu, l-għemil
ta’ rakkomandazzjonijiet;
"kawżi" tfisser l-azzjonijiet, ommissjonijiet, okkorrenzi jew
kondizzjonijiet, jew kombinazzjoni tagħhom, li tkun wasslet għad-
diżgrazzja jew inċident;
"kmandant" in konnessjoni ma’ ajruplan tfisser dak il-membru
ta’ l-ekwipaġġ li huwa maħtur bħala l-persuna li jkollha l-kmand
ta’ dak l-ajruplan mill-operatur tiegħu, u fin-nuqqas ta’ tali
persuna, il-persuna li għal dak il-ħin tkun qiegħda tagħmel id-
dmirijiet ta’ pilota bi kmand fuq l-ajruplan;
"korriment fatali" tfisser korriment li jiġġarrab minn persuna
f’diżgrazzja u li jirriżulta fil-mewt tagħha fi żmien tletin ġurnata
wara d-data tad-diżgrazzja;
"korriment serju" tfisser korriment li jiġġarrab minn persuna
f’diżgrazzja u li -
(a) jirrikjedi dħul fi sptar għal aktar minn tmienja u
erbgħin siegħa, u li jiġri fi żmien sebat ijiem mid-data
tal-korriment; jew
(b) jirriżulta fi ksur ta’ xi għadma (ħlief ksur sempliċi ta’
swaba’ ta’ l-idejn u s-saqajn, jew ta’ l-imnieħer); jew
(ċ) jinvolvi laċerazzjonijiet li jikkawżaw emoraġija
severa, jew ħsara severa lin-nervituri, muskoli jew
tendini; jew
(d) jinvolvi korriment ta’ l-organi interni; jew
(e) jinvolvi ħruq tat-tieni jew tielet grad, jew ħruq li
jaffettwa aktar minn ħamsa fil-mija tas-superfiċi tal-
ġisem; jew
(f) jinvolvi l-espożizzjoni verifikata għal sustanzi
infettanti jew radjazzjoni dannuża;
"intrapriża" tfisser kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika
kemm jekk biex tagħmel profitt jew le, jew kull organu uffiċjali
kemm jekk ikollu l-personalità  ġuridika tiegħu jew le;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-avjazzjoni ċivili
u, sa fejn mogħti awtorità , dik il-persuna hekk awtorizzata  minnu;
INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI ĊIVILI ġ L.S.232.03 3
"operatur" tfisser dik il-persuna naturali jew ġuridika, jew
intrapriża li qiegħda tħaddem jew bi ħsiebha tħaddem ajruplan jew
aktar;
"operatur ta’ ajruport" tfisser dik il-persuna li f’dak il-ħin tkun
tħaddem l-ajruport;
"pilota fi kmand" in konnessjoni ma’ ajruplan tfisser persuna li
għal dak il-ħin hija fil-kariga li tippilota l-ajruplan mingħajr ma
tkun qiegħda taħt id-direzzjoni ta’ xi pilota ieħor fuq l-ajruplan;
"propjetarju", fil-każ ta’ ajruplan li huwa reġistrat, tfisser il-
propjetarju reġistrat;
"rakkomandazzjoni ta’ sigurezza" tfisser proposta mill-ispettur
investigattiv li jkun qiegħed jagħmel l-investigazzjoni teknika,
ibbażata fuq informazzjoni meħuda minn dik l-investigazzjoni,
magħmula bl-intenzjoni li tipprevjeni diżgrazzji u inċidenti;
"spettur"  tfisser persuna maħtura bħala Spettur  ta’ Diżgrazzji
ta’ l-Ajru skond ir-regolament 8;
"Spettur Ewlieni" tfisser l-Ispettur Ewlieni għad-Diżgrazzji ta’ l-
Ajru maħtur skond ir-regolament 8;
"spettur investigattiv" tfisser l-ispettur li jkun qiegħed jagħmel
investigazzjoni skond dawn ir-regolamenti;
"Stat Kontraenti" tfisser kwalunkwe Stat (inkluża Malta) li hu
parti fil-Konvenzjoni ta’ Chicago.
(2) Kwalunkwe notifika jew dokument meħtieġ jew awtorizzat
minn xi disposizzjoni ta’ dawn ir-regolamenti biex jiġi notifikat
jew mogħti lil xi persuna jista’ jiġi notifikat jew mogħti -
(a) billi jiġi konsenjat lil dik il-persuna;
(b) billi jitħalla fl-indirizz tar-residenza jew tal-post tax-
xogħol, normali jew l-aħħar magħruf, kemm f’Malta
jew barra minn Malta;
(ċ) billi jiġi mibgħut bil-posta f’dak l-indirizz; jew
(d) billi jintbagħat lilu f’dak l-indirizz permezz ta’ telex,
facsimile jew  mezzi  oħra simili li jistgħu jipproduċu
dokument li jikkontjeni t-test ta’ komunikazzjoni, u
f’dan il-każ id-dokument ikun meqjus li ġie notifikat
meta ġie riċevut.
Applikabilità .
inċidenti ta’ l-avjazzjoni ċivili.
Skop ta’ l-
investigazzjoni ta’ 
diżgrazzji u 
inċidenti.
4. L-iskop uniku ta’ l-investigazzjoni ta’ diżgrazzja jew
inċident taħt dawn ir-regolamenti huwa l-prevenzjoni ta’ diżgrazzji
u inċidenti. Mhux l-iskop ta’ l-investigazzjoni li tagħti ħtija jew
responsabbiltà .
Dmir li tipprovdi 
informazzjoni 
relatata mad-
diżgrazzji u 
inċidenti.
5. (1) Meta diżgrazzja jew inċident serju jseħħu u li
dwarhom, bis-saħħa tar-regolament 8(3), l-Ispettur Ewlieni jkollu
jagħmel, jew iqabbad spettur biex jagħmel, investigazzjoni, il-
persuna  rilevanti u, fil-każ ta’ diżgrazzja jew inċident serju li jseħħ
fuq jew qrib ta’ ajruport, l-operatur ta’ l-ajruport, għandhom
minnufih jinnotifikaw dwarha lill-Ispettur Ewlieni bl-aktar mezzi
4 L.S.232.03 ħ INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI ĊIVILI
ta’ komunikazzjoni rapidi disponibbli u, fil-każ  ta’ diżgrazzja li
sseħħ ġo jew fuq Malta, għandhom wkoll jinnotifikaw lill-uffiċjal
tal-Pulizija taż-żona fejn ġrat id-diżgrazzja bid-diżgrazzja u l-post
fejn saret.
(2) F’dan ir-regolament l-espressjoni "persuna rilevanti"
tfisser-
(a) fil-każ ta’ diżgrazzja jew inċident serju li seħħet ġo
jew fuq Malta jew li ġrat band’oħra lil ajruplan
reġistrat Malta, il-kmandant ta’ l-ajruplan involut fil-
ħin tad-diżgrazzja jew inċident serju jew, jekk hu jiġi
maqtul jew inkapaċitat, l-operatur  ta’ l-ajruplan; u
(b) fil-każ ta’ inċident serju li jiġri ġo jew fuq kwalunkwe
pajjiż jew territorju ta’ Stat Kontraenti lil ajruplan li
mhux reġistrat Malta iżda li huwa operat minn
intrapriża stabbilita f’Malta, dik l-intrapriża.
(3) In-notifika lill-Ispettur Ewlieni li għalih jirreferi s-
subregolament (1) għandha tinkludi l-aktar ammont possibbli mill-
informazzjoni li ġejja:
(a) fil-każ ta’ diżgrazzja, l-abbrevjazzjoni identifikatriċi
"ACCID" jew, fil-każ ta’ inċident serju, l-
abbrevjazzjoni identifikatriċi "INCID";
(b) it-tip, mudell u l-marki ta’ nazzjonalità  u
reġistrazzjoni ta’ l-ajruplan;
(ċ) l-isem tal-propjetarju, operatur u kerrej (jekk il-każ)
ta’ l-ajruplan;
(d) l-isem tal-kmandant ta’ l-ajruplan;
(e) id-data u l-ħin (Co-ordinated Universal Time) tad-
diżgrazzja jew inċident serju;
(f) l-aħħar post tat-tluq u dak ta’ l-ewwel post li jmiss
intenzjonat għall-inżul ta’ l-ajruplan;
(g) il-pożizzjoni ta’ l-ajruplan b’riferenza għal xi punt
ġeografiku faċilment definit u bil-latitudini u
lonġitudini;
(h) in-numru ta’ -
(i) l-ekwipaġġ abbord l-ajruplan fil-ħin tad-
diżgrazzja jew inċident serju u, fil-każ ta’
diżgrazzja n-numru ta’ nies mejta u midruba
gravi b’riżultat tad-diżgrazzja;
(ii) passiġġieri abbord l-ajruplan fil-ħin tad-
diżgrazzja jew inċident serju u, fil-każ ta’
diżgrazzja, in-numru ta’ nies mejta jew midruba
gravi b’riżultat tad-diżgrazzja;
(iii) fil-każ ta’ diżgrazzja, dawk il-persuni oħra li
mietu jew ndarbu gravi b’riżultat tad-diżgrazzja;
(iv) in-natura tad-diżgrazzja jew inċident serju u l-
entità  tal-ħsara lill-ajruplan sa fejn hi magħrufa.
(4) Fejn jiġri inċident, li mhux inċident serju,
(a) ġo jew fuq Malta, jew
INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI ĊIVILI ġ L.S.232.03 5
(b) barra minn ġo jew fuq Malta lil ajruplan reġistrat
Malta,
il-propjetarju, operatur, il-kmandant jew kerrej ta’ l-ajruplan
għandu, jekk hekk meħtieġ b’notifika lilu mogħtija mill-Ispettur
Ewlieni, jibgħat lill-Ispettur Ewlieni dik l-informazzjoni li tkun fil-
pussess jew kontroll tiegħu li għandha x’taqsam ma’ l-inċident
f’dak iż-żmien hekk speċifikat fin-notifika.
Pubblikazzjoni ta’ 
informazzjoni.
6. Bla ħsara għar-regolamenti 11(4)(b) u 18, l-Ispettur
Ewlieni jista’ fi kwalunkwe ħin jippubblika, jew iġiegħel biex tiġi
pubblikata, informazzjoni relatata ma’ diżgrazzja  jew inċident
kemm jekk tali diżgrazzja jew inċident huma l-oġġett ta’
investigazzjoni minn spettur kemm jekk le.
Tneħħija ta’ 
ajruplan bil-ħsara.
7. (1) Bla ħsara għas-subregolament (2) u għar-regolament 9,
fejn diżgrazzja jew inċident serju li jirriżulta fit-tneħħija mis-
servizz ta’ ajruplan, jiġri ġo jew fuq Malta, l-ebda persuna ħlief
persuna awtorizzata ma għandu jkollha aċċess għall-ajruplan
involut u la l-ajruplan u lanqas il-kontenut tiegħu m’għandhom,
jekk mhux b’awtorità  tal-Ministru, jitneħħew jew b’xi mod ieħor
jiġu mbagħbsa.
(2) (a) L-ajruplan jista’ jitneħħa jew jiġi mbagħbas safejn hu
meħtieġ sabiex -
(i) jiġu maħruġa persuni jew annimali;
(ii) tiġi mneħħija posta, oġġetti ta’ valur jew oġġetti
perikolużi li kienu qegħdin jinġarru fuq l-
ajruplan;
(iii) ma ssirx qerda bin-nar jew b’xi kawża oħra;
(iv) ma jkunx hemm periklu jew ostruzzjoni għall-
pubbliku, għan-navigazzjoni ta’ l-ajru jew mezzi
ta’ trasport oħra;
(v) titneħħa kwalunkwe proprjetà  oħra mill-ajruplan
taħt is-supervizjoni ta’ spettur jew bi qbil ta’
spettur jew dak ta’ uffiċjal tal-pulizija.
(b) Jekk ajruplan ikun iġġarraf fuq l-ilma, l-ajruplan jew
xi kontenut ta’ fuqu jistgħu jiġu mneħħija safejn hu
neċessarju biex jinġieb jew jinġiebu għal post ta’
ħarsien.
(3) F’dan ir-regolament il-kliem "persuna awtorizzata"
tfisser-
(a) kull persuna awtorizzata mill-Ministru jew b’mod
ġenerali jew speċjali biex tersaq lejn xi ajruplan li
jkollu x’jaqsam mad-diżgrazzja jew inċident serju;
(b) kull uffiċjal tal-Pulizija;
(ċ) kull fizzjal tad-Dwana.
Spetturi ta’ 
Diżgrazzji ta’ l-
Ajru.
8. (1) Sabiex isiru investigazzjonijiet ta’ diżgrazzji u
inċidenti li għalihom jgħoddu dawn ir-regolamenti, il-Ministru
għandu jaħtar persuni bħala Spettur ta’ Diżgrazzji ta’ l-Ajru, u
wieħed minn dawn għandu jiġi maħtur mill-Ministru bħala Spettur
Ewlieni tad-Diżgrazzji ta’ l-Ajru.
6 L.S.232.03 ħ INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI ĊIVILI
(2) Bla ħsara għas-subregolamenti (4) u (5), l-Ispettur Ewlieni
għandu jagħmel, jew iġiegħel li ssir, investigazzjoni dwar -
(a) id-diżgrazzji u inċidenti serji li jseħħu ġo jew fuq
Malta;
(b) id-diżgrazzji jew inċidenti serji li jiġru ġo jew fuq kull
pajjiż jew territorju ta’ Stat mhux Kontraenti lil
ajruplan reġistrat Malta meta tali investigazzjoni ma
tiġix mwettqa minn Stat ieħor;
(ċ) inċidenti serji li jiġru ġo jew fuq kull pajjiż jew
territorju li mhux Stat Kontraenti lil ajruplan li hu
reġistrat f’post li mhux Malta imma li qiegħed jiġi
mħaddem minn intrapriża stabbilita f’Malta meta tali
investigazzjoni ma tiġix mwettqa minn Stat ieħor; u
(d) diżgrazzji u inċidenti serji lill-ajruplani reġistrati
f’Malta f’ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 5.3 ta’ l-
Anness.
(3) Bla ħsara għas-subregolamenti (4) u (5), l-Ispettur Ewlieni
jista’, meta jidhirlu li tista’ toħroġ minnha xi tagħlima utli dwar is-
sigurezza ta’ l-ajru, jagħmel jew iġiegħel spettur jagħmel
investigazzjoni fuq inċident, li mhux inċident serju, li jiġri -
(a) ġo jew fuq Malta; jew
(b) b’xi mod ieħor barra minn jew fuq Malta lil ajruplan
reġistrat f’Malta.
(4) L-Ispettur Ewlieni jista’ jiddelega x-xogħol investigattiv ta’
diżgrazzja jew inċident lil Stat Kontraenti ieħor skond il-paragrafi
5.1, 5.1.1 jew 5.3 ta’ l-Anness.
(5) Meta l-Ispettur Ewlieni jiddelega x-xogħol investigattiv
skond is-subregolament (4), hu għandu sa fejn jista’ jiffaċilita l-
istħarriġ mill-investigatur maħtur mill-Istat relevanti.
(6) L-Ispettur Ewlieni jista’ jagħmel, jew iqabbad spettur li
jagħmel, investigazzjoni fuq diżgrazzja jew inċident fejn ix-xogħol
investigattiv ġie delegat lil Malta minn Stat Kontraenti ieħor skond
il-paragrafi 5.1, 5.1.1 jew 5.3 ta’ l-Anness.
(7) Mingħajr preġudizzju għas-setgħa ta’ spettur biex ifittex
parir jew assistenza kif jidhirlu meħtieġ biex issir investigazjoni, il-
Ministru jista’ fuq talba ta’ l-Ispettur Ewlieni jaħtar persuni biex
jassistu lill-ispettur f’investigazzjoni partikolari u għal dan l-iskop
tali persuni għandhom ikollhom dawk is-setgħat ta’ spettur skond
dawn ir-regolamenti kif ikun speċifikat fil-ħatra tagħhom.
(8) L-Ispettur Ewlieni jista’ jirranġa biex kull setgħa u obbligu
li għandu skond dawn ir-regolamenti jiġu esegwiti f’ismu minn
spettur nominat minnu bħala d-deputat tiegħu.
(9) Fi kwalunkwe każ meta l-Ispettur Ewlieni jqabbad aktar
minn spettur wieħed biex jagħmel investigazzjoni, hu għandu
jinnomina wieħed minnhom biex imexxi l-investigazzjoni.
Setgħat ta’ l-
ispetturi.
9. (1) Għall-iskop biex jagħmel investigazzjoni ta’ diżgrazzja
jew inċident bl-aktar mod effiċjenti u fl-inqas żmien possibbli, l-
ispettur investigattiv huwa  awtorizzat li:
INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI ĊIVILI ġ L.S.232.03 7
(a) ikollu aċċess liberu għas-sit tad-diżgrazzja jew
inċident kif ukoll għall-ajruplan, għall-kontenut jew il-
fdalijiet tiegħu;
(b) jiżgura lista ta’ evidenza immedjata u tneħħija
kontrollata ta’ fdalijiet, jew partijiet għal fini ta’ eżami
jew analiżi;
(ċ) ikollu aċċess immedjat għal u l-użu tal-kontenut ta’
flight recorders u kull reġistrazzjoni oħra;
(d) ikollu aċċess għar-riżultati ta’ l-eżami ta’ l-iġsma tal-
vittmi jew ta’ testijiet fuq kampjuni meħuda minn
iġsma ta’ vittmi;
(e) ikollu aċċess immedjat għar-riżultati ta’ eżamijiet ta’
nies involuti fit-tħaddim ta’ l-ajruplan u ta’ eżamijiet
fuq kampjuni meħuda minn tali nies;
(f) jeżamina xhieda; u
(g) ikollu aċċess liberu għal kull informazzjoni jew
dokumentazzjoni relevanti miżmuma mill-
proprjetarju, operatur jew il-kostruttur ta’ l-ajruplan u
mill-awtoritajiet responsabbli għall-avjazzjoni ċivili
jew għall-operazzjoni ta’ l-ajruport.
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1), spettur investigattiv
għandu s-setgħa -
(a) b’taħrika iffirmata minnu jgħajjat quddiemu u
jeżamina kull tali persuna li jidhirlu xieraq billi
jirrikjedi tali persuni jirrispondu għal kwalunkwe
mistoqsija jew jagħtu kwalunkwe informazzjoni jew
jipproduċu kwalunkwe ktieb, karti, dokumenti, u
oġġetti li l-spettur investigattiv jidhirlu relevanti u li
jżomm kwalunkwe tali kotba, karti, dokumenti u
oġġetti sakemm tintemm l-investigazzjoni;
(b) biex jieħu dikjarazzjonijiet minn kull persuna li
jidhirlu xieraq u biex jirrikjedi tali persuna tagħmel u
tiffirma dikjarazzjoni tal-verità  tad-dikjarazzjoni
magħmula minnha;
(ċ) wara li juri l-kredenzjali tiegħu jekk meħtieġ, li jidħol
u jispezzjona kull post, bini jew ajruplan, fejn tali dħul
u spezzjoni jkunu fil-fehma ta’ l-ispettur investigattiv
neċessarji għall-finijiet ta’ l-investigazzjoni;
(d) wara li juri l-kredenzjali tiegħu jekk meħtieġ, li jneħħi,
jittestja, jieħu miżuri għall-ippreżervar ta’, jew b’xi
mod ieħor jittratta ma’, kwalunkwe ajruplan ieħor
barra dak involut fid-diżgrazzja jew inċident, fejn
jidher lill-ispettur investigattiv li hu neċessarju għall-
finijiet ta’ l-investigazzjoni;
(e) li jieħu tali miżuri għall-ippreżervar ta’ evidenza li
huwa jikkonsidra xierqa.
(3) Kull persuna mħarrka minn spettur investigattiv skond is-
subregolament (2)(a) għandha tiġi mogħtija dawk l-ispejjeż li l-
Ministru jista’ jiddeċiedi.
8 L.S.232.03 ħ INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI ĊIVILI
Forma u proċedura 
ta’ l-investigazzjo-
nijiet.
10. Il-firxa ta’ l-investigazzjonijiet u l-proċeduri li għandhom
jiġu segwiti waqt l-investigazzjonijiet meħtieġa jew awtorizzati
skond dawn ir-regolamenti għandhom jiġu deċiżi mill-ispettur
ewlieni waqt li jieħu in konsiderazzjoni l-iskop deskritt fir-
regolament 4 u t-tagħlim li jistenna li jakkwista mid-diżgrazzja jew
inċident biex titjieb is-sigurezza.
Rapport ta’ l-
ispettur.
11. (1) Meta titlesta l-investigazzjoni ta’ diżgrazzja jew
inċident, l-ispettur investigattiv għandu jipprepara rapport ta’ l-
investigazzjoni fil-forma xierqa għat-tip u s-serjetà  tad-diżgrazzja
jew inċident.
(2) Jekk l-ispettur investigattiv jidhirlu li l-investigazzjoni ta’
xi diżgrazzja jew inċident -
(a) li tinvolvi kolliżjoni bejn ajruplan ċivili u ajruplan
militari; jew
(b) li tiġri waqt li ajruplan ċivili kien fuq jew fl-istadju
tat-tluq minn jew nżul f’ajruport kontrollat mill-forzi
armati, navali jew ta’ l-ajru ta’ kwalsiasi pajjiż,
tkun tlestiet ħlief għall-investigazzjonijiet dwar materji ta’
dixxiplina jew amministrazzjoni interna ta’ xi waħda minn dawk il-
forzi u li jkun aktar xieraq li jiġu investigati minn xi persuna jew
organu ieħor, l-investigazzjoni tista’ tiġi trattata għall-finijiet tas-
subregolament (1) bħallikieku tlestiet mingħajr ma tali materji ġew
investigati taħt dan ir-regolament. F’dan il-każ ir-rapport ta’ l-
investigazzjoni tad-diżgrazzja jew inċident għandu jiddikjara dawk
il-materji li dwarhom ma ġietx estiża l-investigazzjoni bis-saħħa ta’
dan is-subregolament.
(3) Ir-rapport ta’ investigazzjoni ta’ diżgrazzja għandu
jiddikjara li l-iskop uniku ta’ l-investigazzjoni hu kif imfisser fir-
regolament 4 u, fejn xieraq, jinkludi rakkomandazzjonijiet fuq is-
sigurezza.
(4)  Ir-rapport ta’ l-investigazzjoni ta’ inċident għandu -
(a) fejn xieraq, jinkludi rakkomandazzjonijiet relevanti
dwar is-sigurezza;
(b) jipproteġi l-anonimità  tal-persuni involuti fl-inċident;
u
(ċ) jiġi ċirkolat mill-ispettur investigattiv lill-partijiet li
jistgħu jibbenefikaw mis-sejbiet f’dak li jikkonċerna s-
sigurezza.
(5) Rakkomandazzjoni fuq sigurezza m’għandhiex fl-ebda każ
tikkrea preżunzjoni ta’ tort jew responsabbiltà  għal diżgrazzja jew
inċident.
(6) L-Ispettur Ewlieni għandu jissottometti kopja ta’ kull
rapport magħmul skond is-subregolament (1) lill-Ministru mingħajr
dewmien.
(7) F’dan ir-regolament il-kliem "spettur investigattiv" fil-każ
fejn aktar minn spettur wieħed ikun qiegħed jagħmel xogħol ta’
investigazzjoni tfisser l-ispettur nominat skond ir-regolament 8(9).
INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI ĊIVILI ġ L.S.232.03 9
Notifika tar-
rapport ta’ l-
ispettur  u 
sottomissjonijiet 
dwaru.
12. (1) L-ebda rapport li huwa meħtieġ taħt ir-regolament 13
li jiġi pubblikat għandu hekk jiġi pubblikat jekk, fl-opinjoni ta’ l-
ispettur investigattiv, jista’ jaffettwa b’mod avvers ir-reputazzjoni
ta’ kwalunkwe persuna, sakemm l-ispettur investigattiv ma jkunx -
(a) fejn jidhirlu li hu prattiku li hekk isir, innotifika taħt
dan ir-regolament lil dik il-persuna, jew jekk din il-
persuna hija mejta, lil dik il-persuna li jidhirlu, f’dak
il-ħin, li jipproponi li jagħti dik in-notifika skond dan
is-subregolament, li tirrappreżenta bl-aħjar mod l-
interessi tal-persuna mejta fil-każ; u
(b) għamel tali bidliet fir-rapport li jidhrulu xierqa wara li
jikkunsidra kwalunkwe sottomissjoni li tista’ ssirlu
skond is-subregolament (3) mill-persuna jew ghal dik
il-persuna, mogħtija n-notifika.
(2) In-notifika msemmija fis-subregolament (1)(a) għandha
tinkludi l-partikolaritajiet ta’ kwalunkwe analiżi ta’ fatti u
konklużjonijiet proposti dwar il-kawża jew kawżi tad-diżgrazzja
jew inċident li jistgħu jaffettwaw lill-persuna li lilha ġiet mogħtija
n-notifika.
(3) Kull sottomissjoni magħmula skond is-subregolament
(1)(b) għandha tiġi magħmula bil-miktub u għandha, bla ħsara
għas-subregolament (6), tiġi mogħtija lill-ispettur investigattiv fi
żmien tmienja u għoxrin ġurnata wara li tkun notifikata n-notifika
li jirreferi għaliha is-subregolament (1)(a).
(4) Kopja tar-rapport ippreżentat lill-Ministru taħt ir-
regolament 11(6) għandha tiġi mibgħuta mill-ispettur investigattiv
lil kull persuna li ġiet notifikata skond is-subregolament (1).
(5) L-ebda persuna ma tista’ tiżvela jew tippermetti li tiġi
żvelata xi informazzjoni kontenuta f’notifika jew rapport mibgħut
lilha skond is-subregolamenti (1) jew (4) lil xi persuna oħra
mingħajr il-kunsens bil-miktub ta’ l-Ispettur Ewlieni.
(6) L-Ispettur Ewlieni jista’ jestendi l-perjodu ta’ tmienja u
għoxrin ġurnata preskritt fis-subregolament (3) u din is-setgħa
tista’ tiġi wżat minkejja li dak il-perjodu jkun skada.
(7) F’dan ir-regolament il-kliem "spettur investigattiv" f’każ
fejn ikun hemm aktar minn spettur wieħed li jkun qiegħed jagħmel
xogħol ta’ investigazzjoni tfisser l-ispettur nominat taħt ir-
regolament 8(9).
Pubblikazzjoni tar-
rapporti.
13. Bla ħsara għar-regolament 12(1), l-Ispettur Ewlieni għandu
jippubblika r-rapport ta’ investigazzjoni ta’ diżgrazzja jew
inċident, ħlief għall-investigazzjoni ta’ inċident li jkun ġie delegat
lil Malta minn Stat ieħor, fl-iqsar żmien possibli (u jekk possibbli,
fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-diżgrazzja jew inċident serju) u
f’dak il-mod li jidhirlu xieraq.
Rakkomandaz-
zjonijiet ta’ 
sigurezza.
14. (1) L-Ispettur Ewlieni għandu jikkomunika dawk ir-
rapporti li għalihom jirreferi r-regolament 13, inkluż dawk ir-
rakkomandazzjonijiet dwar sigurezza kontenuti fihom, lill-
intrapriżi u awtoritajiet ta’ l-avjazzjoni konċernati.
(2) Kull intrapriża jew awtorità  li lilha tiġi komunikata
10 L.S.232.03 ħ INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI ĊIVILI
rakkomandazzjoni dwar sigurezza skond is-subregolament (1)
għandha, mingħajr dewmien -
(a) tieħu in konsiderazzjoni dik ir-rakkomandazzjoni u,
fejn xieraq taġixxi fuqha;
(b) tibgħat lill-Ministru -
(i) dettalji kompleti fuq il-miżuri, jekk ikun hemm,
li ħadet jew li huma proposti li tieħu biex tiġi
implimentata r-rakkomandazzjoni u, f’każ fejn
tipproponi l-implimentazzjoni ta’ miżuri, il-
perjodu taż-żmien biex tiġi eżegwita dik l-
implimentazzjoni; jew
(ii) spjegazzjoni kompleta għaliex ir-
rakkomandazzjoni m’għandhiex tkun l-oġġett ta’
miżuri li jittieħdu biex jimplimentawha;
(ċ) tinnotifika lill-Ministru jekk f’xi ħin xi informazzjoni
mgħoddija lill-Ministru skond il-paragrafu (b)(i) li
tirrigwarda l-miżuri li tipproponi li għandhom jittieħdu
jew il-perjodu ta’ l-implimentazzjoni tagħhom ma
tibqax preċiża minħabba bdil fiċ-ċirkostanzi.
Ftuħ  mill-ġdid  ta’ 
l-investigazzjoni.
15. (1) L-Ispettur Ewlieni jista’ jordna li terġa tinfetaħ l-
investigazjoni ta’ kwalunkwe diżgrazzja jew inċident, u għandu
jagħmel hekk -
(a) jekk, wara li titlesta l-investigazzjoni, tiġi żvelata
evidenza li fl-opinjoni tiegħu hija ġdida u importanti;
jew
(b) jekk għal xi raġuni oħra jeżisti fl-opinjoni tiegħu lok
għal suspett li r-reputazzjoni ta’ xi persuna ġiet
affettwata b’mod inġust u avvers.
(2) Kull investigazzjoni li terġa tinfetaħ għandha tkun soġġetta
għal u titmexxa skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Rappreżentanti 
akkreditati.
16. (1) Meta investigazzjoni  ta’ diżgrazzja jew inċident serju
tkun qiegħda tiġi mwetttqa minn spettur investigattiv skond ir-
regolament 8, rappreżentant akkreditat maħtur -
(a) mill-Istat tar-registru;
(b) mill-Istat tad-disinn;
(ċ) mill-Istat tal-kostruttur;
(d) mill-Istat ta’ l-operatur;
(e) minn Stat Kontraenti li, fuq talba, ipprovda
informazzjoni, faċilitajiet jew esperti lill-ispettur
investigattiv in konnessjoni mad-diżgrazzja jew
inċident serju,
jista’ jieħu parti fl-investigazzjoni, jiġifieri, hu jista’ jiġi mħolli
jżur is-sit ta’ l-inċident, jeżamina t-tifrik, jeżamina xhieda, jirċievi
kopja ta’ kull dokument pertinenti (ħlief għal dawk li l-ispettur
investigattiv jikkonsidra li mhux ġust li jkunu mibgħuta), ikollu
aċċess għal kull evidenza relevanti u li jagħmel sottomissjonijiet; u
hu jista’ jiġi akkompanjat minn esperti tekniċi u oħrajn li jitqiesu
INVESTIGAZZJONI TA’ DISGRAZZJI FL-AVJAZZJONI ĊIVILI ġ L.S.232.03 11
neċessarji mill-awtoritajiet tal-pajjiż jew territorju li jkunu ħatruh.
(2) F’dan ir-regolament il-kliem "rappreżentant akkreditat",
"Stat tar-reġistru", "Stat tad-disinn", "Stat tal-kostruttur" u "Stat ta’
l-operatur" għandhom it-tifsira mogħtija lilhom fil-Kapitolu 1 ta’ l-
Anness u l-espressjoni "spettur investigattiv" f’każ fejn aktar minn
spettur wieħed ikun qiegħed jagħmel xogħol ta’ investigazzjoni
tfisser l-ispettur maħtur taħt ir-regolament 8(9).
Tfixkil ta’ l-
investigazzjoni.
17. (1) L-ebda persuna ma għandha tfixkel jew iżżomm
spettur jew persuna li taġixxi taħt l-awtorità  tal-Ministru waqt it-
twettiq tas-setgħat jew dmirijiet skond dawn ir-regolamenti.
(2) L-ebda persuna ma għandha mingħajr raġuni valida tonqos,
wara li tkun ħadet l-ispejjeż (jekk jkun hemm) li hija intitolata
għalihom taħt dawn ir-regolamenti, milli tosserva kwalunkwe
taħrika ta’ spettur li jkun qiegħed jagħmel investigazzjoni.
Kxif  ta’ 
dokumentazzjoni 
rilevanti.
18. (1) Bla ħsara għas-subregolamenti (2), (4), (5) u (6) l-ebda
dokumentazzjoni relevanti ma għandha tiġi magħmula disponibbli
mill-Ministru lil xi persuna għall-iskopijiet li m’humiex marbuta
ma’ l-investigazzjoni tad-diżgrazzja jew inċident.
(2) Xejn fis-subregolament (1) m’għandu ma jħallix lill-
Ministru jagħmel dokumentazzjoni relevanti disponibbli lil xi
persuna f’każ fejn dik il-persuna tkun parti jew intitolata li tidher fi
proċeduri legali, meta l-Qorti tkun ordnat li dik id-
dokumentazzjoni relevanti għandha tiġi lilu magħmula disponibbli
għall-finijiet ta’ dawk il-proċeduri legali.
(3) Bla ħsara għas-subregolament (5) l-ebda ordni m’għandha
tingħata taħt is-subregolament (2) jekk kemm-il darba l-Qorti ma
tkunx sodisfatta li l-interessi tal-ġustizzja fil-proċeduri legali in
kwistjoni jaqbżu kwalunkwe impatt avvers kemm domestiku u
kemm internazzjonali li l-kxif tad-dokumentazzjoni jista’ jkollu fuq
l-investigazzjoni tad-diżgrazzja jew inċident li magħhom għandha
x’taqsam id-dokumentazzjoni jew fuq xi investigazzjoni futura ta’
xi diżgrazzja jew inċident li tiġi magħmula f’Malta.
(4) Dokumentazzjoni relevanti jew parti minnha m’għandhiex
tiġi trattata bħallikieku ġiet magħmula disponibbli kuntrarju għas-
subregolament (1) u fi kwalunkwe każ fejn dik id-dokumentazzjoni
jew parti minnha tiġi inkluża fir-rapport finali (jew fl-appendiċi ta’
dak ir-rapport finali) tad-diżgrazzja jew inċident.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandhom ikunu
mingħajr preġudizzju għal kull regola tal-liġi li tawtorizza jew
titlob iż-żamma ta’ kull dokumentazzjoni rilevanti jew parti
minnha għar-raġuni li l-kxif tagħha tkun inġurjuża ghall-interess
pubbliku.
Riserva.
(Investigation of Accidents) Regulations (revokati b’dawn ir-
Regolamenti) li, fil-każ ta’ investigazzjoni fuq il-post tad-
diżgrazzja jew inċident ma tlestiex jew, fil-każ ta’ investigazzjoni
formali għadha ma saritx l-oġġett ta’ rapport lill-Ministru, għandha
tissokta bħallikieku bdiet taħt dawn ir-Regolamenti.
