AVJAZZJONI ĊIVILI 
(EŻENZJONI MIL-LIĊENZA GĦAL SERVIZZ BL-AJRU) ġ L.S.232.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 232.04
ORDNI DWAR AVJAZZJONI ĊIVILI (EŻENZJONI 
MIL-LIĊENZA GĦAL SERVIZZ BL-AJRU)
24 ta’ Diċembru, 1987
L-AVVIŻI LEGALI 79 ta’ l-1987 u 72 ta’ l-1993, konsolidati.
Titolu.
(Eżenzjoni mil-Liċenza għal Servizz bl-Ajru).
Tifsir.
Kap. 232.
"ekwipaġġ" tfisser kull persuna impjegata jew ingaġġata fuq
inġenju ta’ l-ajru u li jkun qed itir fuq xogħol li jkun qed jagħmel
f’dak l-istess inġenju;
"ftehim dry lease" tfisser ftehim li bih inġenju ta’ l-ajru jinkera
mingħajr ekwipaġġ mis-sid reġistrat tiegħu lil persuna oħra;
"impriża tat-trasport ta’ l-ajru estera" tfisser impriża li x-xogħol
tagħha jinkludi l-ġarr bl-ajru ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija bi
ħlas jew b’kumpens u li l-post prinċipali tax-xogħol tagħha jkun
barra minn Malta;
L.S.232.05
"kmandant ta’ l-inġenju ta’ l-ajru" għandha l-istess tifsira kif
mogħtija lil "pilot in command" fl-artikolu 2 ta’ l-Air Navigation
Order;
Kap. 218.
"piż totali massimu awtorizzat" għandha l-istess tifsira kif
mogħtija bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati
ta’ Operaturi ta’ l-Ajru).
Eżenzjoni mil-
liċenza għal 
servizz bl-ajru.
3. (1) Inġenju ta’ l-ajru li l-piż totali massimu awtorizzat
tiegħu ma jkunx aktar minn 2700 kilgrammi ma jkunx suġġett
għall-ħtieġa ta’ liċenza għal servizz bl-ajru meta jintuża fuq
titjira-
(a) li fiha l-persuni jinġarru għall-finijiet ta’ taħriġ biex
jittajjar inġenju ta’ l-ajru;
(b) li fiha l-persuni jinġarru għall-gost jew biex jaraw l-
inħawi ta’ madwar Malta; jew
(ċ) li fiha l-kmandant ta’ l-inġenju ta’ l-ajru jħallas lis-sid
ta’ l-inġenju ta’ l-ajru biex ikun jista’ jtajjar l-inġenju
ta’ l-ajru.
(2) It-titjiriet magħmula minn inġenju ta' l-ajru reġistrat
f’Malta dry leased lil impriża tat-trasport ta’ l-ajru estera
għandhom ikunu eżenti mill-ħtiġiet ta’ liċenza għal servizz bl-ajru
skond l-artikolu 6(1) ta’ l-Att għaż-żmien tal-ftehim dry lease.
Tħaris ta’ l-Air 
Navigation Order.
L.S.232.05
4. L-eżenzjoni msemmija fir-regolament 3(1) ma għandha bl-
ebda mod tinftiehem li tfisser li l-operatur jew is-sid ta’ l-inġenju
ta’ l-ajru, jew il-kmandant ta’ l-inġenju ta’ l-ajru ikun eżenti milli
jħares il-ħtiġiet ta’ l-Air Navigation Order, u minn kull kondizzjoni
oħra li l-Ministru jista’ jimponi.
