DRITT TA’ ĦLAS GĦAL SERVIZZ 
LILL-PASSIĠĠIERI FL-AJRUPORT ġ L.S.232.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 232.06
REGOLAMENTI DWAR DRITT TA’ ĦLAS GĦAL 
SERVIZZ LILL-PASSIĠĠIERI FL-AJRUPORT
1 ta’ Frar, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 118 ta’ l-1997, kif emendat bl-Avviż Legali 218 ta’ l-
1997.
Titolu.
ta’ Ħlas għal Servizz lill-Passiġġieri fl-Ajruport.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Avjazzjoni Ċivili u tinkludi
kull uffiċjal pubbliku fid-dipartiment tiegħu li jiġi minnu hekk
delegat għall-għan ta’ dawn ir-regolamenti;
"ekwipagg ta’ l-ajru mibgħut fuq xogħol" tfisser membri tal-
persunal li jtiru ta’ kumpannija li tħaddem inġenji ta’ l-ajru li bħala
parti mix-xogħol tagħhom jivvjaġġaw bl-ajru għal post minn fejn
ikunu se jaħdmu fuq inġenji ta’ l-ajru bħala membri ta’ l-ekwipaġġ
tiegħu, kemm-il darba l-biljett tagħhom jew id-dokument l-ieħor li
bih jivvjaġġaw ikun kontrosenjat mill-operatur ta’ l-inġenji ta’ l-
ajru f’dan is-sens;
"passiġġier li jitlaq" tfisser passiġġier li jibda vjaġġ bl-ajru minn
Malta għal destinazzjoni barra minn Malta, mhux fuq inġenju ta’ l-
ajru militari, u li ma jerġax lura Malta dakinhar stess li jkun telaq.
Talba u ħlas ta’ 
dritt għal servizz 
lill-passiġġieri.
Emendat:
A.L. 218 ta’ l-
1997.
3. Għas-servizzi u faċilitajiet ipprovduti lil passiġġier li jitlaq
mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, għandu jitħallas lid-
Direttur minn sid ta’ inġenju ta’ l-ajru jew mill-operatur tiegħu,
skond il-każ, dritt ta’ għaxar liri dwar kull passiġġier li jitlaq u li
jitla’ fuq l-inġenju ta’ l-ajru tiegħu.
Eżenzjoni.
ekwipaġġ ta’ l-ajru mibgħut fuq xogħol jew tfal taħt is-sentejn.
