INFORMAZZJONI STATISTIKA LI TINGĦATA DWAR 
IL-ĠARR TA’ PASSIĠĠIERI, MERKANZIJA U POSTA ġ L.S.232.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 232.08
REGOLAMENTI FUQ INFORMAZZJONI 
STATISTIKA LI TINGĦATA DWAR IL-ĠARR TA’ 
PASSIĠĠIERI, MERKANZIJA U POSTA
9 ta’ Marzu, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 51 ta’ l-2001.
Titolu.
Informazzjoni Statistika li tingħata dwar il-Ġarr ta’ Passiġġieri,
Merkanzija u Posta.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Avjazzjoni Ċivili u tinkludi fil-
parametri ta’ l-awtorità  mogħtija, kull persuna li tkun awtorizzata
għaldaqshekk mid-Direttur;
"ICAO" tfisser l-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar l-
Avjazzjoni Ċivili (International Civil Aviation Organization);
"merkanzija bl-ajru" tfisser kull propjetà  li tinġarr fuq inġenju ta’
l-ajru barra minn ħażniet u bagalji u tinkludi boroż diplomatiċi u
bil-kurrier imma mhux bagalji tal-passiġġieri jew tal-posta;
"mitjar" tfisser kull żona ta’ art jew ilma magħmula, mgħammra,
mqassma jew ġeneralment użata biex tipprovdi faċilitajiet għall-
inżul u t-tlugħ ta’ inġenji ta’ l-ajru u tinkludi kull żona jew spazju,
kemm fuq l-art, fuq is-saqaf ta’ bini jew x’imkien ieħor, li tkun
magħmula, mgħammra jew imqassma biex tipprovdi faċilitajiet
għall-inżul u t-tlugħ ta’ inġenji ta’ l-ajru li jistgħu jinżlu jew
jitilgħu vertikalment, imma ma tinkludi ebda żona li l-użu tagħha
biex tipprovdi faċilitajiet għall-inżul u t-tlugħ ta’ inġenji ta’ l-ajru
kien ġie abbandunat u ma reġax inbeda;
S.L.232.05
Navigation Order. l990, biex topera mitjar għall-użu pubbliku;
"passiġġieri bl-ajru" tfisser il-passiġġieri kollha li l-vjaġġ bl-ajru
tagħhom jibda jew jispiċċa fl-ajruport li jkun qed jirrapporta l-
informazzjoni statistika, inklużi passiġġieri li waqt il-vjaġġ ibiddlu
l-inġenju ta’ l-ajru. Għandhom ukoll ikunu magħduda passiġġieri li
jkunu qed itiru dirett. Passiġġieri li jkunu qed itiru dirett huma
passiġġieri li jkomplu bil-vjaġġ tagħhom fuq titjira li jkollha l-
istess numru tat-titjira bħat-titjira li jkunu għadhom kemm waslu
fuqha;
"posta bl-ajru" tfisser il-ġarr ta’ korrispondenza u oġġetti oħra li
qeghdin jinġarru b’inġenju ta’ l-ajru u li jkunu ntbagħtu minn u
jkunu maħsuba li jitqassmu lil amministrazzjonijiet postali;
"postijiet disponibbli għall-passiġġieri" għandha tiftiehem bħala
l-għadd totali ta’ postijiet għall-passiġġieri li jkunu disponibbli
għall-bejgħ bejn kull par ta’ ajruporti f’settur ta’ titjira barra mill-
postijiet li ma jkunux attwalment disponibbli għall-ġarr ta’
passiġġieri minħabba fil-piż tal-fuel jew ta’ xi tagħbija oħra. Meta
2 L.S.232.08 ħ
INFORMAZZJONI STATISTIKA LI TINGĦATA DWAR 
IL-ĠARR TA’ PASSIĠĠIERI, MERKANZIJA U POSTA
ma jkunx hemm disponibbli informazzjoni fuq il-konfigurazzjoni
eżatta ta’ postijiet tal-passiġġieri fuq l-inġenju ta’ l-ajru, għandhom
jingħataw data kalkolati;
"servizzi ta’ l-ajru kummerċjali" tfisser it-titjiriet kollha li jiġu
operati fuq bażi ta’ kiri jew b’kumpens u li jinkludu titjiriet bi
skeda u mhux bi skeda, titjiriet domestiċi bil-helicopter, titjiriet air
taxi u kull titjira għal ġarr ta’ merkanzija;
"settur ta’ titjira" għandha tiftiehem bħala t-tħaddim ta’ inġenju
ta’ l-ajru mit-tlugħ sa l-ewwel inżul tiegħu. Waqfa teknika
m’għandhiex tirriżulta f’li settur ta’ titjira jiġi klassifikat b’mod
differenti minn kif kien ikun il-każ li kieku l-waqfa teknika ma
tkunx saret. Il-klassifikazzjoni ta’ traffiku (passiġġieri, merkanzija,
posta) irrispettivament mix-xorta tiegħu, għandha tkun għalkollox
l-istess bħall-klassifikazzjoni tas-settur ta’ titjira operat mill-
inġenju ta’ l-ajru;
"tfal" tfisser persuni li l-età  tagħhom tkun bejn sentejn u tnax-il
sena;
"titjiriet" tfisser l-għadd ta’ titjiriet bejn kull par ta’ ajruporti
f’settur ta’ titjira;
"titjiriet bi skeda" tfisser dawk it-titjiriet li jsiru minn inġenji ta’
l-ajru għall-kiri jew b’kumpens biex iġorru passiġġieri, merkanzija
u posta, b’tali manjiera illi fuq kull titjira jkun hemm disponibbli
postijiet għall-passiġġieri li jistgħu jinxtraw individwalment minn
kulħadd, kemm direttament mingħand it-trasportatur kemm
mingħand l-aġenti awtorizzati tiegħu, li jsiru bejn mitjar u ieħor
jew aktar, jew skond orarju ppubblikat jew li jkunu daqstant
regolari jew ta’ spiss li jikkostitwixxu serje li tingħaraf b’mod
sistematiku;
"titjiriet mhux bi skeda" tfisser dawk it-titjiriet ipprovduti għall-
kiri jew b’kumpens barra minn dawk imniżżlin bħala titjiriet bi
skeda, u jinkludu titjiriet air taxi;
"trasportatur" tfisser intrapriża ta’ trasport bl-ajru li jkollha
liċenza valida biex hi tkun tista’ topera. Meta trasportaturi
jkollhom intrapriża flimkien jew xi ftehim kuntrattwali ieħor li
jkun jeħtieġ lil xi tnejn jew aktar minnhom li jassumu
responsabbiltà  separata biex joffru u jbiegħu prodotti ta’ trasport
bl-ajru fuq titjira jew taqbila ta’ titjiriet, għandu jiġi mniżżel it-
trasportatur li attwalment ikollu d-drittijiet kummerċjali biex
jopera t-titjira.
Karatteristiċi fil-
ġbir ta’ data.
3. (a) Trasportatur għandu jibgħat lill-operatur ta’ mitjar li
jkun jinsab f’Malta u li jkollu liċenza għall-użu
pubbliku, data dwar trasport bl-ajru li jkollhom
x’jaqsmu ma’ servizzi ta’ l-ajru kummerċjali li jsiru
f’dak il-mitjar u li jkunu juru l-ġarr ta’ passiġġieri, l-
postijiet ta’ passiġġieri disponibbli, il-merkanzija u l-
posta, għal kull settur ta’ titjira lejn u minn dak il-
mitjar.
(b) Id-data dwar trasport bl-ajru għandhom jintbagħtu lill-
operatur tal-mitjar fl-għamla ta’ rappurtaġġ kif murija
fl-Iskeda jew inkella f’dik l-għamla elettronika kif jiġi
INFORMAZZJONI STATISTIKA LI TINGĦATA DWAR 
IL-ĠARR TA’ PASSIĠĠIERI, MERKANZIJA U POSTA ġ L.S.232.08 3
miftiehem dwarha ma’ l-operatur tal-mitjar.
(ċ) It-trasportatur għandu jibgħat id-data dwar it-trasport
bl-ajru msemmija f’dan ir-regolament fi żmien tnax-il
siegħa mill-wasla fil-mitjar jew mit-tluq mill-mitjar.
Preżentazjoni ta’ 
data.
4. L-operatur tal-mitjar għandu jibgħat id-data dwar it-
trasport bl-ajru f’dak il-format u fuq bażi regolari lid-Direttur kif l-
istess Direttur jista’ jkun jeħtieġ.
Ħtiġiet mitluba 
mill-iststistiku 
ewlieni.
Kap. 422.
5. Kull persuna, li tiġbor jew b’kull manjiera oħra jkollha
x’taqsam ma’ data dwar it-trasport bl-ajru kif imsemmi hawn aktar
qabel, għandha tħares kull ħtieġa minnha mitluba mid-Direttur
Generali ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika kif ipprovdut fl-
Att dwar l-Awtorità  ta’ l-Istatistika ta’ Malta.
Pieni.
id-data dwar it-trasport bl-ajru fiż-żmien stipulat kif provdut
f’dawn ir-regolamenti, jew inkella jgħaddilu data dwar it-trasport
bl-ajru mhux sewwa jew bin-nieqes, jista’ jeħel multa ta’ mhux
iżjed minn ħamsin lira, u f’każ ta’ reat kontinwat multa oħra ta’
mhux iżjed minn żewġ liri għal kull ġurnata li matulha jkompli r-
reat.
4 L.S.232.08 ħ
INFORMAZZJONI STATISTIKA LI TINGĦATA DWAR 
IL-ĠARR TA’ PASSIĠĠIERI, MERKANZIJA U POSTA
SKEDA
(Regolament 3( b ))
DIKJARAZZJONI DWAR TITJIRA
