REGOLAMENTI EKONOMIĊI TA’ L-AJRUPORT ġ L.S.232.12 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 232.12
REGOLAMENTI EKONOMIĊI TA’ L-AJRUPORT
1 ta’ Ottubru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 299 ta’ l-2001.
Titolu.
ta’ l-Ajruport.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
S.L.232.05
"aerodrome" għandha l-istess tifsira kif mogħtija lilha fl-artikolu
2 ta’ l-Air Navigation Order;
Kap. 405.
"ajruport" għandha l-istess tifsira kif mogħtija lilha fl-artikolu 2
ta’ l-Att dwar is-Sigurtà  ta’ l-Ajruportijiet u l-Avjazzjoni Ċivili;
"livelli ta’ servizzi maqbula" tfisser il-livelli minimi ta’ servizz li
l-Operatur ta’ ajruport għandu jipprovdi lil dawk li jużaw l-
ajruport;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Avjazzjoni
Ċivili;
"Operatur ta’ ajruport" in konnessjoni ma’ ajruport jew
aerodrome, huwa dik il-persuna li għandha f’idejha it-tmexxija ta’
dak l’ajruport jew aerodrome;
"rata ta’ inflazzjoni" tfisser ir-rata ta’ l-inflazzjoni kif
determinata mill-Gvern ta’ Malta u indikata fil-Gazzetta tal-Gvern;
"tariffi għal faċilitajiet ajruportwali" tfisser dawk it-tariffi kollha
li mhumiex tariffi ajruportwali;
"tariffi ajruportwali" huma t-tariffi li jitħallsu għal wieħed jew
aktar minn dawn li ġejjin:
- l-inżul u t-tlugħ ta’ ajruplani (tariffi ta’ inżul);
- l-użu ta’ aprons u postijiet ta’ parkeġġ ta’ l-ajruplani
(tariffi ta’ parkeġġ);
- tariffi li passiġġier irid iħallas direttament jew
indirettament lill-Operatur ta’ ajruport għall-użu ta’ l-
air terminal waqt il-wasla jew waqt it-tluq;
- tariffi li passiġġier irid iħallas direttament jew
indirettament lill-Operatur ta’ ajruport għas-servizzi
ta’ sigurtà  konnessi ma tfittxija personali u fuq il-
bagalji tal-passiġġieri;
L.S.232.13
Regolamenti dwar l-Assenjar ta’ Slots fl-Ajruport.
Bord Regolatorju 
tat-Tariffi 
Ajruportwali.
 3. (1) L-iffissar, l-eżami, ir-regolamentazzjoni u, fejn hemm
bżonn, l-imposizzjoni tat-tariffi ajruportwali jaqgħu taħt ir-
responsabiltà  ta’ l-bord stabbilit permezz  ta’ dan ir-regolament.
(2) (a) Għandu jiġi stabbilit bord, li jiġi msejjaħ il-Bord
Regolatorju tat-Tariffi Ajruportwali, hawnhekk iżjed
2 L.S.232.12 ħ REGOLAMENTI EKONOMIĊI TA’ L-AJRUPORT
’il quddiem imsejjaħ "il-Bord".
(b) Il-Bord ikun ippresedut minn persuna ta’ reputazzjoni
u esperjenza rikonoxxuta fir-regolamentazzjoni
ekonomika ta’ l-ajruporti u li tkun nominata mill-
Ministru  u mill-Operatur ta’ l-ajruport flimkien.
(ċ) Il-President tal-Bord, li jkollu vot deċisiv f’każ ta’ voti
ndaqs, jibqa’ fil-kariga għal perjodu ta’ mhux aktar
minn tlett snin, liema perjodu jista’ jiġi estiz għal-
perjodu ieħor jew perjodi oħra ta’ tliet snin kull
wieħed.
(d) Il-Bord għandu jkollu wkoll bħala membri dawn li
ġejjin:
(i) tliet rappreżentanti tal-Operatur ta’ l-ajruport;
(ii) rappreżentant tad-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni
Ċivili;
(iii) rappreżentant ta’ l-akbar trasportatur ta’ l-ajru,
hekk magħżul fuq bażi tan-numru ta’ passiġġieri
li tniżżlu jew tgħabbew f’Malta fit-tnax il-xahar
preċedenti; u
(iv) rappreżentant tat-trasportaturi ta’ l-ajru, ħlief
dak msemmi fis-subparagrafu (iii), li joperaw
lejn u l’hinn minn Malta.
(3) (a) Il-Bord jitqies li huwa kompost ukoll jekk ma jiġux
nominati wieħed jew aktar minn dawk ir-
rappreżentanti fuq imsemmija.
(b) Il-quorum għas-seduti tal-Bord għandu jkun ta’ erba’
membri u l-President.
(4)  (a) It-tariffi ajruportwali għall-perjodu sal-31 ta’ Marzu,
2007, jistgħu jiġu miżjuda kull l-1 ta’ April ta’ kull
sena b’mhux aktar mir-rata ta’ inflazzjoni fis-sena
kalendarja preċedenti wara li titneħħa 0.5% (hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejħa "il-formula").  Wara din id-
data it-tariffi ajruportwali jistgħu jiġu miżjuda jew
mnaqqsa fl-ewwel ta’ April kull ħames sena u jibqgħu
fis-seħħ għall-perjodu sussegwenti ta’ ħames snin,
b’persentaġġ li jkun ugwali għar-rata ta’ l-inflazzjoni
tal-perjodu preċedenti aġġustat skond il-paragrafu (b).
(b) Kull ħames snin, il-Bord għandu jiffissa il-persentaġġ
li għandu jiġi miżjud jew mnaqqas mir-rata ta’ l-
inflazzjoni ta’ kull sena biex tiġi kkalkolata ż-żieda
jew tnaqqis massimu li biħ għandhom jiġu mibdula it-
tariffi ajruportwali għall-ħames snin sussegwenti.  Fl-
iffissar ta’ dan il-persentaġġ, il-Bord għandu jieħu in
konsiderazzjoni l-kriterji stabbiliti fir-regolament 4.
(ċ) Kull ħames snin, il-Bord jista’ ukoll, b’konsultazzjoni
ma’ l-Operatur ta’ l-ajruport, ibiddel, inaqqas jew iżid
il-livelli ta’ servizzi maqbula li għandhom japplikaw
fil-perjodu ta’ reviżjoni li jkun imiss.
(5) L-Operatur ta’ l-ajruport jista’ fi kwalunkwe żmien jitlob
REGOLAMENTI EKONOMIĊI TA’ L-AJRUPORT ġ L.S.232.12 3
lill-Bord biex jirrevedi, u jekk ikun meħtieġ, ibiddel il-formula li
biha it-tariffi ajruportwali jiġu ffissati kemm il-darba jinqalgħu
ċirkostanzi ekonomiċi mhux mistennija li jirrikjedu tali reviżjoni.
Waqt li jkun qiegħed jagħmel din ir-reviżjoni, il-Bord għandu
jikkonsidra l-konsiderazzjonijiet misjuba fir-regolament 4.
(6) L-Operatur ta’ l-ajruport jista’ wkoll, barra mit-tariffi
ajruportwali determinati bil-formula, jirkupra mingħand dawk li
juzaw l-ajruport, kemm b’żidiet fit-tariffi ajruportwali kif ukoll
b’mezzi oħra, iż-żidiet fl-ispejjeż u telf ta’ introjtu li jirriżultaw
minn avvenimenti eċċezzjonali jew mhux mistennija li jinkludu,
iżda mhux limitati għal, bidliet diskriminatorji fit-tassazzjoni u
imposti simili, miżuri tal-Gvern li jistgħu jimponu spejjeż żejda
f’dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà ’ ta’ l-avjazzjoni u il-
protezzjoni ta’ l-ambjent.
Funzjonijiet tal-
Bord.
4. (1) Fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu. il-Bord għandu
jippromwovi dan li ġej:
(a) l-interessi ta’ min juza l-ajruport, u ta’ l-ekonomija ta’
Malta; u
(b) it-tħaddim effiċjenti, ekonomiku u bi profitt ta’ l-
ajruport u l-aerodrome.
(2) Fil-konsiderazzjoni ta’ l-interessi ta’ dawk li jużaw l-
ajruport u ta’ l-ekonomija Maltija, il-Bord irid ifittex bilanċ fl-
applikazzjoni tal-prinċipji li ġejjin:
(a) it-tariffi għandhom ikunu relatati ma’ l-ispejjeż,
inklużi deprezzament  u qligħ fuq il-kapital utilizzat;
(b) l-Operatur ta’ l-ajruport għandu jiġi nkoraġġit jinvesti
fil-faċilitajiet ta’ l-ajruport biex jilħaq mad-domanda;
(ċ) it-tariffi għandhom ikunu komparabbli ma’ dawk ta’
ajruporti oħra li jservu żoni li huma f’kompetizzjoni
ma’ Malta bħala destinazzjoni turistika;
(d) li jintlaħqu livelli ta’ servizzi li huma applikabbli fl-
industrija b’mod internazzjonali.
(3) Fil-konsiderazzjoni biex jiġi promoss it-tħaddim effiċjenti
u bi profitt ta’ l-ajruport, il-Bord għandu ifittex bilanċ fl-
applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji:
(a) jippermetti lill-Operatur ta’ l-ajruport biex jibbenifika
minn kwalunkwe żieda fl-introjti minn attività  ta’
avjazzjoni jew attivitajiet oħra u minn miljoramenti fl-
effiċjenza billi jħalli l-Operatur ta’ l-ajruport igawdi
minn ritorn l-fuq mill-medja fuq il-kapital impjegat
b’riferiment għall-industrija;
(b) jippermetti lill-Operatur ta’ l-ajruport li jkollu ritorn
inqas mil-medja fuq kapital impjegat li jista’ jirriżulta
waqt it-tħaddim normali ta’ l-ajruport filwaqt li jiġi
assigurat li l-Operatur ta’ l-ajruport għandu il-mezzi
finanzjari biex jipprovdi lil min juża l-ajruport servizz
żgur u affidabbli:
Għal-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Bord għandu
4 L.S.232.12 ħ REGOLAMENTI EKONOMIĊI TA’ L-AJRUPORT
normalment iħalli livelli tar-ritorn fuq kapital, wara li
jittieħdu in konsiderazzjoni l-introjti minn attività  ta’
avjazzjoni u attività  oħra u l-valur ta’ assi relatati fl-
ajruport u fl-aerodrome, fuq bażi ta’ nofs sa wieħed u
nofs tad-daqs tar-ritorn fuq il-kapital aġġustat għar-
riskju għall-industrija;
(ċ) kull attività  li ma tkunx teżisti fid-data tas-seħħ ta’
dawn ir-regolamenti, inklużi iżda mhux limitata għal
ħwienet tal-bejgħ, m’għandhiex tiġi inkluża fil-kalkoli
magħmula għall-finijiet tal-paragrafu (b).  L-introjti, l-
spejjeż u l-assi assoċjati ma’ dawn l-attivitajiet ta’ l-
Operatur ta’ l-ajruport m’għandhomx jiġu inklużi fil-
kalkoli tar-ritorn fuq il-kapital ta’ l-Operatur ta’ l-
ajruport.
Reviżjoni. 5. L-Operatur ta’ l-ajruport u il-Bord għandhom jaqblu fuq il-
proċess dettaljat li jintuża biex issir kull reviżjoni, inkluża skeda
ta’ ħin għall-ikkompletar tar-revizjoni, li -
(a) tippermetti konsiderazzjoni akkurata tal-kriterji
speċifikati fir-regolament 4;
(b) tippermetti lil dawk li jużaw l-ajruport u lill-Operatur
ta’ l-ajruport biex jipprepara għall-effetti tal-
konklużjonijiet ta’ kwalunkwe reviżjoni , u
(ċ) tillimita l-impatt fuq ir-riżorsi ta’ l-Operatur ta’ l-
ajruport.
Spejjeż. 6. Waqt li jkun qiegħed jagħmel ir-reviżjoni, il-Bord ikollu d-
dritt li jitlob mingħand l-Operatur ta’ l-ajruport l-ispejjeż
raġonevoli tiegħu, inklużi l-ispejjeż ta’ dawk il-konsulenti u esperti
meħtieġa biex il-Bord ikun jista’ jaqdi il-funzjonijiet tiegħu sewwa.
Tariffi għall-
faċilitajiet 
ajruportwali.
7. It-tariffi għall-faċilitajiet ajruportwali għandhom jiġu
determinati mill-Operatur ta’ l-ajruport.
Investigazzjoni. 8. (1) Wara li jirċievi xi lment jew jekk il-Ministru jkollu
suspetti raġonevoli li l-Bord mhux qiegħed jimxi, jew ma mexiex,
skond dawn ir-regolamenti, il-Ministru jista’, fi żmien xahar minn
meta jirċievi l-ilment jew mid-data ta’ meta it-tariffi ajruportwali
jkunu ġew determinati, jagħmel investigazzjoni skond it-termini
tas-subregolamenti (2) u (3).
(2) L-investigazzjoni għandha tiġi kondotta b’mod
indipendenti u trasparenti bl-għajnuna ta’ individwi ta’
reputazzjoni rikonoxxuta fil-qasam tar-regolamentazzjoni
ekonomika ta’ l-ajruporti.
(3) L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża permezz ta’
rapport raġonat bil-miktub.
(4) Ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport fuq imsemmi jistgħu
jiġu aċċettati jew rifjutati mill-Ministru li wara għandu
jiddetermina l-azzjoni l-aktar propizja.
Reati. 9. (1) Kull persuna li tonqos milli tiprovdi lill-Bord l-
informazzjoni relevanti mitluba u fil-ħin speċifikat f’notifika bil-
REGOLAMENTI EKONOMIĊI TA’ L-AJRUPORT ġ L.S.232.12 5
miktub tkun ħatja ta’ reat.
(2) Kull persuna li xjentement tipprovdi informazzjoni falza
lill-Bord tkun ħatja ta’ reat.
Pieni.
teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux aktar minn ħames mitt lira,
u, fil-kaz tat-tieni reat jew reat sussegwenti, multa ta’ mhux aktar
minn elf lira.
(2) Persuna li tikkommetti reat skond ir-regolament 9(2) teħel,
meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux aktar minn elf lira jew
priġunerija għal żmien mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik il-multa
u l-priġunerija flimkien.
