ASSENJAR TA’ SLOTS FL-AJRUPORT ġ L.S.232.13 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 232.13
REGOLAMENTI DWAR L-ASSENJAR TA’ SLOTS 
FL-AJRUPORT
16 ta’ Diċembru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 300 ta’ l-2001.
Titolu.
Assenjar ta’ Slots fl-Ajruport.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
S.L.232.05
Kap. 405.
"ajruport" tfisser l-Ajruport Internazjonali ta’ Malta; għandu
jkollha ukoll it-tisfira kif mogħti lill-kelma "aerodrome" fl-artikolu
2 ta’ l-Air Navigation Order, u t-tifsira kif mogħti lill-kelma
"ajruport" fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà  fl-Ajruportijiet u l-
Avjazzjoni Ċivili;
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Avjazzjoni Ċivili u, sal-limitu
ta’ l-awtorità mogħtija, dik il-persuna hekk awtorizzata minnu;
"IATA" tfisser l-International Air Transport Association;
"l-akbar trasportatur ta’ l-ajru bażat f’Malta" tfisser it-
trasportatur ta’ l-ajru reġistrat f’Malta li jġorr l-akbar numru ta’
passiġġieri fis-sena minn u lejn Malta;
"Operatur ta’ l-ajruport", in konnessjoni ma’ ajruport, tfisser dik
il-persuna li għandha f’dak iż-żmien l-amministrazzjoni ta’ dak l-
ajruport;
"skedar ta’ l-ajruplani" tfisser l-assenjar ta’ slots;
"slot" tfisser il-ħin skedat tal-wasla u tat-tluq disponibbli jew
assenjati għall-moviment ta’ ajruplan f’data speċifikata f’ajruport li
għalih japplikaw dawn ir-regolamenti;
"trasportatur ta’ l-ajru" tfisser kull persuna, kemm fiżika jew
ġuridika irrispettivament minn nazzjonalità  tagħha, post ta’
residenza normali, post prinċipali ta’ negozju, post ta’ fejn ġiet
inkorporata jew ta’ amministrazzjoni, li tħaddem ajruplani,
irrispettivament mill-pajjiż tar-reġistrazzjoni tagħhom, fuq bażi
kummerċjali bl-iskop ta’ ġarr ta’ passiġġieri, merkanzija u posta.
Ko-ordinatur ta’ l-
iskedar.
3. (1) Għandu jiġi maħtur ko-ordinatur ta’ l-iskedar skond il-
proċedura segwenti: l-Operatur ta’ l-ajruport, wara li jkun
ikkonsulta mat-trasportaturi ta’ l-ajru li jużaw l-ajruport
regolarment, għandu jissottometti lid-Direttur għall-approvazzjoni
tiegħu jew mod ieħor bil-miktub, lista ta’ mhux aktar minn tliet
persuni li għandhom konoxxenza u esperjenza fil-qasam ta’ l-
iskedar ta’ ajruplani; fil-każ li d-Direttur japprova aktar minn
persuna waħda, l-Operatur ta’ l-ajruport jista’ jaħtar il-persuna ta’
l-għażla tiegħu.
(2) Il-ko-ordinatur ta’ l-iskedar għandu jżomm il-kariga tiegħu
għal-perjodu ta’ erba’ snin, liema perjodu jista jiġi mġedded għal
darba oħra.
2 L.S.232.13 ħ ASSENJAR TA’ SLOTS FL-AJRUPORT
(3) L-Operatur ta’ l-ajruport u d-Direttur għandhom flimkien
is-setgħa li jkeċċu lill-ko-ordinatur ta’ l-iskedar jekk dan jonqos
xjentement li josserva d-dmirijiet tiegħu taħt is-subregolament
(5)(a) sa (d).
(4) Il-ko-ordinatur ta’ l-iskedar huwa responsabbli waħdu
għall-iskedar tas-slots.  Hu jista’ jikkonsulta mal-Kumitat ta’ l-
Iskedar ta’ l-Ajruport fuq l-iskedar tas-slots, u, mingħajr ħsara
għad-disposizzjonijiet tar-regolament 6, id-deċiżjoni tiegħu tkun
finali.
(5) Fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tiegħu, il-ko-ordinatur ta’ l-
iskedar għandu:
(a) jaġixxi b’mod indipendenti, newtrali, imparzjali u
trasparenti;
(b) jiżgura li l-ħtiġiet tat-trasportaturi ta’ l-ajru jiġu
sodisfatti;
(ċ) jiżgura li l-ajruplani, il-passiġġieri, il-merkanzija u l-
posta jiġu trattati bl-aktar mod effiċjenti u mingħajr
dewmien;
(d) jżomm taħt skrutinju l-użu tas-slots; u
(e) jipparteċipa, kif ikun hemm bżonn, fil-konferenzi ta’ l-
iskedar tat-trasportaturi ta’ l-ajru jew ta’ l-
organizzazzjonijiet internazzjonali li
jirrapreżentawhom.
(6) Il-ko-ordinatur ta’ l-iskedar għandu s-setgħa li jitlob
kwalunkwe informazzjoni li jista’ jkollu bżonn mingħand
trasportatur ta’ l-ajru sabiex ikun jista’ jwettaq ir-
responsabbilitajiet tiegħu ta’ l-skedar.
(7) It-trasportaturi ta’ l-ajru li jaħdmu jew li għandhom ħsieb li
jaħdmu fl-ajruport għandhom jipprovdu lill-ko-ordinatur ta’ l-
iskedar dik l-informazzjoni li tista’ tiġi mitluba skond is-
subregolament (6).
(8) Il-ko-ordinatur ta’ l-iskedar għandu, fuq talba u fi żmien
raġjonevoli, jqiegħed għad-disposizjoni u għall-eżami ta’ l-
Operatur ta’ l-ajruport, tad-Direttur u tat-trasportaturi ta’ l-ajru l-
informazjoni li ġejja:
(a) l-islots storiċi, b’mod kronoloġiku, ta’ kull trasportatur
ta’ l-ajru fl-ajruport;
(b) l-islots mitluba (talbiet inizjali) mit-trasportaturi ta’ l-
ajru kollha u b’mod kronoloġiku;
(ċ) l-islots kollha assenjati u talbiet għal slots li għadhom
ma ġewx assenjati, elenkati individwalment f’lista
b’mod kronoloġiku skond it-trasportaturi ta’ l-ajru,
għat-trasportaturi ta’ l-ajru kollha;
(d) l-islots li jkunu għadhom disponibbli; u
(e) id-dettalji kollha fuq il-kriterji użati għall-assenjar tas-
slots.
(9) L-informazzjoni msemmija fis-subregolament (8) għandha
tiġi magħmulha disponibbli, jekk ma tkunx notifikata mod ieħor, l-
ASSENJAR TA’ SLOTS FL-AJRUPORT ġ L.S.232.13 3
aktar tard fil-ħin tal-konferenzi ta’ l-iskedar relevanti u skond kif
xieraq waqt u wara dawn il-konferenzi.
Kumitat ta’ l-
Iskedar ta’ l-
Ajruport.
4. (1) Għandu jiġi mwaqqaf Kumitat ta’ l-Iskedar ta’ l-
Ajruport, hawnhekk iżjed ’l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", u dan
għandu jkun kompost minn:
(a) ir-rappreżentant ta’ l-Operatur ta’ l-Ajruport, li jkun il-
President;
(b) rappreżentant tat-trasportaturi ta’ l-ajru li mhumiex
reġistrati f’Malta jew rappreżentanti ta’ xi
organizzazzjoni tagħhom;
(ċ) id-Direttur jew ir-rappreżentant tiegħu;
(d) persuna nominata mill-provditur tas-servizzi tal-
kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru;
(e) rappreżentant ta’ l-akbar trasportatur ta’ l-ajru bażat
f’Malta; u
(f) rappreżentant ta’ l-aġenti ta’ ground handling, salv li
dak ir-rappreżentant m’għandux jirrapreżenta persuna
li diġà  hi rappreżentata b’xi mod bis-saħħa tal-
paragrafi (a) sa (e), it-tnejn magħdudin.
(2) Ix-xogħolijiet tal-Kumitat ikunu li:
(a) jirrevedi fuq bażi regolari il-possibilitajiet li tiżdied il-
kapaċità tat-traffiku ta’ l-ajru;
(b) jirrevedi u jirrakkomanda miljoramenti fil-
kondizzjonijiet tat-traffiku ta’ l-ajru li jeżistu fl-
ajruport;
(ċ) jaddotta u jirrevedi fuq bażi regolari sett ta’ linji gwida
fuq l-assenjar tas-slots li fuqhom għandu jimxi il-ko-
ordinatur ta’ l-iskedar u li għandhom jqisu l-
kondizzjonijiet lokali;
(d) jzomm rekord tas-slots assenjati; u
(e) jisma’ u jiddetermina ilmenti fuq l-assenjar tas-slots
kif provdut f’dawn ir-regolamenti.
(3) Il-Kumitat għandu jiltaqa’ mill-anqas darbtejn fis-sena. Il-
laqgħat għandhom jiġu msejħa mill-President.  Il-President u
membru wieħed ieħor jikkostitwixxu quorum.
(4) Il-Kumitat għandu jiltaqa’ mingħajr dewmien kull meta
jkun hemm bżonn li jiġi kkonsultat mill-ko-ordinatur ta’ l-iskedar.
(5) Il-Kumitat għandu d-dritt jitlob lill-ko-ordinatur ta’ l-
iskedar li jissottometti kull informazzjoni rilevanti li għandu fuq
każ partikolari u li fuqu jkun ġie sottomess xi lment skond ir-
regolament 6.
(6) Il-ko-ordinatur ta’ l-iskedar u dak li jagħmel l-ilment
għandu  jkollhom id-dritt li jkunu preżenti waqt laqgħat tal-Kumitat
għas-smigħ ta’  ilmenti sottomessi skond ir-regolament 6.
Dokumentazzjoni.
iżommu dokumentazzjoni bil-miktub ta’ kull korrispondenza,
4 L.S.232.13 ħ ASSENJAR TA’ SLOTS FL-AJRUPORT
laqgħat u deċiżjonijiet rilevanti.
Ilmenti. 6. Trasportatur ta’ l-ajru jista’ jissottometti ilment bil-miktub
lill-Kumitat li għandu jinvestiga dak l-ilment u li jista’ jagħmel
rakkomandazzjonijiet lill-ko-ordinatur ta’ l-iskedar biex jirrevedi
jew ibiddel id-deċiżjonijiet tiegħu.
Reati. 7. (1) Kull persuna li tonqos milli tipprovdi lill-ko-ordinatur
ta’ l-iskedar jew lill-Kumitat dik l-informazzjoni rilevanti mitluba
u fil-ħin speċifikat b’notifika bil-miktub tkun ħatja ta’ reat.
(2) Kull persuna li xjentement tipprovdi informazzjoni falza
lill-ko-ordinatur ta’ l-iskedar jew lill-Kumitat tkun ħatja ta’ reat.
Pieni. 8. (1) Persuna li tikkommetti reat skond ir-regolament 7(1)
teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux aktar minn ħames mitt lira,
u, fil-kaz tat-tieni reat jew reat sussegwenti, multa ta’ mhux aktar
minn elf lira.
(2) Persuna li tikkommetti reat skond ir-regolament 7(2) teħel,
meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux aktar minn elf lira jew
priġunerija għal żmien mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik il-multa
u l-priġunerija flimkien.
